20.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż tal-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS)

(2010/32/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 92, 92 A u 119 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (il-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990) (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990 tipprevedi li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-C.SIS, inkluż l-ispiża tan-netwerk fuq skala wiesgħa, u l-kriptaġġ tagħha, li tikkollega t-taqsimiet nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) mas-C.SIS għandhom jitħallsu b’mod konġunt mill-Partijiet Kontraenti.

(2)

L-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-C.SIS huma regolati minn Regolament Finanzjarju speċifiku, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-15 ta’ Diċembru 1997, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar is-C.SIS (2) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju C.SIS”);

(3)

Fir-rigward tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie awtorizzat mid-Deċiżjoni 1999/870/KE (3) u d-Deċiżjoni 2007/149/KE (4) biex jaġixxi, fil-kuntest tal-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fl-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta’ ċerti Stati Membri bl-għan li jikkonkludi u jamministra kuntratti relatati mal-installazzjoni u l-ħidma tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, “SISNET” sakemm iseħħ il-migrazzjoni tagħha għal infrastruttura ta’ komunikazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea.

(4)

L-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-funzjonament tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen taħt dawk il-kuntratti huma rregolati minn Regolament Finanzjarju speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE (5).

(5)

Ir-Regolament Finanzjarju C.SIS u r-Regolament Finanzjarju SISNET japplikaw għad-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u għall-Islanda u n-Norveġja permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE (6), għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/471/KE (7), u għall-Isvizzera permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/421/KE (8). Il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Liechtenstein ser jipparteċipaw ukoll fid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti Finanzjarji mid-dati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, rispettivament.

(6)

L-amministrazzjoni mill-istess entità tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku u tan-netwerk fuq skala wiesgħa, inkluż il-kriptaġġ tagħha, li tikkolegaha mat-taqsimiet nazzjonali tas-SIS, inkluż l-obbligi finanzjarji kollha li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjonijiet tagħhom, għandha tirrendi l-proċedimenti mingħajr xkiel, waqt li tiżgura s-sinerġiji u tiffranka l-isforzi.

(7)

Il-funzjoni ta’ sostenn tekniku qiegħdha atwallment tamministra l-kriptaġġ tan-netwerk li jikkollega t-taqsimiet nazzjonali mal-funzjoni ta’ sostenn tekniku.

(8)

Il-baġit għall-funzjoni ta’ sostenn tekniku tas-SIS fi Strasburgu għandu għalhekk jinkludi l-baġit għan-netwerk fuq skala wiesgħa, inkluż il-kriptaġġ, li jikkollega t-taqsimiet nazzjonali tas-SIS mal-funzjoni ta’ sostenn tekniku, minn data li għandha tiġi ddeterminata b’deċiżjoni unanima tar-rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati.

(9)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (10).

(10)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (12) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (13).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein fil-Ftehim, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/261/KE (14) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/262/ĠAI (15).

(12)

Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (16).

(13)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (17).

(14)

Fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(15)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni ta’ Schengen tal-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż tal-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS) hija b’dan emendata kif ġej:

(a)

It-titolu tar-Regolament Finanzjarju C.SIS għandu jkun:

“REGOLAMENT FINANZJARJU GĦALL-INSTALLAZZJONI U L-OPERAZZJONI TAS-C.SIS SCHENGEN U TAN-NETWERK FUQ SKALA WIESGĦA, INKLUŻ IL-KRIPTAĠĠ, LI JIKKOLEGA S-SEZZJONIJIET NAZZJONALI TAS-SIS MAL-FUNZJONI TA’ SOSTENN TEKNIKU”.

(b)

L-ewwel paragrafu tat-Titolu I għandu jkun:

“Il-baġit għall-funzjoni ta’ sostenn tekniku tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fi Strasburgu, inkluż in-netwerk fuq skala wiesgħa, inkluż il-kriptaġġ, li jikkollega t-taqsimiet nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mal-funzjoni ta’ sostenn tekniku, previst fl-Artikoli 92, 92 A u 119 tal-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“C.SIS”, għandu jkun magħmul minn:”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha ssir applikabbli b’effett minn data li għandha tiġi ddeterminata b’deċiżjoni unanima tar-rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati.

Din għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)   ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(2)   ĠU L 239, 22.9.2000, p. 444.

(3)   ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41.

(4)   ĠU L 66, 6.3.2007, p. 19.

(5)   ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12.

(6)   ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24.

(7)   ĠU L 179, 7.7.2007, p. 46.

(8)   ĠU L 149, 7.6.2008, p. 74.

(9)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(11)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(14)   ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(15)   ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5.

(16)   ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(17)   ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.