7.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li tawtorizza lill-Italja biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10426)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2010/7/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), ċerti Stati Membri jistgħu jibqgħu jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
(2) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja tista’ tibqa’ teżenta t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt 10 tal-parti B tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
L-Italja talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għaliex mhix f’pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-parti B tal-Anness X tad-Direttiva tal-VAT. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Italja tar-riżorsi proprji tal-VAT. L-Italja hi f’pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu billi tuża estimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet. L-Italja għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża estimi approssimattivi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89. |
(4) |
Għall-finijiet ta’ trasparenza u ċertezza legali, hu xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Italja hija awtorizzata li tuża estimi approssimattivi fir-rigward tal-kategorija li ġejja ta’ tranżazzjonijiet msemmija fil-parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE:
— |
Trasport tal-passiġġieri (punt 10). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.