30.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (KE) Nru 1294/2009 TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (1) (ir-“Regolament oriġinali”), impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew iċ-“Ċina”) u l-Vjetnam (il-“pajjiżi kkonċernati”). Il-livelli ta’ dazju stabbiliti kienu jvarjaw minn 9.7 % għal 16.5 % fil-każ tar-RPĊ u 10 % fil-każ tal-Vjetnam. Il-miżuri ġew imposti għal perjodu ta’ sentejn. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri għandha tkun imsejħa bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (2) (“ir-Regolament estiż”), il-Kunsill estenda d-dazju tal-anti-dumping definittiv għal importazzjoni ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw (“SAR”), sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR jew le. L-estensjoni ġiet wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku.

2.   INVESTIGAZZJONI PREŻENTI

2.1.   Talba għal reviżjoni

(3)

It-talba ġiet sottomessa mill-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industrija tax-Xedd tas-Saqajn (CEC, “l-applikant”), għan-nom tal-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ iżjed minn 35 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda.

(4)

Fil-kwadru tat-test eżistenti, diversi assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ produtturi ta’ xedd tas-saqajn fl-Istati Membri esprimew l-opinjonijiet tagħhom fir-rigward tal-ftuħ tar-reviżjoni tal-iskadenza u talbu li isimhom jibqa’ kunfidenzjali minħabba biża’ li l-kumpaniji membri tagħhom ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati b’ritaljazzjoni minn xi klijenti. Xi partijiet oħra saqsew għalfejn l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet li qed jopponu u li qed jappoġġjaw inżammu kunfidenzjali. Il-Kummissjoni talbet b’mod espliċitu għal darb’oħra lill-assoċjazzjonijiet jekk kinux jaqblu mal-iżvelar tal-isem u l-pożizzjoni tagħhom. Erba’ assoċjazzjonijiet qablu li jiżvelaw l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tagħhom, filwaqt li l-oħrajn kienu kontra li dan isir, u semmew għal darb’oħra l-biża’ tagħhom minn ritaljazzjoni kontra l-kumpaniji membri tagħhom. Il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm fil-fatt possibbiltà konsiderevoli ta’ ritaljazzjoni fil-forma ta’ bejgħ mitluf għal dawn il-produtturi u aċċettat li l-ismijiet m’għandhomx jiġu żvelati.

(5)

Xi partijiet saħqu li l-Kummissjoni ma messiex bdiet investigazzjoni ta’ reviżjoni tal-iskadenza peress li l-Artikolu 3 tar-Regolament oriġinali jgħid li għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Premessa (326) tar-Regolament oriġinali, madankollu, tispjega li, minkejja d-dewmien iqsar tal-miżuri, ir-regoli tal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku għandhom japplikaw mutatis mutandis. B’konformità ma’ din il-premssa, it-test tal-avviż tal-iskadenza imminenti (3) jgħid li l-miżuri jiskadu fis-7 ta’ Ottubru 2008 sakemm ma tkunx inbdiet reviżjoni skont ir-regoli tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Peress li reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fil-fatt inbdiet, il-miżuri anti-dumping għandhom jibqgħu fis-seħħ waqt li din ir-reviżjoni tkun pendenti.

(6)

It-talba għar-reviżjoni tal-iskadenza kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

2.2.   Bidu

(7)

Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienu jeżistu biżżejjed provi għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ Notifika ta’ bidu ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew (4) fit-3 ta’ Ottubru 2008 (in-“Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “RIP”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tal-ħsara kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-RIP (il-“perjodu kkunsidrat”). Saret ukoll referenza fejn xieraq għas-sena 2005 u għall-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni oriġinali li kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005 (“perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali” jew “OIP”).

3.   PARTIJIET MILQUTA MINN DIN L-INVESTIGAZZJONI

(9)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-prodotturi tal-Unjoni msemmija fit-talba, kwalunkwe produtturi oħra magħrufa fil-Unjoni, l-importaturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, il-bejjiegħa bl-imnut/distributuri magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur magħrufa, il-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati bil-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza.

(10)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħaddu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Avviż tal-bidu.

(11)

Il-partijiet kollha interessati li għamlu din it-talba u li wrew raġunijiet partikolari għalxiex għandhom jiġu mismugħa, ingħataw smigħ.

4.   TEĦID TA’ KAMPJUNI

(12)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, ta’ produtturi tal-Unjoni u ta’ importaturi involuti fl-investigazzjoni, l-applikazzjoni tat-teħid ta’ kampjuni ġiet prevvista fin-Notifika tal-bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(13)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u, jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-prodotturi esportaturi u r-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni ġew mitluba li jippreżentaw lilhom infushom u li jipprovdu l-informazzjoni kif speċifikat fin-Notifika tal-bidu.

4.1.   Teħid ta’ kampjuni għal produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam

4.1.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(14)

Total ta’ 58 kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji relatati (“gruppi”) fir-RPĊ ippreżentaw lilhom infushom u provdew l-informazzjoni mitluba fil-limitu taż-żmien mogħti. Dawn it-58 kumpanija jew gruppi produċew u/jew esportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni u esprimew xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun. Dawn tqiesu li kienu kumpaniji li kkooperaw u ġew meqjusa għall-inklużjoni fil-kampjun. Il-livell ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ, i.e. il-perċentwal ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw meta mqabbla mal-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha lejn l-Unjoni, kien ta’ madwar 22 %.

(15)

Il-kampjun intgħażel bi ftehim mal-awtoritajiet Ċiniżi, fuq il-bażi tal-volumi tal-esportazzjoni u l-firxa ġeografika tal-kumpaniji li kkooperaw. Is-seba’ kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 56 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tat-58 kumpanija li kkooperat, u 13 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni mir-RPĊ. Kollha wieġbu għall-kwestjonarji fil-limiti taż-żmien mogħtija.

(16)

Ċerti esportaturi Ċiniżi mhux inklużi fil-kampjun qalu li peress li ma ġewx magħżula biex ikunu fil-kampjun, ma kinux f’pożizzjoni li jiddefendu l-interessi tagħhom. Madankollu, huwa parti mill-prinċipju tat-teħid ta’ kampjuni li jintgħażel numru rappreżentattiv tal-produtturi esportaturi u li r-riżultati tal-valutazzjoni ta’ dan il-kampjun jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi anke għal esportaturi oħra li kkooperaw. Barra minn hekk qed jiġi osservat li l-partijiet interessati kollha kienu kapaċi jipparteċipaw fl-investigazzjoni u jissottomettu l-opinjonijiet tagħhom. Għal din ir-raġuni dan l-argument ġie miċħud.

4.1.2.   Vjetnam

(17)

Total ta’ 51 kumpanija jew gruppi fil-Vjetnam ippreżentaw lilhom infushom u provdew l-informazzjoni mitluba fil-limitu taż-żmien mogħti. Dawn il-51 kumpanija jew gruppi produċew u/jew esportaw il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni u esprimew xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun. Ġew meqjusa bħala kumpaniji li kkooperaw u ġew meqjusa għall-inklużjoni fil-kampjun. Il-livell ta’ kooperazzjoni mill-Vjetnam, i.e. il-perċentwal ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji Vjetnamiżi li kkooperaw meta mqabbla mal-esportazzjonijiet Vjetnamiżi kollha lejn l-Unjoni, kien ta’ madwar 82 %.

(18)

Il-kampjun intgħażel bi ftehim mal-awtoritajiet Vjetnamiżi, fuq il-bażi tal-volumi tal-esportazzjoni. It-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 27 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-51 kumpanija li kkooperaw, u 22 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni mill-Vjetnam. Kollha wieġbu għall-kwestjonarji fil-limiti taż-żmien mogħtija.

4.2.   Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi tal-Unjoni

(19)

Il-proċedura biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni kienet din li ġejja. Is-CEC li taġixxi f’isem dawk kollha li għamlu lment ikkonfermat li l-produtturi kollha li lmentaw kienu lesti li jikkooperaw u jipparteċipaw fl-eżerċiżżju tat-teħid ta’ kampjuni. Minħabba l-informazzjoni dettaljata u estensiva disponibbli fil-fajl (li ġejja mill-ilment, mill-eżerċizzju eżistenzi, u mis-sottomissjonijiet tas-CEC), ma kienx meħtieġ li tintbagħat formola tat-teħid ta’ kampjuni lil produtturi li lmentaw individwalment. Barra minn hekk, in-Notifika ta’ bidu stiednet lil kwalunkwe produttur li jippreżenta lilu nnifsu jekk ikun jixtieq li jikkoopera fil-proċeduri. Minbarra dawk li għamlu l-ilmenti, ħames kumpaniji oħra ppreżentaw ruħhom wara l-bidu u talbu li jkunu inklużi fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni. Intbagħtu formoli tal-kampjuni lil dawn kollha fejn intalbu jagħtu informazzjoni li kienet diġà disponibbli għand dawk li għamlu l-ilment. Tnejn biss mill-ħames kumpaniji provdew il-kampjuni. Dawn iż-żewġ kumpaniji madankollu ma nżammux peress li kienu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (198)).

(20)

Il-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat hi kkonċentrata l-iżjed fi tliet Stati Membri li għandhom madwar 2/3 tal-produzzjoni kollha. Il-kumplament hu mferrex madwar l-Istati Membri l-oħra. Kif jidher mill-premessi (202) u iżjed ‘il quddiem, il-mudelli tan-negozju tal-produtturi tal-Unjoni huma karatterizzati b’differenzi l-iżjed fil-firxa tal-prodott/kwalità, il-kanali tad-distribuzzjoni u jekk iseħħx ġbir tal-attivitajiet u sottokuntrattar ta’ partijiet tal-proċess tal-manifattura ġewwa jew barra l-Unjoni.

(21)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-akbar volumi rappreżentattivi tal-produzzjoni u l-bejgħ fil-Unjoni li jistgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Madankollu, kif imsemmi f’iżjed dettall hawn fuq, din mhijiex industrija kompletament omoġenja u sabiex tiġi valutata l-kwalità rappreżentattiva tal-kumpaniji magħżula, ġew ikkunsidrati wkoll il-firxa ġeografika tal-produtturi madwar l-Istati Membri (5), kif ukoll is-settur li fih jappartjenu l-prodotti tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, ġew magħżula tmien kumpaniji li joperaw f’erba’ Stati Membri. Il-kumpaniji magħżula jirrappreżentaw ukoll il-mudelli tan-negozju ewlenin kollha preżenti fl-Unjoni, f’termini ta’ kif jiġi manifatturat il-prodott, kif jiġi distribwit il-prodott, u l-ispeċjalizzazzjoni tal-prodott. Fir-rigward tal-ispeċjalizzazzjoni tal-prodott, il-kumpaniji magħżula kienu jinkludu l-produzzjoni fis-setturi tal-prezzijiet ewlenin kollha (firxa baxxa, firxa medja, firxa għolja) kif ukoll fis-setturi kollha tas-sess u tal-età (xedd tas-saqajn tan-nisa, tal-irġiel, għal kull sess, tat-tfal). Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-kumpaniji magħżula kienu jinkludu l-livell ewlenin kollha tad-distribuzzjoni (għal bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut, kif ukoll bejgħ bl-imnut dirett). Fir-rigward tal-produzzjoni, il-kumpaniji magħżula kienu jinkludu l-manifattura sħiħa interna fl-istadji ewlenin kollha tal-proċess tal-produzzjoni kif ukoll kumpaniji li kienu għamlu trasferiment ta’ partijiet ta’ dan il-proċess tal-manifattura (kemm fl-Unjoni u barra mill-Unjoni).

(22)

It-tmien produtturi magħżula fil-kampjun għaldaqstant tqiesu li huma rappreżentattivi tal-produtturi in ġenerali fl-Unjoni, u li kienu jirrappreżentaw 8.2 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li lmentaw u 3.1 % tat-total tal-produzzjoni Komunitarja. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, is-CEC ġiet konsultata fuq l-għażla tal-kampjun u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.

(23)

L-investigazzjoni żvelat li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inkluż fil-kampjun gradatament ma kompliex il-produzzjoni fl-Unjoni waqt l-RIP, u ttrasferixxa l-attività sħiħa tal-manifattura tiegħu barra l-Unjoni. Għandu jiġi ossevat li l-piż tal-kumpanija ma kienx tali li jkollu impatt konsiderevoli, għall-inqas mill-aspett kwantitattiv, fuq is-sitwazzjoni tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun in ġenerali - inkluża l-kwalità rappreżentattiva tagħhom. Is-sejbiet kwantitattivi dwar il-ħsara ma kinux ikunu materjalment differenti kieku din il-kumpanija ġiet eskluża. F’dan il-kuntest, u meta wieħed iqis li (i) kienet għamlet produzzjoni fl-Unjoni waqt l-RIP, u li (ii) kienet tissottokuntratta parti kbira mill-produzzjoni, mudell tan-negozju li, skont ħafna partijiet, hu importanti fl-Unjoni, ġie deċiż li ma tiġix formalment eskluża din il-kumpanija mill-kampjun. Dan ikompli jiżgura li, kwalitattivament, il-kampjun jirrappreżenta r-realtà tas-settur b’mod xieraq kemm jista’ jkun possibbli. Barra minn hekk, meta wieħed iqis li reviżjoni tal-iskadenza titlob analiżi tal-kontinwazzjoni/rikorrenza tal-ħsara, dan jista’ jgħin fil-previżjoni aħjar ta’ kif tista’ tiżviluppa s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni jekk ma jitkomplewx il-miżuri. Madankollu, b’mod evidenti ntużat biss dejta li tappartjeni għall-attività tagħha bħala produttur fl-Unjoni.

(24)

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkunsidraw jekk, peress li l-produzzjoni fl-Unjoni u l-bejgħ ta’ din il-kumpanija waqt l-RIP instabu li huma inqas milli kien ġie rappurtat fil-bidu fl-istadju tal-kampjun, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni in ġenerali messhomx jiġu mnaqqsa b’mod simili - i.e., l-impatt riżultanti tal-kampjun għandu jiġi traspost fuq il-popolazzjoni kollha. Madankollu, instab li l-iżball jidher li sar ġenwinament minn din il-kumpanija li bi żball inkludiet it-trasferiment lejn pajjiż fil-viċinanza tal-Unjoni bħala produzzjoni fl-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan jiġi l-ewwel nett osservat li l-kampjun jintuża primarjament biex jevalwa dawk l-indikaturi tal-ħsara li ma jistgħux b’mod raġonevoli jinkisbu għall-industrija tal-Unjoni in ġenerali. Il-produzzjoni u l-bejgħ inkisbu f’livell aggregat għall-industrija tal-Unjoni, u għaldaqstant l-argument mhuwiex rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni fil-fajl, inkluża dik ikkumpilata b’mod parallel permezz ta’ analiżi addizzjonali tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali li saret f’din l-investigazzjoni, ma tindika l-ebda bżonn għal aġġustament ta’ din ix-xorta. Fl-aħħar nett, għas-saħħa tal-argument, jekk iċ-ċifri sħaħ tal-produzzjoni u tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni fir-RIP kellhom jitnaqqsu biex jiġu trasposti ċ-ċifri iżjed baxxi tal-kampjun, dan ma jaffetwa la l-kwalità rappreżentattiva tal-kampjun u lanqas il-konklużjonijiet ġenerali dwar il-ħsara.

