6.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Frar 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 626)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/66/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru jwettaq programm annwali ta’ monitoraġġ għat-TSEs skont l-Anness III għal dak ir-Regolament. Dawk il-programmi għandhom ikopru bħala minimu ċerti subpopolazzjonijiet ta’ annimali bovini li jagħmlu parti minn gruppi ta’ etajiet speċifikati.

(2)

Dak ir-Regoalment jipprovdi wkoll li Stati Membri li jistgħu juru titjib fil-qagħda epidjemoloġika ta' pajjiżhom, skont ċerti kriterji, jistgħu jkollhom il-programmi ta' monitoraġġ annwali tagħhom irreveduti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE (2) tawtorizza l-Istati Membri elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni biex jirrevedu l-programmi annwali ta’ monitoraġġ tagħhom. Din tipprovdi wkoll li l-programmi tagħhom għandhom japplikaw għall-inqas għall-annimali kollha li jagħmlu parti minn ċerti subpopolazzjonijiet ta’ annimali bovini ta’ età ta’ 'l fuq minn 48 xahar.

(4)

Fit-2 ta’ Ottubru 2008, Ċipru ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jirrevedi l-programmi annwali ta’ monitoraġġ tiegħu fir-rigward tal-BSE.

(5)

L-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni f'Ċipru mid-29 ta’ Ġunju 2009 sat-3 ta’ Lulju 2009 sabiex jivverifika l-konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(6)

Ir-riżultati ta’ dik l-ispezzjoni irrikonoxxew li kien hemm implimentazzjoni xierqa f’Ċipru tar-regoli dwar miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (BSE) stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) u l-kriterji epidemjoloġiċi kollha stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament ġew iċċekkjati u nstabu li Ċipru kien issodisfahom.

(7)

Fid-dawl tal-informazzjoni kollha disponibbli, l-applikazzjoni mressqa minn Ċipru biex jiġi rivedut il-programm ta' monitoraġġ annwali tal-BSE ġiet ivvalutata b'mod favorevoli. Għalhekk, jixraq li Ċipru jiġi awtorizzat li jirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tiegħu u li l-età massima l-ġdida għall-ittestjar tal-BSE f'dak l-Istat Membru ssir ta’ 48 xahar.

(8)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/719/KE għandu jiġi emendat kif xieraq.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' Stati Membri awtorizzati jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Ċipru

Il-Lussemburgu

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Portugall

Is-Slovenja

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit”