15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/54


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2010/27)

(2011/21/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ‘il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/24 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (1) ddeterminat kif u sa liema grad il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro kellhom obbligu li jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) il-kapital tal-BĊE ġie miżjud b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tistabbilixxi l-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 il-peżaturi mogħtija lil kull BĊN fl-iskema kapitali (iktar ‘il quddiem il-‘peżaturi tal-iskema kapitali’).

(4)

Skont l-Artikolu 28.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv, waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata pprovduta fl-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, għandu l-kompetenza li jiddetermina l-grad sa fejn u l-forma li biha għandu jitħallas il-kapital.

(5)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 f’konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (4), l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (5) għandha tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(6)

B’mod konformi mad-Deċiżjoni BĊE/2010/34 tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonijiet mill-Eesti Pank lejn ir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (6), l-Eesti Pank għandu l-obbligu li jħallas is-sehem li jifdal tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, waqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni ż-żieda fil-kapital tal-BĊE b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010 u l-forma kif għandu jitħallas il-kapital.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Grad u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

1.   Meta jitqiesu l-peżaturi tal-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 u ż-żieda fil-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26, kull BĊN għandu jkollu kapital sottoskritt totali tal-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN

EUR

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 010 384,68

Deutsche Bundesbank

2 037 777 027,43

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

119 518 566,24

Bank of Greece

211 436 059,06

Banco de España

893 564 575,51

Banque de France

1 530 293 899,48

Banca d’Italia

1 344 715 688,14

Central Bank of Cyprus

14 731 333,14

Banque centrale du Lussemburgu

18 798 859,75

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 800 732,32

De Nederlandsche Bank

429 156 339,12

Oesterreichische Nationalbank

208 939 587,70

Banco de Portugal

188 354 459,65

Banka Slovenije

35 381 025,10

Národná banka Slovenska

74 614 363,76

Suomen Pankki

134 927 820,48

2.   Kull BĊN għandu jħallas l-ammont addizzjonali muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN

EUR

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

121 280 000

Deutsche Bundesbank

946 865 000

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

55 535 000

Bank of Greece

98 245 000

Banco de España

415 200 000

Banque de France

711 060 000

Banca d’Italia

624 830 000

Central Bank of Cyprus

6 845 000

Banque centrale du Lussemburgu

8 735 000

Bank Ċentrali ta’ Malta

3 160 000

De Nederlandsche Bank

199 410 000

Oesterreichische Nationalbank

97 085 000

Banco de Portugal

87 520 000

Banka Slovenije

16 440 000

Národná banka Slovenska

34 670 000

Suomen Pankki

62 695 000

3.   Il-BĊNi għandhom iħallsu lill-BĊE l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 2 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2).

4.   Kull BĊN għandu jħallas is-sehem kapitali miżjud tiegħu fi tliet pagamenti annwali ugwali. L-ewwel pagament għandu jsir fid-29 ta’ Diċembru 2010, u l-pagamenti ta’ wara għandhom jitħallsu jumejn tan-negozju qabel l-aħħar jum operattiv ta’ TARGET2 ghas-sentejn ta’ wara.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 69.

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(4)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.

(5)  Att li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(6)  Ara paġna 58 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.