26.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2010
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjoni għal applikazzjoni tal-kadmju
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1034)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/122/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju f’tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/95/KE lill-Kummissjoni tobbligaha tagħmel kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-lista ta’ applikazzjonijiet eżentati mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Għad mhuwiex teknikament prattikabbli li fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien ikun sostitwit il-kadmju mingħajr ma teħżien serjament il-prestazzjoni. Ċerti materjali u komponenti li fihom il-kadmju għaldaqstant għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni. Madakollu, tinsab għaddejja riċerka dwar teknoloġiji bla użu ta’ kadmju, u sa mhux aktar tard minn erba’ jew ħames snin oħra għandhom isiru disponibbli xi sostituti. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/95/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, għandu jiżdied il-punt 39 li ġej:
“39. |
Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija sal-1 ta’ Lulju 2014.” |