(25)

Diversi partijiet interessati allegaw ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, meta allegaw li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv f’termini tal-perċentwal tal-produzzjoni kopert, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-proporzjon bejn il-produzzjoni u l-bejgħ, il-firxa ġeografika kif ukoll il-profitabbiltà u l-prestazzjoni. Ġie deċiż ukoll li l-kampjun ma kkunsidrax in-numru kbir ta’ produtturi li għandhom produzzjoni trasferita lejn pajjiżi terzi.

(26)

Dawn l-allegazzjonijiet ġew analizzati bir-reqqa u anke minħabba l-kumplessità ta’ dan il-każ, kwestjonarji addizzjonali ġew mibgħuta, proċessati u vverifikati fuq il-post mhux biss għal kumpaniji individwali, iżda wkoll għal assoċjazzjonijiet nazzjonali. F’dan il-kuntest, in-numru ta’ kumpaniji magħżula fil-kampjun kellu jkun limitat għal dak li seta’ jiġi raġonevolment investigat fil-perjodu taż-żmien disponibbli, i.e. tmien kumpaniji.

(27)

Barra minn hekk, peress li l-industrija tal-Unjoni hi frammentata ħafna f’dan il-każ, hu inevitabbli li l-kumpaniji fil-kampjun ikopru porzjon relattivament żgħir tal-produzzjoni globali tal-Unjoni. Din il-frammentazzjoni, flimkien mal-fatt li l-produtturi l-kbar ġew magħżula biex ikunu fil-kampjun, timplika li, fi kwalunkwe każ, iżjed żieda fin-numru ta’ kumpaniji m’għandhiex ikollha impatt konsiderevoli fuq il-proporzjon tal-kampjun meta mqabbel mal-produzzjoni globali tal-Unjoni.

(28)

Kif spjegat fil-premessa (21), il-Kummissjoni kkunsidrat il-firxa ġeografika meta għażlet il-kampjun. Għandu jiġi sottolineat li, min-natura tiegħu, kampjun m’għandux għalfejn jirrifletti l-firxa ġeografika eżatta (lanqas id-distribuzzjoni eżatta jew it-tqassim ta’ kwalunkwe kriterju ieħor) tal-popolazzjoni sħiħa sabiex ikun rappreżentattiv. Hu biżżejjed li, bħalma hu l-każ għall-kampjun attwali, li jinkludi erba’ Stati Membri, ikun jirrifletti l-proporzjonijiet rilevanti tal-pajjiżi ewlenin tal-manifattura involuti. Kwalunkwe approċċ ieħor ma kienx ikun prattikabbli fuq livell amministrattiv, b’mod partikolari jekk diversi kriterji differenti għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi żgurata l-kwalità rappreżentattiva. Fil-fatt, din l-allegazzjoni in fine tkun qed timplika li kampjun ikun rappreżentattiv biżżejjed biss jekk ikun fih il-popolazzjoni sħiħa. L-investigazzjoni għaldaqstant enfasizzat li l-kampjun li jkopri erba’ Stati Membri, inklużi t-tlieta bl-akbar produzzjoni, hu rappreżentattiv biżżejjed tal-produzzjoni globali tal-Unjoni, b’mod partikolari meta wieħed iqis il-produzzjoni li hi bbażata fuq arranġamenti ta’ ġbir ta’ tariffi u li għaldaqsant għandu jittieħed kont tagħhom fl-Istat Membru tal-kumpanija li tordna s-servizz tal-ġbir ta’ tariffi.

(29)

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jinkludu wkoll kampjun tal-firxiet tal-prodotti li jirriflettu l-ordnijiet tad-daqs rilevanti fil-produzzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-firxiet tal-prodotti involuti jikkorrispondu ma’ dawk ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi u Vjetnamiżi.

(30)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ, tqajjem ukoll l-argument li l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-kampjun ma kinux rappreżentattivi relatati mal-prezzijiet tal-bejgħ indikati fit-talba tar-reviżjoni. F’dan il-kuntest għandu jiġi osservat madankollu li, kuntrarju għal din l-allegazzjoni, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-kampjun huma konsistenti mal-prezzijiet rappurtati fit-talba. Fi kwalunkwe każ, anke kieku dan ma kienx il-każ, il-prezzijiet tal-bejgħ medji m’għandhomx għalfejn ikunu eżattament l-istess bħal dawk rappurtati fit-talba, sakemm jinstabu li jirriflettu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-popolazzjoni tal-produtturi in ġenerali.

(31)

Fir-rigward tal-kwalità rappreżentattiva f’termini ta’ proporzjon bejn produzzjoni u bejgħ, qed jiġi mfakkar li fis-settur globali, il-produzzjoni tipikament issir skont l-ordnijiet u tkun tirrifletti bil-qawwa t-tendenzi tal-moda. Għaldaqstant, l-istokk mhuwiex indikatur daqstant effettiv, u l-produzzjoni tqarreb ħafna l-bejgħ. Dan ġie kkonfermat fl-istadju tal-ilment u anke waqt l-investigazzjoni tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u għall-industrija tal-Unjoni in ġenerali.

(32)

Minbarra l-kunsiderazzjonijiet deskritti hawn fuq, qed jitfakkar li fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-investigazzjonijiet jistgħu jkunu limitati għal kampjuni li huma jew statistikament validi, jew li jikkostitwixxu l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, bejgħ, jew esportazzjonijiet li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli. Jidher ċar mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni li m’hemmx indikazzjoni kwantitattiva jew limitu ta’ x’jikkostitwixxi l-livell tal-volum rappreżentattiv. L-unika indikazzjoni hi li dan il-volum jista’ jkun limitat għal dak li jista’ raġonevolment jiġi investigat fil-perjodu taż-żmien disponibbli.

(33)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-allegazzjonijiet magħmula mid-diversi partijiet ġew miċħuda u l-validità legali tal-kampjun qed tiġi hawnhekk ikkonfermata peress li l-kampjun hu rappreżentattiv u ntgħażel b’konformità sħiħa mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

4.3.   Teħid ta’ kampjuni mill-importaturi tal-Unjoni

(34)

Skont l-informazzjoni disponibbli, ġew ikkuntattjati 139 importatur. 22 importatur mhux relatati wieġbu l-formola tat-teħid tal-kampjuni, li minnhom 21 qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont id-dejta sottomessa, dawn il-21 importatur kienu jammontaw għal 12 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u 40 % ta’ dawk l-importazzjonijiet mill-Vjetnam (fl-RIP).

(35)

L-ikbar ħames importaturi (Adidas, Clarks, Nike, Puma u Timberland) kienu jammontaw għal madwar 18 % tal-importazzjonijiet ikkonċernati għax kollha rrappurtaw importazzjonijiet konsiderevoli miż-żewġ pajjiżi. Għaldaqstant ġie meqjus li kampjun li jkun magħmul minn dawn il-ħames kumpaniji jkun rappreżentattiv fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, i.e. f’termini tal-volum tal-importazzjonijiet.

(36)

Madankollu, sabiex tiġi riflessa aħjar il-firxa ġeografika tal-importaturi u d-differenzi fit-tipi ta’ xedd tas-saqajn importati, ġew magħżula tliet importaturi oħra. F’dan ir-rigward, mir-ritorni tal-kampjuni, kien jidher li ħafna mill-importaturi li wieġbu kienu joperaw fuq skala iżgħar f’termini ta’ volum u li kienu importaw żraben tad-ditta inqas magħrufa/tal-moda jew żraben ta’ valur ogħla. Il-mudell tan-negozju u s-setturi tal-prodott innegozjat ta’ dawn l-importaturi iżgħar dehru li huma distinti mill-akbar importaturi u dawn l-importaturi iżgħar setgħu flimkien jammontaw għal sehem importanti tal-importazzjonijiet ikkonċernati. Għaldaqstant ġie meqjus importanti li dawn l-importaturi jiġu rappreżentati wkoll, għax ir-realtà ekonomika ta’ dawn il-kumpaniji tista’ tkun differenti minn dawk tal-importaturi l-kbar imsemmija fil-premessa (35) t’hawn fuq.

(37)

Fuq dawn il-bażijiet, ġie magħżul kampjun li jikkonsisti fi tmien importaturi inklużi l-akbar ħames importaturi u tliet importaturi iżgħar. Dawn irrappreżentaw madwar 10 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u madwar 34 % tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam.

(38)

L-importaturi kollha li kkooperaw li kienu wrew ix-xewqa li jikkooperaw ingħataw l-opportunità li jikkumentaw dwar l-għażla tal-kampjun. Intbgħatu kwestjonarji biex jimtlew mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Sebgħa mill-importaturi inklużi fil-kampjun wieġbu fil-limitu taż-żmien stipulat. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħu, it-tmien importatur inkluż fil-kampjun kellu jiġi eskluż mill-kampjun.

5.   VERIFIKA TAL-INFORMAZZJONI RĊEVUTA

(39)

Il-Kummissjoni kisbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li hi neċessarja għall-iskop tad-determinazzjoni tal-kontinwazzjoni jew il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara u l-interess tal-Unjoni. L-informazzjoni sottomessa mill-kumpaniji li ġejjin ġiet ivverifikata fuq il-post:

5.1.   Produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:

Yue Yuen Industrial (Holdings) Ltd., Ħong Kong

Kumpanija tal-produzzjoni:

Zhongshan Pou Yuen Manufactory, Provinċja ta’ Guandong Province

Kumpaniji tan-negozju:

Idea Co. Ltd, Makaw

The Look Co. Ltd, Makaw

Gold Plenty Co. Ltd, Makaw;

Guangzhou Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd., Provinċja ta’ Guangdong;

HuaJian Industrial (Holding) Co. Ltd., Ħong Kong u l-kumpanija tal-produzzjoni tagħha Dongguan HuaBao Shoes Co. Ltd, Provinċja ta’ Guandong;

Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd., Provinċja ta’ Zhejiang Province;

Foshan City Nanhai Golden Step Industrial Co. Ltd., Provinċja ta’ Guangdong;

Jianle Footwear Industrial Co. Ltd, Provinċja ta’ Fujian;

General Footwear/Gentfort Shoes Co.Ltd, Provinċja ta’ Guangdong.

5.2.   Produtturi esportaturi fil-Vjetnam:

Pou Yuen Industrial Holdings Limited, Ħong Kong

Kumpaniji tal-produzzjoni:

Pouyuen Vietnam Company Limited, Belt ta’ Ho Chi Minh

Pou Sung Vietnam Company Limited, Provinċja ta’ Dong Nai

Pou Chen Vietnam Enterprise Company Limited, Provinċja ta’ Dong Nai

Kumpaniji tal-kummerċ:

Betsey Trading Limited

Sinnamon Trading Limited

Sky High Trading Limited

Fitbest Enterprises Limited;

Golden Star Co. Ltd, Belt ta’ Haiphong

Shyang Hung Cheng Industrials Co Ltd, Provinċja ta’ Binh Duong

5.3.   Produtturi tal-Industrija tal-Unjoni u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi

Associação Portuguesa dos Industriais de Calçado, Componentes, Artigos de Pele e seus Sucedâneos (APICCAPS) (Portugall);

Federación de Industrias del Calzado Español (FICE) Spanja;

Associazione Nazionale Calzaturifici Italiani (L-ITALJA);

British Footwear Association LTd (Il-Gran Brittanja);

Fachverband der Lederverarbeitenden Industrie (L-Awstrija);

Fédération Française de la Chaussure (Franza);

HDS Hauptverband der Deutschen Schuhindustrie e.V. (Il-Ġermanja);

Polish Chamber of Shoe and Leather industry (Il-Polonja).

(40)

Twettqu wkoll żjarat ta’ verifika fil-postijiet tat-tmien produtturi tal-Unjoni, li jinsabu f’erba’ Stati Membri. Kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif ukoll produtturi oħra tal-Unjoni li kkooperaw talbu, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku li l-identitajiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali. Huma qalu li l-iżvelar tal-identità tagħhom jista’ jwassal għal riskju ta’ effetti negattivi konsiderevoli. Ċertu produtturi tal-Unjoni li lmentaw ifornu klijenti fl-Unjoni li jixtru wkoll il-prodotti tagħhom mir-RPC u l-Vjetnam, biex b’hekk jibbenefikaw direttament minn dawn l-importazzjonijiet. Dawk li għamlu l-ilmenti għaldaqstant jinsabu f’pożizzjoni sensittiva peress li wħud mill-klijenti tagħhom jista’ jkollhom raġunijiet evidenti li jopponu l-fatt li ssottomettew jew li appoġġjaw ilment kontra l-allegat dumping ta’ ħsara. Għal dawn ir-raġunijiet huma qiesu li kien hemm riskju ta’ ritaljazzjoni minn uħud mill-klijenti tagħhom, inkluża t-terminazzjoni possibbli tar-relazzjoni tan-negozju tagħhom. Din it-talba ġiet aċċettata għax kienet sostanzjata biżżejjed.

(41)

Ir-rappreżentanti ta’ ċertu produtturi esportaturi kif ukoll importaturi mhux relatati allegaw li ma setgħux b’mod xieraq jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom peress li l-identità ta’ dawk li lmentaw ma ġietx żvelata. Huma argumentaw li, f’dawk iċ-ċirkostanzi, ma setgħux jivverifikaw li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu verament rappreżentattivi. F’każ ta’ sitwazzjoni alternattiva, dawn il-partijiet qalu li jekk il-kunfidenzjalità setgħet tiġi garantita b’mod ieħor, f’dan il-każ għandu jkun hemm żvelar sħiħ taċ-ċifri tal-kumpanija individwali.

(42)

F’dan il-kuntest, qed jiġi mfakkar li l-volum tal-produzzjoni tal-kampjun, imqassam bil-pajjiżi, sar disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kollha. Fir-rigward tal-argument li għandha tiġi żvelata l-informazzjoni kollha ħlief l-identità tal-kumpanija, għandu jiġi osservat li dan l-iżvelar jista’ indirettament jiżvela l-identità tal-kumpanija inkluża fil-kampjun. Il-prassi normali tal-iżvelar ta’ verżjonijiet mhux limitati tat-tweġibiet tal-kwestjonarju għaldaqstant inżammet (i.e. li fiha dejta indiċjata) anke f’dan il-każ. Fid-dawl tal-affarijiet imsemmija, għandu jiġi konkluż li d-dritt tad-difiża tal-partijiet ġie preservat b’mod xieraq u t-talba ġiet għaldaqstant miċħuda.

