12.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/4 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-20 ta’ Jannar 2010
li taħtar l-Ombudsman Ewropew
(2010/86/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet (2),
Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2010,
IDDEĊIEDA:
li jaħtar lis-Sur Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi bħala Ombudsman Ewropew.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Jannar 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.