29.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/9


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) Nru 1295/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2009, ir-rapport relatat mal-evalwazzjoni attwarja 2009 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Joħroġ minn din l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 11,3 % tas-salarju bażiku.

(2)

Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea, r-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11,3 % tas-salarju bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun 11,3 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1