5.4.   Importaturi mhux relatati:

Achten Beheer BV, Waalwijk, l-Olanda;

Adidas AG, Herzogenaurach, il-Ġermanja;

C&J Clark’s International Limited, Street, Somerset, ir-Renju Unit;

Footex International BV, Hazerswoude-dorp, l-Olanda;

Nike European Operations BV, Laakdal, il-Belġju;

Puma AG Rudolf Dassler Sport, Herzogenaurach, il-Ġermanja;

Timberland Europe BV, Enschede, l-Olanda.

5.5.   Produtturi fis-suq analogu:

Henrich & Cia Ltda, Dois Irmãos, il-Brażil;

Werner Calçados Ltda, Très Coroas, il-Brażil;

Industria de Calçados West Coast Ltda, Ivoti, il-Brażil.

6.   DRITTIJIET TAL-PARTIJIET

(43)

Ċertu partijiet qajmu oġġezzjonijiet matul il-proċeduri dwar l-allegat indeboliment tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. Huma qalu li, fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-informazzjoni miżmuma fil-fajl miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati ma kinitx kompluta u ma ġietx provduta fil-ħin.

(44)

F’dan ir-rigward għandha tiġi sottolineata li verżjoni tat-tweġiba tal-parti għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (“risposta miftuħa”) ġiet provduta mill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun mingħajr dewmien mhux dovut u skont il-limiti taż-żmien mogħtija lill-partijiet l-oħra fl-investigazzjoni. Meta tiġi sottomessa risposta miftuħa lill-Kummissjoni, tista’ madankollu tiddaħħal biss fil-fajl miftuħ, ladarba l-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità possibbli jkunu ġew riżolti kif provdut fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Għandu jiġi osservat ukoll li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li ddaħħal l-informazzjoni fil-fajl miftuħ fil-ħin sabiex tippermetti li l-partijiet jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Dan l-obbligu twettaq kif suppost f’dan il-każ.

(45)

Fir-rigward tal-kompletezza tar-risposti miftuħa, għandu jiġi osservat li hija parti normali tal-investigazzjonijiet li l-partijiet jagħmlu sottomissjonijiet addizzjonali matul iż-żmien li fih jipprovdu informazzjoni addizzjonali. Dawn huma miżjuda fil-fajl mhux kunfidenzjali hekk kif kwalunkwe kwistjoni tal-kunfidenzjalità tiġi riżolta. Dan il-proċess, li permezz tiegħu l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-partijiet interessati kollha jiġu progressivament integrati fil-korp tal-evidenza użat biex iwassal għas-sejbiet u fil-fajl mhux kunfidenzjali, ma jistax jiġi mfixkel ma’ meta l-fajls ma jkunux kompluti.

(46)

Meta wieħed iqis il-kumplessità ta’ dan il-każ, l-aċċess tal-partijiet ġie ffaċilitat kif ġej. L-ewwel nett, ingħata aċċess elettroniku lill-partijiet interessati, li permezz tiegħu setgħu jiksbu, fuq talba tagħhom, kopja sħiħa tad-dokumenti kollha fil-fajl fuq CD-ROM. Barra minn hekk, id-dokumenti elettroniċi ġew akkompanjati b’indiċi ċar li jippermetti (i) aċċess faċli għall-ħafna dokumenti preżentati f’dan il-każ u (ii) għal rekord datat tad-dokumenti fuq il-fajl. Barra minn hekk, serje ta’ noti għall-fajl imdaħħal fil-fajl miftuħ kien jirrispondi għal mistoqsijiet li jista’ jkollhom impatt fuq id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet.

(47)

Dan ippermetta li l-partijiet ikollhom aċċess imtejjeb u li jagħmlu kummenti estensivi matul l-investigazzjoni, li ġew imbagħad indirizzati mill-Kummissjoni kif xieraq. L-allegazzjonijiet dwar in-nuqqas tal-kompletezza u ż-żminijiet indikati fil-fajl miftuħ magħmula mid-diversi partijiet għandhom għaldaqstant jiġu miċħuda.

(48)

Parti interessata partikolari allegat ukoll li l-Kummissjoni ddiskriminat bejn l-importaturi u l-esportaturi billi offriet trattament iżjed favorevoli lill-produtturi tal-Unjoni li lmentaw fl-investigazzjoni. B’mod partikolari ġie allegat li l-importaturi u l-esportaturi ma ngħatawx kunfidenzjalità bħal ma ngħatat lill-produtturi. Ġie allegat ukoll li dawk li lmentaw ingħataw trattament iżjed favorevoli għax ma ġewx mitluba li jissottomettu formoli tal-kampjuni fil-bidu tal-proċeduri u li ngħatat iżjed flessibbiltà fir-rigward tal-limitu taż-żmien u l-istandard tar-risposti lil dawk li għamlu l-ilment filwaqt li esportatur fl-istess sitwazzjoni kien jiġi evalwat fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(49)

F’dan il-kuntest għandu jiġi osservat li l-għoti tal-kunfidenzjalità għall-identità tal-produtturi tal-Unjoni li jappoġġjaw l-ilment kien ibbażat fuq talba motivata kif dovut skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. L-ebda talba ta’ din ix-xorta ma ġiet sottomessa mill-esportaturi jew mill-importaturi u lanqas ma seħħew avvenimenti jew ma saret magħrufa informazzjoni tul il-kors tal-investigazzjoni li tissuġġerixxi li l-interessi tal-esportaturi jew l-importaturi kienu se jkunu milquta minħabba l-iżvelar tal-identità tagħhom. Meta wieħed iqis li s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni f’dan il-kuntest kien fundamentalment differenti minn dik tal-esportaturi u l-importaturi, l-allegazzjoni tad-diskriminazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.

(50)

Fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, qed issir referenza għall-premessa (19) ta’ hawn fuq. Is-sitwazzjoni għall-esportaturi u l-importaturi kienet pjuttost differenti minn dik tal-produtturi li għamlu l-ilment, għax ma kienx hemm informazzjoni dettaljata fuq il-fajl fir-rigward l-imsemmija esportaturi u importaturi. Għaldaqstant, il-kompletezza tal-formola tal-kampjun kienet neċessità kemm sabiex tiġi vverifikata x-xewqa tal-partijiet li jikkooperaw iżda anke sabiex tinkiseb l-informazzjoni bażika meħtieġa għall-għażla tal-kampjun. Għaldaqstant l-allegazzjoni tad-diskriminazzjoni għandha tiġi miċħuda.

(51)

Fir-rigward tal-flessibbiltà mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-informazzjoni miġbura permezz tal-kwestjonarji fl-ambitu tal-investigazzjoni u l-użu tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi osservat li meta wieħed iqis li l-istess approċċ ġie b’mod konsistenti użat għall-esportaturi u l-importaturi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni, ma kienx hemm raġunijiet għal kwalunkwe allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni. L-allegazzjoni mhux sostanzjata għaldaqstant għandha tiġi miċħuda.

(52)

Fir-rigward tal-għażla tal-pajjiż analogu, xi partijiet iddikjaraw li l-limiti taż-żmien qosra, iż-żmien u l-mod tat-trażmissjoni tal-kwestjonarji ddiskriminaw kontra kumpaniji Indjani u Indoneżjani. F’dan ir-rigward, qed jiġi osservat li l-bgħit tal-kwestjonarji lejn l-Indja u l-Indoneżja seta’ jitlesta biss sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2008, wara li jkunu nkisbu l-indirizzi rilevanti tal-produtturi. Il-Kummissjoni assigurat li l-kumpaniji f’dawn il-pajjiżi ngħataw l-istess żmien biex jirrispondu bħal dawk fil-Brażil. Fir-rigward tat-trażmissjoni nnifisha tal-kwestjonarji, il-Kummissjoni għamlet użu mill-posta rreġistrata fil-każijiet kollha, kif ukoll mill-posta elettronika meta dan kien possibbli. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet t’hawn fuq għandhom jiġu miċħuda.

(53)

Xi partijiet allegaw li informazzjoni dwar il-pajjiż analogu tpoġġiet fil-fajl miftuħ b’dewmien mhux dovut u li dan kien jikkostitwixxi indeboliment tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. Il-Kummissjoni tosserva li fl-investigazzjoni attwali, ħafna mill-ewwel risposti mhux kunfidenzjali għall-kwestjonarji mill-kumpaniji fil-pajjiż analogu nstabu li fihom xi nuqqas, u għaldaqstant kellhom jiġu mitluba verżjonijet ġodda, iżjed adattati. Hekk kif ġew irċevuti, tpoġġew f’fajl miftuħ mingħajr dewmien mhux dovut. Sadanittant, il-Kummissjoni daħħlet fil-fajl miftuħ informazzjoni mqassra dwar il-kumpaniji kkonsultati u r-risposti rċevuti. Dawn l-allegazzjonijiet għaldaqstant għandhom jiġu miċħuda.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT IDENTIKU

1.   PRODOTT IKKONĊERNAT

(54)

Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni hu l-istess bħall-prodott definit fir-Regolament oriġinali, i.e. ċertu xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda jew ġilda komposta, minbarra xedd tas-saqajn sportiv, xedd tas-saqajn li jinvolvi teknoloġija speċjali, papoċċi u xedd tas-saqajn ta’ ġewwa u xedd tas-saqajn b’maskaretta protettiva, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam (“il-prodott ikkonċernat”), li preżentament jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 6403 20 00 , ex 6403 51 05 , ex 6403 51 11 , ex 6403 51 15 , ex 6403 51 19 , ex 6403 51 91 , ex 6403 51 95 , ex 6403 51 99 , ex 6403 59 05 , ex 6403 59 11 , ex 6403 59 31 , ex 6403 59 35 , ex 6403 59 39 , ex 6403 59 91 , ex 6403 59 95 , ex 6403 59 99 , ex 6403 91 05 , ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 05 , ex 6403 99 11 , ex 6403 99 31 , ex 6403 99 33 , ex 6403 99 36 , ex 6403 99 38 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 .

(55)

Id-definizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament oriġinali japplikaw għall-investigazzjoni preżenti. Skont dawn id-definizzjonijiet

 

“xedd tas-saqajn sportiv” għandu jfisser xedd tas-saqajn skont it-tifsira tas-sottotitolu nota 1 għal Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008;

 

“xedd tas-saqajn li jinvolvi teknoloġija speċjali” għandu jfisser xedd tas-saqajn li għandu prezz tas-CIF għal kull par ta’ mhux inqas minn EUR 7.5, għall-użu f’attivitajiet sportivi, b’suletta ffurmata b’saff wieħed jew iżjed, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b’mod speċjali biex jassorbu l-impatt ta’ movimenti vertikali jew laterali u b’karatteristiċi tekniċi bħal kuttunar ermetiku li fih gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta’ densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 ,

 

“xedd tas-saqajn b’maskaretta tas-swaba’ protettiva” għandu jfisser xedd tas-saqajn li fih maskaretta tas-swaba’ protettiva b’reżistenza għall-impatt ta’ mill-inqas 100 ġul (1) u li jaqa’ taħt il-kodiċijiet CN: ex 6403 51 05 , ex 6403 51 11 , ex 6403 51 15 , ex 6403 51 19 , ex 6403 51 91 , ex 6403 51 95 , ex 6403 51 99 , ex 6403 59 05 , ex 6403 59 11 , ex 6403 59 31 , ex 6403 59 35 , ex 6403 59 39 , ex 6403 59 91 , ex 6403 59 95 , ex 6403 59 99 , ex 6403 91 05 , ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 05 , ex 6403 99 11 , ex 6403 99 31 , ex 6403 99 33 , ex 6403 99 36 , ex 6403 99 38 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 ;

 

“papoċċi u xedd tas-saqajn ieħor ta’ ġewwa” għandu jfisser dak ix-xedd tas-saqajn li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00 .

2.   PRODOTT IDENTIKU

(56)

Il-prodott identiku soġġett għar-reviżjoni tal-iskadenza preżenti hu, kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, ċertu xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda, sew jekk prodott u mibjugħ fuq is-suq domestiku, fis-suq analogu, u/jew esportat lejn l-Unjoni mir-RPĊ u l-Vjetnam.

2.1.   Tqabbil tal-prodott

(57)

Ċertu partijiet qajmu l-argument li l-prodott identiku mibjugħ fl-Unjoni ma kienx komparabbli mal-prodott ikkonċernat esportat mir-RPĊ u l-Vjetnam. Madankollu nstab li l-prodott mibjugħ fl-Unjoni (f’din ir-reviżjoni) kien komparabbli mal-prodott ikkonċernat esportat mill-pajjiżi kkonċernati. B’mod partikolari, instab li l-karatteristiċi u l-użi fiżiċi u tekniċi, kif ukoll il-kanali tad-distribuzzjoni tal-prodott ikkonċernat kienu simili u ma nbidlux mill-investigazzjoni oriġinali. Dan l-argument għaldaqstant ġie miċħud.

(58)

Ċertu partijiet argumentaw ukoll li s-sistema użata għat-tqabbil tat-tipi tal-prodotti mibjugħa mid-diversi kooperaturi fl-investigazzjoni ma kinitx adattata għax ma kinitx speċifika biżżejjed biex tiggarantixxi tqabbil ġust. Madankollu, is-sistema użata (is-sistema PCN) permessa għat-tqabbil ta’ massimu ta’ 600 kategorija differenti jew tipi ta’ prodotti organizzati f’ħames kriterji ewlenin, jiġifieri, l-istil tax-xedd tas-saqajn, it-tip tal-konsumatur, it-tip tax-xedd tas-saqajn, il-materjal tas-suletta ta’ barra u l-preżenza tal-inforra. Barra minn hekk, din is-sistema ta’ PCN ġiet diġà użata fl-investigazzjoni preċedenti. Ma nġiebu l-ebda raġunijiet sostanzjati li juru għalxiex għandha tiġi emendata. Għaldaqstant l-istess sistema ta’ PCN li kienet użata fl-investigazzjoni oriġinali ġiet applikata fl-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza preżenti. Dan l-argument għaldaqstant ġie miċħud.

