26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/121/PESK

tal-25 ta’ Frar 2010

li temenda l-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK (2), adottata fil-15 ta’ Frar 2010, estendiet il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK sal-20 ta’ Frar 2011.

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li għandha tiżdied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK. Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(2)  ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.


ANNESS

Persuna msemmija fl-Artikolu 1

Nru 57

Jangara magħruf ukoll bħala Changara, Thomsen