|
10.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/6 |
DEĊIŻJONI TAL-LAQGĦA ĠENERALI
tat-30 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Istatuti tal-Fond Ewropew tal-Investiment sabiex tallinja l-ambitu ġeografiku tal-operat tal-Fond ma' dak tal-Programm qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni
2009/C 216/05
IL-LAQGĦA ĠENERALI TAL-FOND EWROPEW TAL-INVESTIMENT,
Wara li kkunsidrat li d-19 ta’ Ġunju 2000 fakkar id-dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Istatuti tal-Fond Ewropew tal-Investiment li ġew iffirmati fl-14 ta' Ġunju 1994,
Wara li kkunsidrat li, bis-saħħa tal-Artikoli 12(viii) u 34, il-Laqgħa Ġenerali tista’, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, temenda l-Istatuti tal-Fond,
Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Bord tad-Diretturi tad-29 ta’ Ottubru 2007,
TIDDEĊIEDI:
Li l-Artikolu 23 tal-Istatuti tal-Fond Ewropew tal-Investiment, li jiddefinixxi l-ambitu ġeografiku tal-operat tal-Fond, għandu jiġi emendat skont kif ġej:
“Artikolu 23
Ambitu Ġeografiku
Il-Fond jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu fit-territorju tal-Istati Membri tal-Komunità, f’pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati tal-Komunità u fil-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA).”
Għal-Laqgħa Ġenerali
President
P. MAYSTADT
Segretarju
R. WAGENER