(59)

Ċertu partijiet allegaw li l-Kummissjoni biddlet il-metodoloġija tagħha meta mqabbla mal-każ oriġinali billi biddlet id-definizzjoni tan-numri tal-kontroll tal-prodott (PCN’s) tul il-kors tal-investigazzjoni. Din l-allegazzjoni madankollu mhix korretta. Minflok, tul il-kors tal-investigazzjoni, ħareġ ċar li ċertu partijiet kienu interpretaw u applikaw ħażin l-istruttura tal-PCN għal ċertu tipi ta’ prodotti. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, il-mudelli tax-xedd tas-saqajn in kwistjoni ġew għaldaqstant klassifikati mill-ġdid u ngħataw it-titolu tal-PCN xieraq kull meta dan instab li hu meħtieġ. Għaldaqstant, kull meta l-Kummissjoni sabet li l-partijiet taw informazzjoni mhux preċiża, kellha tikkoreġi dan. Din il-korrezzjoni għaldaqstant la tista’ titqies bħala bidla fil-metodoloġija, u lanqas bħala bidla tal-kontenut tal-PCN. Għall-kuntrarju, il-bżonn li tiġi rispettata l-metodoloġija tal-PCN kien l-istess raġuni għalxiex kellha titwettaq il-korrezzjoni. Għaldaqstant l-argument kellu jiġi miċħud.

2.2.   Talbiet għal esklużjonijiet

(60)

Diversi partijiet interessati għamlu talbiet simili għal dawk irċevuti fl-investigazzjoni oriġinali. Huma argumentaw li ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn, li jaqgħu taħt l-ambitu tal-prodott identiku, eż. żraben tal-ħajkijiet, żraben tal-brilli, żraben tal-qdif bil-kenura fuq l-ilma baxx, żraben tat-teknoloġija speċjali, żraben għall-irkib taż-żwiemel u żraben ta’ daqsijiet speċjali, kienu differenti wisq biex jappartjenu għall-istess kategorija. Talba oħra li saret kienet li l-limitu tal-valur ta’ EUR 7.5 għal kull par applikabbli għaż-żraben STAF għandu jitnaqqas. Qed jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, dan il-limitu tal-valur kien tnaqqas minn EUR 9 għal EUR 7.5 kull par.

(61)

F’dan ir-rigward, reviżjoni tal-iskadenza ma tippermettix bidla fl-ambitu tal-prodott taħt dawn il-miżuri. Bidla ta’ din ix-xorta setgħet ġiet ikkunsidrata kieku parti kellha tagħmel talba sostanzjata skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant it-talba ta’ hawn fuq kellha tiġi miċħuda.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

(62)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx aktarx se jkompli jew jiġi ripetut mal-iskadenza possibbli tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ u l-Vjetnam.

(63)

Il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt. L-importazzjonijiet Ċiniżi ġew soġġetti għal kwoti sal-31 ta’ Diċembru 2004 u l-importazzjonijiet żdiedu sostanzjalment wara din id-data u kienu f’livelli għolja fl-2006. Fl-2007 u fl-RIP, il-volumi tal-importazzjoni stabbilizzaw wara tnaqqis meta mqabbel mal-2006. Minħabba l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni, il-miżuri ġew estiżi għall-importazzjonijiet tal-Makaw SAR li kienu soġġetti għal reġistrazzjoni sa minn Settembru tal-2007.

(64)

L-importazzjonijiet mill-Vjetnam ma kinux soġġetti għall-kwoti u kienu f’livelli għolja fl-OIP. Il-volumi tal-importazzjonijiet imbagħad naqsu sal-2007 qabel ma reġgħu telgħu fl-RIP.

(65)

Dawn iċ-ċifri juru li, kuntrarju għall-argumenti magħmula minn xi partijiet interessati, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu f’livelli għolja fl-RIP. Is-sehem tas-suq ikkombinat tagħhom fl-RIP hu ta’ 28.7 % u għaldaqstant hu konsiderevolment ogħla mil-livelli murija fl-OIP (23.2 %). Minkejja li l-ishma tas-suq rispettivi tagħhom tbiddlu mill-OIP, b’mod ġenerali baqgħu sostanzjali, għax kull wieħed mill-pajjiż kellu iżjed minn 10 % tas-sehem tas-suq fl-RIP.

(66)

Fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Eurostat, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati żdiedu bejn l-OIP u l-2006. Minn dak iż-żmien, il-prezzijiet stabbilizzaw għar-RPĊ u waqgħu għall-Vjetnam.

(67)

Peress li d-dejta tal-Eurostat hi neċessarjament ġenerali u, filwaqt li tkopri l-prodotti ikkonċernat, ma tagħtix indikazzjonijiet ta’ bidliet possibbli fit-taħlita tal-prodotti, saret analiżi li teżamina t-tendenzi fil-prezzijiet tas-seba’ kumpaniji inklużi fil-kampjun għar-RPĊ u t-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun għall-Vjentam. B’mod ġenerali, għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun fiż-żewġ pajjiżi, instab li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet naqsu matul il-perjodu mill-2006 sal-RIP.

Tabella 1

Volumi u valuri totali tal-importazzjoni minn pajjiżi taħt investigazzjoni

 

O IP

2005

2006

2007

RIP

Volum (1 000 par)

 

 

 

 

 

Iċ-Ċina

63 403

183 568

157 560

123 016

125 052

Sehem tas-suq

8,8  %

22,9  %

21,6  %

17,8  %

18,5  %

Il-Vjetnam

102 625

100 619

79 427

62 503

68 852

Sehem tas-suq

14,2  %

12,6  %

11,0  %

9,1  %

10,2  %

Valuri (Euro)

 

 

 

 

 

Iċ-Ċina (Eurostat)

7,2

7,5

8,4

8,4

8,5

Il-Vjetnam (Eurostat)

9,2

9,5

10,2

9,7

9,5

Sors - Comext (Eurostat) aġġustata skont il-bżonn bl-użu ta’ statistiċi disponibbli għall-Kummissjoni sabiex jiġu esklużi prodotti li mhumiex il-prodott ikkonċernat.

Tabella 2

Volumi u valuri totali tal-importazzjoni tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun

 

O IP

2005

2006

2007

RIP

Volum (1 000 par)

 

 

 

 

 

Iċ-Ċina (kampjun)

n.a.

n.a.

11 381

12 787

13 759

Sehem tas-suq

 

 

1,5  %

1,8  %

2,0  %

Il-Vjetnam (kampjun)

n.a.

n.a.

14 400

15 250

14 500

Sehem tas-suq

 

 

2  %

2,2  %

2,2  %

Valuri (Euro)

 

 

 

 

 

Iċ-Ċina (kampjun)

n.a.

n.a.

12,6

10,7

10,3

Il-Vjetnam (kampjun)

n.a.

n.a.

11,4

10,8

10,6

2.   DUMPING TA’ IMPORTAZZJONIJIET ĊINIŻI U VJETNAMIŻI WAQT L-RIP

2.1.   Valur normali

2.1.1.   Pajjiż analogu

(68)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li m’għandhomx l-ekonomija tas-suq u safejn tista’ tingħata l-MET, għal pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’pajjiż terz bl-ekonomija tas-suq xieraq.

(69)

Għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur nomali għar-RPĊ u l-Vjetnam, il-Kummissjoni indikat fin-Notifika tal-bidu l-intenzjoni li tuża l-Brażil bħala pajjiż analogu, kif kien intuża bħala pajjiż analogu adattat fl-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkumentaw dwar dan.

(70)

Ġew irċevuti kummenti minn diversi kategoriji ta’ partijiet interessati, bħal produtturi esportaturi li kkooperaw, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom kif ukoll rappreżentanti tal-importaturi li ssuġġerixxew li t-Tajlandja, l-Indja jew l-Indoneżja jkunu pajjiż analogu iżjed adattat mill-Brażil. Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-proposti fid-dawl tal-kriterji applikati għall-għażla tal-pajjiż analogu.

(71)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li d-daqs tas-suq għal xedd tas-saqajn tal-ġilda fl-RIP seta’ jiġi stmat għal 189 miljun par għall-Brażil, 800 miljun par għall-Indja, 109 miljuni għall-Indoneżja u 6 miljuni biss għat-Tajlandja. Minħabba d-daqs żgħir ħafna tas-suq Tajlandiż u d-disponibbiltà ta’ għażliet oħra, il-Kummissjoni ma komplietx tinvestiga t-Tajlandja bħala pajjiż analogu potenzjali.

(72)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni minn produtturi tax-xedd tas-saqajn fil-Brażil, l-Indja u l-Indoneżja, wara t-talbiet mill-partijiet, Intbagħtu kwestjonarji fit-tliet pajjiżi u ġew lura risposti utli minn ħames produtturi Brażiljani, wieħed Indjan u ħames produtturi Indoneżjani.

Kwalità rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku u l-firxa tal-prodotti

(73)

Il-Kummissjoni eżaminat il-kwalità rappreżentattiva tal-kumpaniji li rrispondew dwar il-bejgħ domestiku tagħhom.

(74)

Fir-rigward tal-Brażil, it-tliet kumpaniji investigati kellhom bejgħ domestiku tal-prodott identiku fil-perjodu tal-investigazzjoni li kien jirrappreżenta madwar 17 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u madwar 19 % tal-esportazzjonijiet Vjetnamiżi inklużi fil-kampjun.

(75)

Fir-rigward tal-Indja, kumpanija waħda biss ippreżentat lilha nnifisha, u rrappurtat bejgħ domestiku tal-prodott identiku fil-perjodu tal-investigazzjoni li jirrappreżenta madwar 5 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u madwar 6 % tal-esportazzjonijiet Vjetnamiżi inklużi fil-kampjun.

(76)

Fir-rigward tal-Indoneżja, il-ħames kumpaniji li kkooperaw kellhom bejgħ domestiku tal-prodott identiku li jirrappreżenta madwar 2 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u madwar 2 % tal-esportazzjonijiet Vjetnamiżi inklużi fil-kampjun.

(77)

Il-Brażil għaldaqstant kien l-uniku pajjiż bl-iżjed volum rappreżentattiv tal-bejgħ domestiku fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(78)

Sussegwentament il-Kummissjoni eżaminat kemm-il tip ta’ xedd tas-saqajn meta mqabbla ma’ dawk esportati miċ-Ċina u l-Vjetnam kienu koperti mill-bejgħ domestiku fit-tliet pajjiżi kkonċernati.

(79)

Il-bejgħ domestiku tal-produtturi Brażiljani u Indoneżjani kien ikopri fl-RIP firxa wiesgħa ta’ prodotti, li hu komparabbli ma’ numru konsiderevoli ta’ PCNs esportati miċ-Ċina u l-Vjetnam. Fil-każ tal-Indja, il-produttur uniku tal-kooperazzjoni rrapporta bejgħ domestiku fl-RIP li jaqbel biss ma’ 1 PCN esportat miċ-Ċina u l-Vjetnam.

Kompetizzjoni fil-pajjiżi analogi potenzjali

(80)

Skont id-dejta miġbura mill-Kummissjoni, it-tliet pajjiżi eżaminati kollha għandhom numru importanti ta’ produtturi li jiżguraw li hemm livell għoli ta’ kompetizzjoni bejn operaturi domestiċi fis-swieq rispettivi tagħhom. Il-Brażil għandu madwar 7 800 produttur tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda, li 1 500 minnhom jistgħu jitqiesu li huma ta’ daqs li jista’ b’mod suffiċjenti jitqabbel ma’ kumpaniji Ċiniżi/Vjetnamiżi. L-Indja hi rrappurtata li għandha madwar 3 000 produttur. Għall-Indoneżja, in-numru ta’ produtturi hu stmat li hu 212. It-tliet pajjiżi għandhom esportazzjonijiet sostanzjali (stmati madwar 64 miljun par għall-Brażil, 67 miljun għall-Indja u 27 miljun għall-Indoneżja). Il-Brażil instab li għandu konsum domestiku ogħla ta’ żraben tal-ġilda per capita (1) meta mqabbel mal-Indja (0.7) u l-Indoneżja (0.5).

(81)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet fil-pajjiżi eżaminati, dawn laħqu fl-RIP sehem fis-suq ta’ madwar 2 % fil-Brażil, madwar1 % fl-Indja u madwar1.5 % fl-Indoneżja.

(82)

Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Brażil kien l-iżjed għażla adattata bħala pajjiż analogu. B’mod partikolari, il-Brażil instab li għandu l-iżjed volum rappreżentattiv tal-bejgħ domestiku tax-xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda. Barra minn hekk, il-kumpaniji Brażiljani li kkooperaw jipproduċu firxa wiesgħa ta’ prodotti, li tixbah ħafna lil dawk taċ-Ċina u l-Vjetnam. Il-produtturi Indoneżjani li kkooperaw, li wkoll kellhom firxa wiesgħa ta’ prodotti, kellhom bejgħ domestiku ferm inqas, filwaqt li l-bejgħ domestiku Indjan, għalkemm laħaq volum sostanzjali, kien ta’ firxa limitata ħafna.

Kummenti minn partijiet interessati

Tqabbil tal-prodott

(83)

Diversi partijiet qalu li l-Brażil m’għandux jintuża bħala suq analogu, għax jispeċjalizza biss f’xedd tas-saqajn tan-nisa. Qalu li dan seta’ jintwera mit-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-kumpaniji Brażiljani li kkooperaw u mill-fatt li l-Brażil jesporta l-iżjed żraben tan-nisa.

(84)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li iżjed minn nofs il-bejgħ domestiku totali rrapurtat mill-kumpaniji Brażiljani li kkooperaw kienu żraben tal-irġiel. Matul iż-żjarat ta’ verifika li l-Kummissjoni għamlet lill-produtturi Brażiljani, instab li filwaqt li ż-żewġ kumpaniji ż-żgħar kienu fil-fatt iżjed speċjalizzati f’xedd tas-saqajn tan-nies, l-akbar waħda kienet tbiegħ l-iżjed xedd tas-saqajn tal-irġiel fis-suq domestiku. Għaldaqstant il-bejgħ fis-suq domestiku isir fi kwantitajiet suffiċjenti kemm għal tipi tax-xedd tas-saqajn tan-nisa u kif ukoll tal-irġiel. Fir-rigward tal-argument li l-esportazzjonijiet tal-Brażil huma l-iżjed ta’ xedd tas-saqajn tan-nisa, il-Kummissjoni ma tqisx li t-tendenza tal-esportazzjonijiet ta’ pajjiż neċessarjament tikkorrispondi ma’ dik tal-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku tiegħu.

(85)

Xi partijiet qalu li r-risposti għall-kwestjonarju kienu juru li l-Brażil kien jispeċjalizza fis-sandlijiet li għaldaqstant ma jistgħux jitqabblu mat-tipi ta’ xedd tas-saqajn esportati miċ-Ċina u l-Vjetnam, li jkopru varjetà ikbar. L-eżaminazzjoni mill-Kummissjoni ma kkonfermatx din l-allegazzjoni, iżda wriet li l-produtturi Brażiljani jbiegħu firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ xedd tas-saqajn, li tiġi tradotta fil-livell tal-PCN f’iżjed minn 50 % tar-rata tat-tqabbil mal-mudelli esportati mill-kumpaniji Ċiniżi u Vjetnamiżi fil-kampjuni.

