19.1.2010   

MT XM XM

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Jannar 2010

li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015

(2010/29/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 300(3) u 305 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula minn kull Stat Membru,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, “jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta”.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li jinħatru membri tal-Kumitat u numru ndaqs ta' membri supplenti mill-Kunsill għal ħames snin f'konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar Dispożizzjonijiet Transitorji jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Billi l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni ser jiskadi fil-25 ta' Jannar 2010, għandhom jinħatru l-membri u l-membri supplenti ġodda fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta l-proposti ta' membri u membri supplenti ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Olanda, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, tal-Isveżja u tal-Gran Brittanja u l-lista li fiha 24 membru u 23 membru supplenti ppreżentata mill-Gvern tal-Ġermanja (1).

(6)

Il-membri u l-membri supplenti pproposti mill-Gvern tal-Irlanda kif ukoll membru supplenti wieħed propost mill-Gvern tal-Ġermanja għandhom issa jinħatru għall-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015:

bħala membri, il-persuni elenkati mill-Istat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati mill-Istat Membru fl-Anness II;

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.


ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I

Членове / Miembros / Členové / Medlemmer / Mitglieder / Liikmed / Μέλη / Members / Membres / Membri / Locekļi / Nariai / Tagok / Membri / Leden / Członkowie / Membros / Membri / Členovia / Člani / Jäsenet / Ledamöter

IRELAND

 

Mr Gerry BREEN

Member of Dublin City Council and Dublin Regional Authority

 

Ms Constance HANNIFFY

Member of Offaly County Council and Midland Regional Authority

 

Mr Denis LANDY

Member of South Tipperary County Council and South East Regional Authority

 

Mr Declan MCDONNELL

Member of Galway City Council and West Regional Authority

 

Mr Patrick MCGOWAN

Member of Donegal County Council and Border Regional Authority

 

Mr Brian MEANEY

Member of Clare County Council and Mid-West Regional Authority

 

Ms Michelle MULHERIN

Member of Mayo County Council and West Regional Authority

 

Mr Paul O’DONOGHUE

Member of Kerry County Council and South West Regional Authority

 

Ms Fiona O’LOUGHLIN

Member of Kildare County Council and Mid-East Regional Authority


ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ - ANNEX II - ANNEXE II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Заместник-членове / Suplentes / Náhradníci / Suppleanter / Stellvertreter / Asendusliikmed / Αναπληρωτές / Alternates / Suppléants / Supplenti / Aizstājēji / Pakaitiniai nariai / Póttagok / Supplenti / Plaatsvervangers / Zastępcy / Suplentes / Supleanți / Náhradníci / Nadomestni člani / Varajäsenet / Suppleanter

DEUTSCHLAND

Herr Gustav BERGEMANN

Mitglied des Thüringer Landtags

IRELAND

 

Mr Terry BRENNAN

Member of Louth County Council

 

Ms Maria BYRNE

Member of Limerick City Council

 

Ms Mary FREEHILL

Member of Dublin City Council

 

Mr John LAHART

Member of South Dublin County Council

 

Mr Michael MCGREAL

Member of Roscommon County Council

 

Mr Niall MCNELIS

Member of Galway City Council

 

Mr John PENDER

Member of Carlow County Council

 

Ms Mary SHIELDS

Member of Cork City Council

 

Mr Barney STEELE

Member of Longford County Council