(86)

Xi partijet qalu li l-Brażil ma jistax jintuża bħala pajjiż analogu għal xedd tas-saqajn tat-tfal, għax kellu produzzjoni żgħira ħafna ta’ dan it-tip ta’ żraben. Il-Kummissjoni tqis li hu komuni li pajjiż analogu ma jipproduċix is-sottotipi kollha tal-prodott identiku. Madankollu, dan ma jostakolax li jiġi stabbilit tqabbil ġust tal-valur normali billi jsiru aġġustamenti xierqa għal dan it-tip. Peress li fil-fatt l-ebda mill-produtturi Brażiljani li kkooperaw ma jimmanifatturaw xedd tas-saqajn tat-tfal, il-valur normali għal din it-tip ġie kkalkulat, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, bl-aġġustament xieraq tal-valur normali kkalkulat għal żraben tal-adulti. Għaldaqstant qed jiġi konkluż li l-Brażil jista’ jintuża bħala pajjiż analogu għat-tipi kollha ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda, inklużi żraben tat-tfal.

(87)

Xi partijiet iddikjaraw li x-xedd tas-saqajn prodott fil-Brażil juża ġilda ta’ kwalità għolja u għaldaqstant għandu prezzijiet ogħla miċ-Ċina u l-Vjetnam. Għaldaqstant ma jkunx komparabbli max-xedd tas-saqajn li joriġina fiż-żewġ pajjiżi li qed jiġu investigati. Parti oħra interessata però ssottomettiet li l-prezzijiet Brażiljani kellhom jiġu aġġustati b’mod xieraq għax il-ġilda tax-xedd tas-saqajn Brażiljan kienet ta’ kwalità aktar baxxa mill-ġilda użata fiċ-Ċina u l-Vjetnam. Il-Kummissjoni eżaminat din il-kwistjoni u sabet li f’termini tal-prezzijiet u l-kwalità ma kienx hemm differenza bejn il-ġilda użata f’xedd tas-saqajn prodott fil-Brażil u dik użata għal xedd tas-saqajn prodott fiċ-Ċina u l-Vjetnam. Qed jiġi mfakkar f’dan il-kuntest li ġie applikat aġġustament għall-valur normali fil-każ oriġinali, għax il-ġilda użata mill-prodotturi Brażiljani fil-pajjiż analogu nstabet li hi ta’ kwalità inferjuri u mibjugħa bi prezzijiet iżjed baxxi meta mqabbla mal-ġilda użata mill-produtturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi tal-esportazzjoni. Fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preżenti, il-produtturi fil-Brażil (u l-maġġoranza tal-produtturi fil-pajjiżi tal-esportazzjoni) huma differenti minn dawk li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali. Fil-fatt, it-taħlita differenti tal-kumpaniji wasslet għal spejjeż differenti fl-input tal-ġilda.

(88)

Xi partijiet esprimew l-opinjoni li l-prodotti Brażiljani u Vjetnamiżi mhumiex komparabbli, u argumentaw li l-Brażil jesporta xedd tas-saqajn ta’ livell għoli u li jiswa l-flus filwaqt li l-Vjetnam tesporta prodotti bi prezzijiet irħas, iżda ma ssottomettewx provi li jissostanzjaw dan. Il-Kummissjoni tosserva li fi kwalunkwe każ il-prodotti Vjetnamiżi għandhom jitqabblu ma’ prodotti mibjugħa fis-suq domestiku Brażiljan, u mhux dawk esportati mill-Brażil. Il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li x-xedd tas-saqajn li joriġina mill-Vjetnam jew li jinbiegħ fil-Brażil kien limitat għal xi settur tas-suq speċifiku.

Kompetizzjoni fis-suq Brażiljan

(89)

Xi partijiet iddikjaraw li l-Brażil kien żied it-tariffi tiegħu fuq ix-xedd tas-saqajn minn 20 % għal 35 % sa minn Jannar tal-2008 u argumentaw li dan jagħmel lil Brażil suq protett ħafna b’kompetizzjoni mnaqqsa. Argumentaw ukoll li s-sehem tas-suq miżmum minn importazzjonijiet fil-Brażil kien baxx ħafna meta mqabbel mal-konsum. Il-Kummissjoni eżaminat dawn l-allegazzjonijiet. Instab li l-Brażil fil-fatt għolla t-tariffi tiegħu minn 20 % għal 35 % fil-bidu tal-2008, i.e. f’nofs l-RIP. Madankollu, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-valur tal-munita Brażiljana meta mqabbla mad-Dollaru Amerikan żdiedet konsiderevolment fuq l-RIP, u b’mod partikolari wara li ġiet introdotta ż-żieda fit-tariffa mill-Brażil. B’mod iżjed preċiż, il-valur tar-Real Brażiljan issaħħaħ b’massimu ta’ 19 % (i.e. żieda akbar miż-żieda fit-tariffi) meta mqabbla mal-bidu tal-RIP. B’konsegwenza ta’ dan, iż-żieda fil-valur tal-munita Brażiljana meta mqabbla mad-Dollaru Amerikan tibbilanċja ħafna l-effett taż-żieda fit-tariffa fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda prova li ż-żieda fit-tariffi kienet riflessa f’żieda sostanzjali fil-prezzijiet domestiċi, u lanqas li kienet fixklet l-importazzjonijiet. Fil-fatt, il-Kummissjoni stabbilixxiet li, minkejja ż-żieda fit-tariffi, l-importazzjonijiet taż-żraben tal-ġilda fil-Brażil fl-ewwel nofs tal-2008 (i.e. wara ż-żieda fit-tariffi) żdiedu konsiderevolment meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2007. Għaldaqstant, ma kienx hemm impatt effettiv fiż-żieda fit-tariffa fis-suq Brażiljan.

(90)

Xi partijiet iddikjaraw li l-Brażil mhuwiex suq miftuħ għax-xedd tas-saqajn għax l-importazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn fil-pajjiż huma mfixkla b’liċenzjar mhux awtomatiku. Il-Kummissjoni sabet li l-Brażil japplika liċenzjar mhux awtomatiku tal-importazzjonijiet fuq ix-xedd tas-saqajn, iżda tosserva li dan ma jidhirx li kkostitwixxa ostaklu għall-importazzjonijiet minħabba t-tnaqqis imsemmi fl-importazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-Indoneżja wkoll tapplika liċenzjar mhux awtomatiku fir-rigward tal-importazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn. Il-Kummissjoni tosserva li l-liċenzjar tal-importazzjoni mhux awtomatiku hu prassi kompatibbli mad-WTO. Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li ma jeżistux raġunijiet għalxiex l-liċenzji tal-importazzjoni mhux awtomatiċi applikati mill-Brażil għandhom jitqiesu bħala restrizzjoni tal-importazzjoni li tista’ twassal għal konklużjoni li l-Brażil huwa suq mhux miftuħ.

(91)

Xi partijiet argumentaw li ż-żieda konsiderevoli fil-valur tar-Real Brażiljan fis-snin riċenti affetwat ħażin il-kompetittività fil-Brażil, jew li t-tnaqqis fir-Real b’25 % mill-RIP affetwa ħażin il-kompetittività internazzjonali. Dawn l-argumenti ma ġewx appoġġjati bi provi sostanzjali, iżda fi kwalunkwe każ, l-iżviluppi wara l-RIP ma jistgħux jitqiesu li huma pertinenti fl-għażla tal-pajjiż analogu.

(92)

Meta wieħed iqis dan kollu, il-Kummissjoni ma sabitx provi li l-kundizzjonijiet globali tal-kompetizzjoni fis-suq Brażiljan inbidlu konsiderevolment minn meta saret l-investigazzjoni oriġinali b’mod li jagħmlu l-Brażil mhux adattat bħala pajjiż analogu.

Differenzi fl-iżvilupp soċjoekonomiku

(93)

Diversi partijiet qajmu l-argument li l-Indja jew l-Indoneżja huma għażliet iżjed adattati għal suq analogu, għax il-Brażil m’għandux l-istess similaritajiet għaċ-Ċina u l-Vjetnam f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, jew GNP per capita.

(94)

Għandu jiġi osservat li bħala definizzjoni, pajjiż li m’għandux l-ekonomija tas-suq jew ekonomija fi tranżizzjoni m’għandhomx l-istess karatteristiċi ekonomiċi bħal pajjiż li għandu l-ekonomija tas-suq. Hu komuni li din id-differenza fl-iżvilupp ekonomiku teżisti bejn pajjiż analogu u pajjiż li m’għandux l-ekonomija tas-suq jew ekonomija fi tranżizzjoni. Dan jgħodd ukoll għad-differenza fid-dħul per capita li hu wkoll indikatur tal-iżvilupp ekonomiku. Dan, madankollu, ma jimpedix lill-Brażil milli jintgħażel bħala pajjiż analogu sakemm jitqies li hu iżjed adattat fir-rigward tal-fatturi l-oħra meqjusa.

Differenzi fl-istruttura tal-ispejjeż

(95)

Diversi partijiet interessati saħqu l-fatt li l-ispejjeż tax-xogħol huma ogħla fil-Brażil milli fiċ-Ċina u fil-Vjetnam u li l-Indja, l-Indoneżja jew it-Taljandja, fejn l-ispejjeż tax-xogħol tagħhom huma iżjed komparabbli, għaldaqstant huma iżjed adattati bħala pajjiżi analogi. Ġie dikjarat li minħabba l-pagi ogħla, l-ispejjeż tax-xogħol fil-Brażil jammontaw għal 50-70 % tan-nefqa fil-produzzjoni meta mqabbel ma’ 30 % fiċ-Ċina.

(96)

F’dan ir-rigward, pajjiż b’livell differenti ta’ żvilupp ekonomiku jista’ fil-fatt jintgħażel bħala pajjiż analogu għal pajjiż li m’għandux ekonomija tas-suq jew ekonomija fi tranżizzjoni. B’mod simili, l-ispejjeż tax-xogħol li huma indikatur għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiż ma jistgħux jitqiesu bħala kriterju rilevanti b’mod iżolat minn kriterji oħra. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-parti tal-ispejjeż tax-xogħol fl-ispiża totali tal-produzzjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-verifika fuq il-post li l-ispejjeż tax-xogħol fil-Brażil huma inqas minn 40 % tal-ispiża tal-produzzjoni totali u għaldaqstant ħafna eqreb għal-livell Ċiniż rilevanti milli allegat.

(97)

Tqajjem ukoll l-argument minn diversi partijiet li l-Brażil mhuwiex adattat biex jiġi stabbilit valur normali, għax il-kumpaniji Brażiljani jerfgħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż għad-disinn u r-riċerka u l-iżvilupp, li fil-każ taċ-Ċina u l-Vjetnam jitħallsu mill-klijenti tagħhom barra l-pajjiż. Il-Kummissjoni sabet li din id-differenza fl-istruttura tal-ispejjeż tista’ tkun plawżibbli, peress li l-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati biegħu l-prodott ikkonċernat lil manifatturi li qabel kienu manifatturi tal-Unjoni fl-Unjoni li għadhom jappoġġjaw il-komponenti msemmija tal-ispiża tal-produzzjoni u li jbiegħu l-prodott taħt l-isem tad-ditta tagħhom. Madankollu, din mhijiex raġuni għalxiex il-Brażil għandu jiġi miċħud bħala pajjiż analogu adattat għax jistgħu jsiru aġġustamenti għal dawn l-ispejjeż meta jkun qed jiġi stabbilit il-valur normali (ara l-premessa (118) et seqq.).

(98)

Xi partijiet iddikjaraw li kuntrarju għaċ-Ċina u l-Vjetnam, il-prezzijiet tal-fabbrika fil-Brażil kienu jinkludu spejjeż ta’ tqegħid fis-suq, taxxi speċjali, u spejjeż ta’ kreditu u ta’ kunsinna. Barra minn hekk, kien allegat li l-ispejjeż ġenerali fil-Brażil kienu ogħla, minħabba d-daqs iżgħar tal-kumpaniji Brażiljani. Hawn ukoll, il-Kummissjoni tqis li din mhix raġuni għalxiex il-Brażil għandu jiġi miċħud bħala pajjiż analogu adattat, għax jistgħu jsiru aġġustamenti għal dawn id-differenzi fil-kalkolu tal-valur normali (ara l-premessa (118) et seqq.).

(99)

Xi partijiet allegaw li l-pajjiżi Asjatiċi għandhom aċċess aħjar għall-materja prima mill-Brażil, b’mod partikolari għall-ġilda. Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni sottomessa. Fil-fatt intwera li l-produzzjoni tal-ġilda progressat iżjed malajr fl-Asja, iżda dan għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl taż-żieda fil-produzzjoni Asjatika tal-oġġetti tal-ġilda. Il-pajjiżi tal-Amerika Latina jammontaw għal ftit iżjed minn 15 % tal-produzzjoni dinjija taż-żraben tal-ġilda u għal kważi 15 % tal-produzzjoni dinjija tal-ġilda mhux maħduma. Il-pajjiżi Asjatiċi jipproduċu iżjed minn 50 % taż-żraben tal-ġilda fid-dinja iżda inqas minn 40 % tal-ġilda mhux maħduma fid-dinja. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li, minkejja d-differenzi f’ċifri assoluti tal-produzzjoni tal-ġilda, il-pajjiżi tal-Amerika Latina għandhom awtosuffiċjenza ogħla meta mqabbla mal-pajjiżi Asjatiċi u għaldaqstant aċċess iżjed faċli għall-ġilda mhux maħduma.

Allegazzjonijiet oħra magħmula mill-partijiet

(100)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-Brażil mhuwiex pajjiż ta’ referenza adattat, għax ix-xedd tas-saqajn Brażiljan mhuwiex sostitut għal xedd tas-saqajn Ċiniż u Vjetnamiż, peress li wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping mill-Unjoni, l-importazzjonijiet fil-KE li joriġinaw mill-Brażi ma żdidux filwaqt li dawk mill-Indja u l-Indoneżja żdiedu. F’dan ir-rigward, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Indja u l-Indoneżja żdiedu wara li ġew imposti d-dazji anti-dumping. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-operaturi kummerċjali jibqgħu liberi fl-għażla tal-fornituri tagħhom, u kif ġie eżaminat aktar ‘il quddiem taħt l-analiżi tal-ħsara, f’dan il-każ ippreferew li jixtru l-prodotti tagħhom minn pajjiżi ġirien taċ-Ċina u l-Vjetnam. Dan ma jrendix il-Brażil mhux adattat bħala pajjiż analogu. Barra minn hekk, pajjiż analogu jservi biex jistabbilixxi l-valur normali. Il-fatt ta’ jekk jesportax jew le lejn l-Unjoni mhuwiex rilevanti għal dan l-iskop. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(101)

Xi partijiet argumentaw li l-Brażil ma jistax ikun suq komparabbli għall-Vjetnam, għax il-Vjetnam hu orjentat lejn l-esportazzjoni filwaqt li l-Brażil primarjament ibiegħ fis-suq domestiku. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta r-rilevanza ta’ dan l-argument. Il-Vjetnam hu biċ-ċar iżjed orjentat lejn l-esportazzjoni mill-Brażil, madankollu mhuwiex evidenti kif dan jista’ jaffetwa l-valur normali kkalkulat fil-Brażil, li bħala definizzjoni hu marbut mal-ispejjeż tal-produzzjoni Brażiljani u l-bejgħ domestiku.

(102)

Diversi partijiet qajmu l-argument li l-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-Brażil huma aktar baxxi minn dawk domestiċi. Għal uħud mill-partijiet, dan jindika li għandhom jintużaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni minflok dawk domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Partijiet oħra argumentaw li dan jikkostitwixxi prova li l-esportaturi Brażiljani qed jagħmlu dumping u qalu li l-Brażil għaldaqstant mhuwiex adattat bħala pajjiż analogu. L-ewwel nett il-Kummissjoni tosserva li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mhumiex rilevanti f’dan il-każ, għax hemm disponibbli prezzijiet domestiċi li huma rappreżentattivi u li jrendu profitt b’mod suffiċjenti. It-tieni nett, l-allegazzjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Brażiljani huma oġġett ta’ dumping ma ġietx sostanzjata u fi kwalunkwe każ ma tistax tiġi kkonfermata jew miċħuda mingħajr investigazzjoni proprja ta’ din il-kwistjoni.

(103)

Xi partijiet interessati allegaw li l-Brażil mhuwiex adattat bħala pajjiż analogu għax il-produtturi Brażiljani jirċievu appoġġ mill-gvern għall-esportazzjonijiet. Il-Kummissjoni l-ewwel nett tosserva li dan it-tip t’appoġġ jaffetwa primarjament il-prezzijiet tal-esportazzjoni li, kif imsemmija hawn fuq, mhumiex rilevanti għall-investigazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni minkejja dan eżaminat il-provi sottomessi mill-partijiet u sabet li l-appoġġ imsemmi kien marbut ma’ programmi ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni, simili għal dawk li jistgħu jinstabu f’ħafna pajjiżi oħra, bl-għan li l-prodotti jsiru iżjed magħrufa barra l-pajjiż, permezz ta’ kampanji pubbliċitarji u parteċipazzjoni f’fieri tal-kummerċ internazzjonali. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda indikazzjoni li l-appoġġ għal promozzjoni tal-esportazzjoni fil-Brażil kien jibbenefika l-bejgħ domestiku taż-żraben.

(104)

Diversi partijiet interessati qajmu l-fatt li l-Brażil beda investigazzjoni ta’ anti-dumping ta’ xedd tas-saqajn li joriġina fiċ-Ċina, li fiha l-Italja ntużat bħala pajjiż analogu, u qalu li l-kumpaniji Taljani u Brażiljani aġixxew f’kollużjoni sabiex jimmassimizzaw is-sejbiet ta’ dumping fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni mwettqa mill-Unjoni. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx sostanzjati, u ma nġiebu l-ebda provi oħra relatati. Għaldaqstant il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument.

Konklużjoni dwar l-għażla tal-pajjiż analogu

(105)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma, ġie konkluż li l-Brażil kien l-iżjed pajjiż analogu adattat.

(106)

Numru kbir ta’ partijiet interessati allegaw li l-għażla tal-Brażil bħala l-pajjiż analogu għandu jkun determinati għal sejba ta’ dumping u li d-dumping ma kienx jinstab kieku ġie magħżul wieħed mill-pajjiżi l-oħra. Għas-saħħa tal-argument, il-Kummissjoni għaldaqstant ivverifikat x’kien ikun ir-riżultat kieku ntgħażlet l-Indoneżja, li, għalkemm ma kinitx tkun l-aħjar għażla kif indikat hawn fuq, kienet l-unika alternattiva li setgħet ġiet ammessa għall-Brażil.

(107)

Ir-riżultati huma mogħtija fit-taqsima rilevanti t’hawn taħt, u kkonfermaw li l-għażla tal-pajjiż analogu f’dan il-każ, bejn il-possibiltajiet ammessibbli disponibbli, ma ddeterminatx r-riżultati tal-kalkoli tad-dumping.

(108)

Għaldaqstant il-Brażil intgħażel bħala l-pajjiż analogu.

2.1.2.   Determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu.

(109)

Wara l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż analogu, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-dejta vverifikata fil-postijiet tal-produtturi Brażiljani li kkooperaw.

(110)

Il-bejgħ domestiku ta’ dawn il-produtturi nstab li kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-esportazzjonijiet għall-Unjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam. Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku għandux jitqies li sar tul il-kors ordinarju tal-kummerċ, billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ li jrendi profitt lil klijenti indipendenti. L-investigazzjoni wriet li l-bejgħ għal prezzijiet daqs jew iżjed mill-kost unitarju kien jirrappreżenta iżjed minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ kull produttur. Għaldaqstant, il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet domestiċi attwali, ikkalkulati bħala medja kkalkulata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ tip ta’ prodott magħmula waqt l-RIP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx irendi profitt jew le.

2.1.3.   Valur normali għal Golden Step

(111)

Fil-każ ta’ Golden Step, il-valur normali ġie determinat fuq il-bażi tad-dejta tal-kumpanija nnifisha dwar il-bejgħ domestiku u l-ispiża tal-produzzjoni. Dawn id-dejta ġew ivverifikati fil-post tal-kumpanija.

(112)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabilixxiet li Golden Step m’għamlet l-ebda bejgħ domestiku matul l-RIP. Għaldaqstant, ma setax jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi tagħha, kif provdut bl-Artikolu 2(1), sottoparagrafu 1, tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant kellu jiġi applikat metodu ieħor.

(113)

Peress li ma seta’ jintuża l-ebda prezz domestiku biex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi kkalkulat valur normali kkalkulat fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produttur in kwistjoni. B’konsegwenza ta’ dan, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie kkalkulat billi ġew miżjuda mal-ispejjeż tal-manifattura tal-mudell taż-żraben esportati, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġini raġonevoli ta’ profitt.

(114)

F’dan ir-rigward, SG&A u l-profitt ma setgħux jiġu determinati skont l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ammonti attwali determinati għal produtturi oħra tal-esportazzjoni fil-pajjiż ikkonċernat għax l-ebda prodottur Ċiniż eżistenti ieħor ma kien ingħata l-MET. Barra minn hekk, peress li Golden Step ma kinitx għamlet l-ebda bejgħ domestiku fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti fil-pajjiż ikkonċernat, l-SG&A u l-profitt ma setgħux jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, kellhom jiġu determinati skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, i.e. fuq il-bażi ta’ kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor.

(115)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni vvalutat l-SGA u r-rati tal-profitt permezz ta’ tliet xenarji possibbli. L-ewwel stabbilixxiet l-SGA u l-profitti bl-użu ta’ dejta tal-investigazzjoni oriġinali. Ikkunsidrat ukoll l-SGA u l-profitti minn produtturi Ċiniżi li jesportaw li riċentament kisbu l-MET f’investigazzjonijiet riċenti oħra u li kellhom bejgħ domestiku tul il-kors ordinarju tan-negozju. Fit-tielet xenarju, eżaminat informazzjoni dwar SG&A u l-profitt fil-pajjiż analogu. Il-valur normali ġie mbagħad valutat fuq dawn ix-xenarji.

2.2.   Prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi u Vjetnamiżi

(116)

Meta l-bejgħ tal-esportazzjoni kien sar direttament lil klijenti indipendenti fil-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li fil-fatt tħallsu jew li kienu dovuti għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(117)

Meta l-bejgħ tal-esportazzjoni lill-Unjoni kien sar permezz ta’ kumpaniji tal-kummerċ mhux relatati li jinsabu barra l-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni lill-kumpaniji tal-kummerċ i.e. lil xerrej mhux relatat, mill-produtturi kkonċernati skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Tqabbil tal-Prezzijiet tal-Esportazzjoni Ċiniżi u Vjetnamiżi bil-valuri normali tal-pajjiż analogu

(118)

Skont il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali, għal tipi ta’ prodotti esportati mibjugħa fuq is-suq domestiku Brażiljan, intużaw il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti li l-iżjed jixbħuhom biex jiġu stabbiliti l-valuri normali. Dawn ġew aġġustati b’mod xieraq skont il-bżonn.

(119)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ ex-works. Għall-iskopijiet li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, saru dawn l-aġġustamenti li ġejjin:

(120)

Ġie eżaminat jekk aġġustament tal-livell tal-kummerċ taħt l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku huwiex ġustifikat. F’dan il-kuntest instab li l-livelli tal-kummerċ fis-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni kienu differenti. Għaldaqstant, saru aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10)(d)-(i) tar-Regolament bażiku sabiex jirriflettu l-iskontijiet mogħtija lil bejjiegħa bl-ingrossa fuq is-suq Brażiljan, meta mqabbla ma’ bejgħ lil bejjiegħa bl-imnut li kienu saru biss mit-tliet produtturi Brażiljani investigati.

(121)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn l-esportazzjonijiet Ċiniżi u Vjetnamiżi min-naħa l-waħda u l-bejgħ domestiku Brażiljan min-naħa l-oħra, ingħatat konċessjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku sabiex tirrifletti d-differenzi fil-kummissjonijiet imħallsa lill-aġenti indipendenti fil-Brażil.

(122)

Skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, ingħatat ukoll konċessjoni għar-riċerka u l-iżvilupp u d-disinn sabiex tirrifletti l-ispejjeż minfuqa mill-produtturi Brażiljani kuntrarju għal produtturi Ċiniżi/Vjetnamiżi.

(123)

Sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku fl-investigazzjoni preċedenti biex jirrifletti d-differenzi fil-kwalità tal-ġilda użata għall-manifattura tax-xedd tas-saqajn. Fl-investigazzjoni preżenti aġġustament ta’ din ix-xorta ma nstabx li hu neċessarju minħabba l-kwalità simili tal-ġilda użata mill-esportaturi Brażiljani, Ċiniżi u Vjetnamiżi (ara l-premessa (87)).

(124)

Aġġustamenti oħra, inklużi dawk li jikkonċernaw it-trasport u l-assigurazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku, saru fil-każijiet kollha meta nstabu li huma raġonevoli, preċiżi u appoġġjati bil-provi.

(125)

Ċertu partijiet interessati argumentaw li t-tibdil fir-rata tal-kambju USD/EUR kellu impatt fuq il-marġini tad-dumping li nstabu u għalhekk kien meħtieġ aġġustament. Din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. Taħt l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku, dan l-aġġustament jista’ jingħata biss meta jseħħ ċaqliq sostnut fir-rati tal-kambju. Meta r-rati tal-kambju jiċċaqalqu b’mob liberu, bħal fil-każ tar-rata USD/EUR, jiċċaqalqu b’mod regolari ‘l fuq u ‘l isfel. L-ebda moviment sostnut ma jista’ jiġi identifikat f’dan il-każ u għaldaqstant l-ebda aġġustament ma jista’ jingħata.

2.4.   Determinazzjoni għall-kumpaniji investigati fir-RPĊ

2.4.1.   Determinazzjoni tad-dumping għal Golden Step

(126)

Fil-każ tal-Golden Step, it-tqabbil tal-prezz tal-esportazzjoni tiegħu mal-valur normali kif spjegat fil-premessi (111) ‘il quddiem wera marġini tad-dumping fil-firxa bejn 5 % u 16 %.

2.4.2.   Determinazzjoni tad-dumping għall-kumpaniji li mhux mogħtija l-MET

(127)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali bil-medja kkalkulata mat-tip tal-prodott bi prezz tal-esportazzjoni bil-medja kkalkulata skont it-tip tal-prodott. Għall-kumpaniji kollha kampjunati, ġie kkalkulat marġini tad-dumping bil-medja kkalkulata fir-RPĊ. Dan il-marġini tad-dumping ġie attribwit għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ.

(128)

Il-livell tad-dumping madwar il-pajjiż tar-RPĊ ġie stabbilit f’firxa bejn 35 % u 38 % tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF, skont il-metodu tal-kalkolu użat għal Golden Step kif spjegat fil-premessa (115).

(129)

Fid-dawl ta’ dak li ġie konkluż dwar l-għażla tal-pajjiż analogu, twettaq ukoll kalkolu tad-dumping bl-użu tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, minbarra li l-valuri normali Brażiljani ġew mibdula b’dawk tal-produtturi Indoneżjani li kkooperaw. Dan il-kalkolu rriżulta f’marġini tad-dumping li jvarja bejn 19 % u 22 %, skont il-metodu tal-kalkolu użat għal Golden Step.

2.5.   Determinazzjoni tad-dumping għall-kumpaniji investigati fil-Vjetnam

(130)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali bil-medja kkalkulata skont it-tip ta’ prodott. Peress li l-ebda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma ngħataw l-MET, ġie kkalkulat marġini tad-dumping bil-medja kkalkulata fil-Vjetnam. Dan il-marġini tad-dumping ġie attribwit għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fil-Vjetnam.

(131)

Il-livell madwar il-pajjiż ta’ dumping għall-Vjetnam ġie stabbilit li hu 43.8 % tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF.

(132)

B’mod simili għar-RPĊ, twettaq ukoll kalkolu tad-dumping bl-użu tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, minbarra li l-valuri normali Brażiljani ġew mibdula b’dawk tal-produtturi Indoneżjani li kkooperaw. Dan il-kalkolu rriżulta f’marġini tad-dumping ta’ 28.4 %.

2.6.   Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(133)

Ċertu partijiet argumentaw li l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bejn l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi f’April tal-2006 u t-tmiem tal-RIP kienu naqsu. Ġie argumentat li dan it-tnaqqis irrifletta t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ u l-Vjetnam li kienu dovuti għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, il-bidla fil-produzzjoni mir-RPĊ u l-Vjetnam għal pajjiżi oħra jew żieda fil-bejgħ domestiku tagħhom. Allegazzjoni oħra kienet li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu jew żdiedu jew baqgħu stabbli. Il-partijiet allegaw għaldaqstant li l-volumi tal-importazzjoni u l-prezzijiet ma setgħux jiġġustifikaw is-sejba ta’ kontinwazzjoni fid-dumping f’volumi konsiderevoli matul l-RIP.

(134)

Dawn l-argumenti ma jibdlux is-sejba li nstabu marġini tad-dumping sostanzjali għall-RIP u li dawn il-marġini jkopru volumi kbar ta’ importazzjonijiet b’ishma tas-suq kbar fil-Unjoni. Għaldaqstant ġie konkluż li seħħet kontinwazzjoni tad-dumping fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ u l-Vjetnam.

3.   ŻVILUPP TAL-IMPORTAZZJONIJIET MIR-RPĊ JEKK JITĦASSRU L-MIŻURI

3.1.   Kummenti ġenerali

(135)

L-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ġie analizzat f’termini kemm tal-prezzijiet kif ukoll tal-volumi mistennija.

(136)

Bħala punt tat-tluq, il-prezzijiet ġew stabbiliti għal-RIP. Id-dejta kienet disponibbli mir-ritorni tal-kampjuni (irċevuti minn 58 produttur tal-esportazzjoni li kkoopera) li kien fihom prezzijiet tal-bejgħ għas-suq domestiku u prezzijiet tal-esportazzjoni kemm lis-suq tal-Unjoni u kif ukoll lil swieq ta’ pajjiżi terzi. Din l-informazzjoni ntużat għaliex tqieset li kienet l-aħjar sors ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet disponibbli għall-prodott ikkonċernat bl-għan li jitqabblu l-indikazzjonijiet tal-prezzijiet fis-swieq differenti. Dawn id-dejta tqiesu li huma rappreżentattivi għax kienu jkopru 22 % tal-importazzjonijiet tas-suq fl-Unjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni fl-Unjoni inklużi fir-ritorni tal-kampjuni ġew kontraverifikati ma’ informazzjoni statistika disponibbli lill-Kummissjoni, anke jekk l-informazzjoni statistika ma setgħetx tintuża għal tqabbil tal-prezzijiet għax ma kinitx tkopri bejgħ domestiku Ċiniż u esportazzjonijiet lil terzi pajiiżi.

(137)

Għalkemm id-dejta bbażata fuq il-Eurostat kienet sors ieħor affidabbli, din ma pprovdietx, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (67), il-possibbiltà li jitqabblu l-prezzijiet fis-swieq differenti.

(138)

Il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni nkisbu mid-dejta tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet li dawn il-prezzijiet medji kienu ta’ tipi komparabbli max-xedd tas-saqajn impurtat għax:

kienu jikkonċernaw il-prodott identiku,

kienu fl-istess livell tan-negozju,

kienu f’incoterms komparabbli,

kienu jinvolvu kwantitajiet komparabbli.

(139)

L-impatt ta’ ċertu żviluppi ġodda mit-tmiem tal-RIP ġie analizzat ukoll għax ġie meqjus li hu konsiderevoli biżżejjed biex jaffetwa l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping. Din l-analiżi ntalbet ukoll mill-partijiet interessati.

3.2.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Unjoni u r-RPĊ

(140)

Ir-ritorni tal-kampjuni indikaw li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-esportaturi stess kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi osservat li d-dejta tal-kumpaniji kollha mhux inklużi fil-kampjun (inkluża dejta relatata ma’ kwalunkwe bejgħ domestiku) ma setgħetx tiġi vverifikata. Għaldaqstant ma setgħetx titwettaq analiżi tal-prezzijiet domestiċi fir-RPĊ. Barra minn hekk, ma nħassitx il-ħtieġa għaliha, meta wieħed iqis is-sejbien ġenerali tal-kontinwazzjoni tad-dumping.

3.3.   Relazzjoni bejn prezzijiet tal-esportazzjoni għal terzi partijiet u l-livell tal-prezz fl-Unjoni

(141)

Ir-ritorni tal-kampjuni indikaw li l-prezzijiet miksuba mill-kooperaturi Ċiniżi fi swieq ta’ pajjiżi terzi ewlenin kienu inqas mill-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni. Dan kien jindika għal darb’oħra li l-produtturi Ċiniżi setgħu jesportaw kwantitajiet ikbar lejn l-Unjoni. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ikun iżjed ta’ profitt għal produtturi esportaturi Ċiniżi li jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni. Madankollu, din id-dejta dwar il-prezzijiet miksuba mill-kooperaturi Ċiniżi fuq swieq terzi ewlenin ma setgħetx tiġi vverifikata u għaldaqstant din l-analiżi ma tkomplietx iżjed.

(142)

Ċertu partijiet interessati qalu li swieq oħra saru iżjed attraenti mis-suq tal-Unjoni. Bħala sostenn għal din l-allegazzjoni, parti waħda ssottomettiet analiżi tal-istatistiċi tad-dwana Ċiniża. Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni wriet li, minbarra s-suq tal-Istati Uniti, is-suq tal-Unjoni jibqa’ l-iżjed suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Fil-fatt, l-esportazzjonijiet żdiedu matul il-perjodu kopert mill-analiżi ta’ din il-parti (i.e. mill-2005 sal-2008). Jekk id-dazji anti-dumping jitħassru, is-suq tal-Unjoni jsir iżjed attraenti u l-volumi għaldaqstant aktarx li jiżdiedu.

3.4.   Relazzjoni bejn prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u prezzijiet fir-RPĊ

(143)

Ir-ritorni tal-kampjuni rċevuti mit-58 kumpanija Ċiniża li kkooperat juru li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma taħt il-prezzijiet miksuba fuq is-suq domestiku. Madankollu, din id-dejta ma setgħetx tiġi vverifikata u għaldaqstant din l-analiżi ma tkomplietx.

(144)

Barra minn hekk, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi meta mqabbla mal-valur normali Brażiljan indika li dawk il-prezzijiet tal-esportazzjoni huma ġeneralment sostanzjalment iżjed baxxi. Madankollu, għal darb’oħra għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (140), din id-dejta ma setgħetx tiġi vverifikata u għaldaqstant din l-analiżi ma tkomplietx iżjed.

(145)

B’konklużjoni d-dejta disponibbli indikat probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping.

3.5.   Kapaċitajiet u stokks mhux użati

(146)

Il-kumpaniji Ċiniżi kollha fil-kampjun kienu jħaddmu sistema ta’ produzzjoni skont l-ordni u għaldaqstant l-istokks tagħhom kienu ta’ oġġetti lesti biex jintbgħatu. Is-sistema tal-produzzjoni skont l-ordni tintuża għax is-settur tax-xedd tas-saqajn għandu jadatta għal modi ġodda kull staġun fuq il-bażi tal-ordnijiet mill-klijenti u ma jistax jagħmel bejgħ mill-istokks. Għaldaqstant, peress li l-kumpaniji ma kellhomx stokks reali, dan l-element ma setax jitqies bħala indikatur utli għall-analiżi tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping.

(147)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kapaċitajiet mhux użati tat-58 kumpanija Ċiniża kollha li kkooperaw kienu jammontaw għal madwar 9 % tal-kapaċità tal-produzzjoni totali tagħhom tax-xedd tas-saqajn. Din il-kwantità tikkorrispondi għal 14.5 miljun par għat-58 kooperatur jew madwar 65 miljun par għall-produtturi esportaturi kollha. Din iċ-ċifra tal-aħħar hi madwar 10 % tal-konsum totali fl-Unjoni (kif jidher fit-tabella 3).

(148)

L-użu probabbli ta’ din il-kapaċità żejda ġie analizzat. Meta wieħed iqis id-differenzi msemmija bejn il-livelli tal-prezzijiet il-Unjoni, fis-suq domestiku Ċiniż u f’pajjiżi terzi, il-kumpaniji Ċiniżi aktarx li jkollhom inċentiv biex jużaw il-kapaċità żejda għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Fattur ieħor, li jagħmel is-suq tal-UE attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, hu d-daqs tiegħu.

(149)

Barra minn hekk, għandu jiġi indikat li l-linji tal-immuntar eżistenti jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti tipi oħra ta’ xedd tas-saqajn bħal STAF u żraben bil-partijiet ta’ fuq tad-drapp kif ukoll il-prodott ikkonċernat. Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-kooperaturi l-oħra fiċ-Ċina produċew kwantitajiet kbar ta’ xedd tas-saqajn li mhuwiex il-prodott ikkonċernat. Il-qasma preżenti bejn il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u xedd tas-saqajn ieħor tiddependi fuq ir-rekwiżiti tal-konsumaturi u l-politika tal-ordnijiet u l-akkwisti tal-importaturi tal-Unjoni. Madankollu jekk jitħassru l-miżuri, l-importaturi tal-Unjoni żgur li jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-politika tal-akkwisti tagħhom u jistgħu jordnaw proporzjon akbar tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi Ċiniżi. Dan jista’ jwassal għal żieda fil-kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni.

3.6.   Prattiki ta’ ċirkumvenzjoni u assorbiment

(150)

Kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 388/2008, il-miżuri eżistenti li jkopru r-RPĊ ġew evitati b’kunsinni mill-Makaw SAR. Sussegwentament, il-miżuri ġew estiżi għal kunsinni tal-prodott ikkonċernat immuntati fi u trasbordati permezz tal-Makaw SAR. Dawn il-prattiki taċ-ċirkumvenzjoni juru l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.7.   Konklużjoni

(151)

L-investigazzjoni wriet li jekk jitħassru l-miżuri, ikun hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. Din il-konklużjoni hi bbażata fuq l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ volum kif ukoll fuq tqabbil tal-prezzijiet bejn is-swieq tal-Unjoni, Ċiniżi u ta’ pajjiżi terzi.

(152)

Barra minn hekk, numru ta’ fatturi inklużi l-livelli relattivi tal-prezzijiet, id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda, iċ-ċirkumvenzjoni u l-abbiltà tal-qlib mill-produzzjoni ta’ xedd tas-saqajn ieħor għall-prodott ikkonċernat jipprovdu provi għal żieda probabbli fil-kwantitajiet importati jekk il-miżuri jitħassru. Mill-banda l-oħra, fatturi oħra bħall-kriżi ekonomika dinjija u tendenza għal bidla fil-produzzjoni għal pajjiżi oħra tista’ b’mod inevitabbli tnaqqas il-kwantitajiet importati sa ċertu punt. Dawn il-fatturi huma analizzati f’iżjed dettall fl-Artikolu 5 (żviluppi wara l-RIP) hawn taħt.

(153)

Qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mir-RPĊ se jibqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi kbar u li dawn il-volumi se jinbiegħu bi prezzijiet baxxi u oġġett ta’ dumping, għalhekk hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.   ŻVILUPP TA’ IMPORTAZZJONIJIET MILL-VJETNAM JEKK IL-MIŻURI JITĦASSRU

4.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(154)

L-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam ġie analizzat f’termini kemm tal-prezzijiet u kif ukoll tal-volumi mistennija.

(155)

Bħala punt tat-tluq, ġew stabbiliti l-prezzijiet għall-RIP. Id-dejta kienet disponibbli mir-ritorni tal-kampjuni (irċevuti minn 51 produttur esportatur Vjetnamiż li kkoopera) li kien fihom prezzijiet tal-bejgħ għas-suq domestiku u prezzijiet tal-esportazzjoni kemm lejn is-suq tal-Unjoni u kif ukoll lejn swieq ta’ pajjiżi terzi. Din l-informazzjoni ntużat għax tqieset li hi l-aħjar sors ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat bl-għan li jitqabblu l-indikazzjonijiet tal-prezz fis-swieq differenti. Dawn id-dejta tqiesu li huma rappreżentattivi għax kienu jkopru 82 % tal-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni inklużi fir-ritorni tal-kampjuni ġew kontraverifikati mal-informazzjoni statistika (dejta Tarika) disponibbli lill-Kummissjoni. Madankollu, l-informazzjoni statistika ma setgħetx tintuża għal tqabbil tal-prezzijiet għax ma kinitx tkopri l-bejgħ domestiku Vjetnamiż u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(156)

Għalkemm id-dejta bbażata fuq il-Eurostat kienet sors ieħor affidabbli, din ma pprovdietx, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (67), il-possibbiltà li jitqabblu l-prezzijiet fis-swieq differenti.

(157)

Il-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni nkisbu mid-dejta tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet li dawn il-prezzijiet medji kienu ta’ tipi komparabbli għax-xedd tas-saqajn importat għax:

kienu jikkonċernaw prodotti identiċi,

kienu fl-istess livell ta’ kummerċ,

kienu f’incoterms komparabbli,

kienu jinvolvu kwantitajiet komparabbli.

4.2.   Relazzjoni bejn prezzijiet fl-Unjoni u l-Vjetnam

(158)

Ir-ritorni tal-kampjuni indikaw li l-prezzijiet domestiċi Vjetnamiżi stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-esportaturi kienu inqas mill-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi osservat li d-dejta tal-kumpaniji kollha mhux inklużi fil-kampjun (inkluża dejta relatata ma’ kwalunkwe bejgħ domestiku) ma setgħetx tiġi vverifikata. Għaldaqstant ma setgħetx titwettaq analiżi dettaljata tal-prezzijiet domestiċi fil-Vjetnam. Barra minn hekk, bħal fil-każ tar-RPĊ, ma tqisitx meħtieġa, meta wieħed iqis is-sejbien ġenerali tal-kontinwazzjoni tad-dumping.

4.3.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(159)

Skont id-dejta mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ġenerali tal-Vjetnam u d-Dipartiment Ġenerali tad-Dwana tal-Vjetnam (sena kalendari tal-2008) madwar 50 % tal-esportazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn Vjetnamiżi jintbagħtu lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni mill-kampjuni rċevuti turi li waqt l-RIP l-esportaturi li kkooperaw biegħu wkoll volumi kbar ħafna fi swieq ta’ pajjiżi terzi.

(160)

Ir-ritorni tal-kampjuni indikaw li l-prezzijiet miksuba mill-kooperaturi Vjetnamiżi kienu iżjed baxxi mill-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni. Dan kien jindika li l-produtturi Vjetnamiżi setgħu jesportaw kwantitajiet akbar lejn l-Unjoni.

4.4.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-Vjetnam

(161)

Meta wieħed iżomm f’moħħu l-volum baxx ta’ bejgħ magħmul minn produtturi esportaturi fuq is-suq domestiku Vjetnamiż, l-ebda konklużjoni utli ma tista’ ssir fir-rigward ta’ dan it-tqabbil.

4.5.   Kapaċitajiet u stokks mhux użati

(162)

Il-kumpaniji Vjetnamiżi kollha fil-kampjun kienu joperaw sistema ta’ produzzjoni skont l-ordni u għaldaqstant l-uniċi stokks tagħhom kienu ta’ oġġetti lesti li qed jistennew biex jintbagħtu. Is-sistema tal-produzzjoni skont l-ordni tintuża għax is-settur tax-xedd tas-saqajn għandu jadatta għal modi ġodda kull staġun fuq il-bażi tal-ordnijiet mill-klijenti u ma jistax isir bejgħ mill-istokks. Għaldaqstant jitqies li l-istokks f’dan il-każ, mhumiex indikatur b’saħħtu ħafna.

(163)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kapaċitajiet mhux użati tal-51 kumpanija Vjetnamiża li kkooperat jammontaw għal madwar 17 % tal-kapaċità tal-produzzjoni totali tagħhom għax-xedd tas-saqajn. Din il-kwantità tikkorrispondi ma’ 34 miljun par għall-51 kooperatur jew madwar 42 miljun par għall-produtturi esportaturi kollha. Iċ-ċifra tal-aħħar hi ta’ madwar 6 % tal-konsum totali fl-Unjoni (kif jidher fit-tabella 3).

(164)

L-użu probabbli ta’ din il-kapaċità żejda ġie analizzat. Meta wieħed iqis id-differenzi msemmija bejn il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni u fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-kumpaniji Vjetnamiżi aktarx li jkollhom inċentiv biex jużaw il-kapaċità żejda għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Din il-konklużjoni hi appoġġjata bl-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs tiegħu.

(165)

Barra minn hekk, għandu jiġi indikat li l-linji tal-immuntar eżistenti jistgħu jintużaw biex jiġu prodotti tipi oħra ta’ xedd tas-saqajn bħal STAF u żraben bil-partijiet ta’ fuq tad-drapp kif ukoll il-prodott ikkonċernat. Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-kooperaturi l-oħra fil-Vjetnam ipproduċew kwantitajiet kbar ta’ xedd tas-saqajn li mhuwiex il-prodott ikkonċernat. Il-qasma preżenti bejn il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u xedd tas-saqajn ieħor tiddependi fuq ir-rekwiżiti tal-konsumaturi u l-politika tal-ordnijiet u l-akkwisti tal-importaturi tal-Unjoni. Madankollu jekk jitħassru l-miżuri, l-importaturi tal-Unjoni żgur li jerġgħu jevalwaw il-politika tal-akkwisti tagħhom u jistgħu jordnaw proporzjon akbar tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi Vjetnamiżi. Dan jista’ jwassal f’żieda fil-kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni.

4.6.   Konklużjoni

(166)

Minbarra l-kontinwazzjoni tad-dumping f’livelli għolja, l-investigazzjoni wriet li jekk jitħassru l-miżuri, ikun hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping. Din il-konklużjoni hi bbażata fuq l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u tal-livelli tal-prezzijiet.

(167)

Barra minn hekk, numru ta’ fatturi inklużi l-livelli relattivi tal-prezzijiet, id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda, u l-abbiltà tal-qlib mill-produzzjoni ta’ xedd tas-saqajn ieħor għall-prodott ikkonċernat jipprovdu provi ta’ żieda probabbli fil-kwantitajiet importati jekk il-miżuri jitħassru. Mill-banda l-oħra, fatturi oħra bħall-kriżi ekonomika dinjija u t-tendenza għal bidla fil-produzzjoni għal pajjiżi oħra, tista’ b’mod inevitabbli tnaqqas il-kwantitajiet importati sa ċertu punt. Dawn il-fatturi huma analizzati f’iżjed dettall fit-taqsima 5 (żviluppi wara l-RIP) hawn taħt.

(168)

Qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mill-Vjentam se jibqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi kbar u li dawn il-volumi se jinbiegħu fi prezzijiet baxxi u oġġett ta’ dumping, għalhekk hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   ŻVILUPPI WARA L-RIP

(169)

L-impatt tal-iżviluppi ta’ wara l-RIP fir-rigward kemm tar-RPĊ u kif ukoll tal-Vjetnam ġie analizzat ukoll għax tqiesu li huma konsiderevoli biżżejjed li jaffetwaw il-volumi tal-prodott ikkonċernat prodott fil-pajjiżi kkonċernati u esportati lejn is-suq tal-Unjoni, u l-prezzijiet tiegħu.

5.1.   Il-kriżi ekonomika dinjija

(170)

Il-kriżi bdiet fit-tieni nofs tal-2008 (i.e. wara t-tmiem tal-RIP). Xi partijiet argumentaw li kien se jkollha impatt fuq il-produzzjoni u l-esportazzjonijiet (inklużi esportazzjonijiet lill-Unjoni) tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati minħabba l-konsum li qed jiċkien fid-dinja u s-swieq tax-xedd tas-saqajn fl-Unjoni.

5.2.   Żviluppi fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni wara l-RIP

(171)

Għandu jingħad mill-bidu li l-allegazzjonijiet magħmula mill-partijiet dwar l-impatt probabbli tal-iżviluppi post-RIP fuq il-volumi tal-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati u l-konsum fl-Unjoni kienu kontradittorji. Xi partijiet interessati stmaw li l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati setgħu jaqgħu b’25-30 % fl-2009 meta mqabbla maċ-ċifri tal-RIP. Xi partijiet interessati oħra stennew li dawn l-importazzjonijiet jibqgħu stabbli. L-istatistiċi disponibbli tal-Eurostat għall-ewwel nofs tal-2009 fil-fatt kienu juru tnaqqis ta’ 25 % tal-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina u tnaqqis ta’ 28 % tal-volumi tal-importazzjoni mill-Vjetnam. F’termini ta’ prezzijiet, l-istatistiċi tal-Eurostat juru żieda ta’ 34 % għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina u żieda ta’ 26 % għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Vjetnam. Madankollu, meta wieħed iqis ir-raġunijiet espressi fil-premessa (67) t’hawn fuq, dawn it-tendenzi ma jistgħux jitqiesu li huma rappreżentattivi.

5.3.   Bidla fl-akkwisti tal-importazzjonijiet tal-Unjoni mir-RPĊ u l-Vjetnam lejn pajjiżi oħra

(172)

Xi partijiet argumentaw li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati kienu se jaqgħu minħabba bidla fl-akkwisti lil hinn mir-RPĊ u l-Vjetnam għal pajjiżi oħra bħall-Indoneżja, il-Kambodja u l-Indja. Kien argumentat li l-proċess beda wara l-impożizzjoni tal-miżuri f’April tal-2006 u għandu jkompli jekk jerġgħu jiġu imposti miżuri wara r-reviżjoni preżenti. Issemmew ukoll raġunijiet oħra għal din il-bidla, l-iżjed notevoli l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. Għaċ-Ċina, dawn kienu allegatament dovuti minħabba żieda fl-ispejjeż tax-xogħol, tal-enerġija u tal-materjali lokali, kif ukoll il-leġislazzjoni ambjentali u tax-xogħol. Tqajmet ukoll iż-żieda fil-valur tal-RMB bħala kawża possibbli tal-bidla lejn pajjiżi oħra. Għall-Vjetnam kien allegat li kien hemm bidla fl-akkwisti minn pajjiżi oħra minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol flimkien mat-telfien tat-3.5 % benefiċċju tad-dazju GSP fuq l-importazzjonijiet lejn l-UE. Barra minn hekk, kien argumentat li l-bidla għal akkwisti lil hinn miċ-Ċina u l-Vjetnam kienet attraenti minħabba t-titjib fil-kompetittività fil-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn fil-pajjiżi li huma s-sors il-ġdid. Kien argumentat ukoll li l-bidla ġiet iffaċilitata mill-fatt li ħafna produtturi fil-pajjiżi kkonċernati kienu proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn kumpaniji f’partijiet oħra tal-Asja tax-Xlokk, bħal Tajwan jew Ħong Kong u minħabba l-fatt li l-akkwisti tax-xedd tas-saqajn għas-suq tal-Unjoni huma kkontrollati minn importaturi kbar fl-Unjoni, li għandhom il-mezzi biex jibdlu faċilment is-sorsi tal-provvisti tagħhom meta jkun meħtieġ.

(173)

Għar-RPĊ, għalkemm kien jidher li xi esportaturi ċaqalqu l-operat tagħhom u li jistgħu jerġgħu jagħmlu hekk biex inaqqsu l-ispejjeż, ir-rilokazzjoni xi drabi saret lejn partijiet oħra tar-RPĊ (lil hinn mill-provinċji kostali li kienu jiffurmaw il-bażi tradizzjonali tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn). Ċaqliq ta’ din ix-xorta, fih innifsu, ma jwassalx għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-esportazzjonijiet mir-RPĊ.

(174)

Fir-rigward tal-Vjetnam, mhuwiex meqjus probabbli li ż-żieda fid-dazju ta’ 3.5 % riżultanti mill-gradwazzjoni tal-GSP hi ta’ kobor biżżejjed li twassal għal rilokazzjoni tal-produzzjoni konsiderevoli. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li din il-gradwazzjoni jista’ jkollha xi impatt fuq il-volumi tal-esportazzjoni mill-Vjetnam, aktarx li ma taffetwax konsiderevolment id-deċiżjonijiet tal-akkwisti tal-importaturi l-kbar tal-Unjoni. Qed jiġi mfakkar li minkejja li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping hi ħafna ogħla minn 3.5 %, kemm il-Vjetnam u kif ukoll iċ-Ċina żammew livelli għolja ta’ volumi tal-importazzjoni lejn l-Unjoni.

(175)

Għaldaqstant qed jitqies li kwalunkwe rilokazzjoni tal-produzzjoni m’għandhiex tkun ta’ kobor li radikalment ibiddel id-deċiżjonijiet tal-akkwisti tal-importaturi.

(176)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ġewwa l-Unjoni, instab li, wara l-impożizzjonijiet tal-miżuri anti-dumping, dawn żdiedu minn ċertu pajjiżi Asjatiċi. Dan, madankollu, ma jibdilx il-fatt li l-prodott ikkonċernat baqa’ jiġi importat miż-żewġ pajjiżi li qed jiġu investigati fl-Unjoni f’volumi konsiderevoli ħafna u bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

5.4.   Żvilupp tal-konsum domestiku Ċiniż

(177)

Xi partijiet argumentaw li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jaqgħu minħabba żieda fil-konsum domestiku Ċiniż, imħeġġa mill-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi. Madankollu, l-ebda mill-partijiet ma tat provi li jippermettu li ssir evalwazzjoni tat-tkabbir tal-konsum mistenni – din l-evalwazzjoni ssir iżjed diffiċli minħabba l-kriżi ekonomika.

(178)

Filwaqt li hu raġonevoli li wieħed jassumi li t-tkabbir ekonomiku riċenti fiċ-Ċina għandu jirriżulta, mill-inqas fil-perjodu taż-żmien medju, f’xi żieda fil-konsum domestiku tax-xedd tas-saqajn, ma ġiet sottomessa l-ebda prova li turi li dan it-tkabbir għandu jwassal għal (iżjed) tnaqqis fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

5.5.   Konklużjoni

(179)

Il-kriżi ekononika qed ikollha influwenza negattiva fuq l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati. Madankollu hu raġonevoli li wieħed jassumi li għandu jkun hemm irkupru f’xi stadju, li mbagħad jirriżulta f’volumi tal-bejgħ miżjuda. Anke jekk l-ogħla previżjoni ta’ tnaqqis ta’ 25 – 30 % kellha timmaterjalizza matul l-2009 in ġenerali, il-volumi mir-RPĊ xorta jilħqu ‘l fuq minn 80 miljun par u jiksbu sehem tas-suq tal-Unjoni ta’ iżjed minn 10 % u l-volumi mill-Vjetnam xorta jilħqu madwar 48 miljun par u jiksbu sehem tas-suq tal-Unjoni ta’ madwar 7 %.

(180)

Fir-rigward tal-bidla fl-akkwisti tal-importazzjonijiet tal-Unjoni, ġie osservat li r-rilokazzjoni osservata s’issa ma kellhiex effett determinanti, u m’hemmx indikazzjoni li fil-futur għandu jkun hemm xi bidla ewlenija fit-tendenzi osservati s’issa.

(181)

L-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni baqgħu jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping matul l-RIP. Minħabba l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis (mistenni) fid-domanda, u n-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ wara l-RIP li jindikaw mod ieħor, jidher li hu raġonevoli li wieħed jipprevedi li l-esportazzjonijiet għandhom jibqgħu jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping.

(182)

Fid-dawl tas-sejbien t’hawn fuq li jikkonċernaw kemm l-RIP u l-iżviluppi wara l-RIP, qed jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping.

D.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI WARA L-IŻVELAR

(183)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet waslu għadd ta’ kummenti. Madankollu, dawn ma kinux tali li setgħu jbiddlu l-konklużjonijiet. L-argumenti ewlenin li tqajmu kienu dawn li ġejjin.

1.   GĦAŻLA TA’ PAJJIŻ ANALOGU

(184)

Bosta partijiet tennew il-kummenti li kienu għamlu matul l-investigazzjoni dwar l-għażla tal-pajjiż analogu. Huma enfasizzaw, inter alia, il-fehma li l-Brażil ma kienx għażla adegwata minħabba l-protezzjoni għolja permezz ta’ tariffi u liċenzji mhux awtomatiċi, l-iżvilupp soċjoekonomiku ogħla miċ-Ċina u l-Vjetnam, l-ispeċjalizzazzjoni preżunta fix-xedd tas-saqajn tan-nisa, u l-allegati prattiki ta’ dumping. Il-Kummissjoni diġà kienet qieset dawn l-argumenti, u indirizzathom fil-fond fl-iżvelar u fil-premessi (68)-(108) ta’ dan ir-Regolament. L-analiżi wriet biċ-ċar li l-Brażil kien l-aktar għażla adegwata bħala pajjiż analogu f’dan il-każ.

2.   IL-KWALITÀ RAPPREŻENTATTIVA TAL-KAMPJUN

(185)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-kampjun tal-esportaturi kien anqas rappreżentattiv milli kien irrapportat fil-premessi (15) u (18), għaliex il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ erba’ mit-12-il xahar tal-RIP. Ta’ min ifakkar, li din hi l-metodoloġija li normalment tintuża mill-Kummissjoni fir-reviżjonijiet ta’ skadenza, fejn irid jiġi determinat jekk hemmx kontinwità ta’ dumping jew probabbiltà li d-dumping jerġa’ jseħħ. L-investigazzjoni fuq il-post żgurat li l-erba’ xhur kienu rappreżentattivi tal-perjodu sħiħ ta’ 12-il xahar. Dan inkiseb billi tqabblu l-ispejjeż u l-prezzijiet tad-dejta pprovduta għal erba’ xhur mat-tmien xhur li fadal. Barra minn hekk, l-erba’ xhur magħżula kienu l-aħħar xahar ta’ kull kwart u għalhekk, kienu mifruxa b’mod regolari fuq il-perjodu ta’ 12-il xahar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma taqbilx li l-metodu applikat naqqas il-kwalità rappreżentattiva tal-kampjun.

3.   IL-KLASSIFIKAZZJONI U L-KOMPARABBILTÀ TAL-PRODOTT

(186)

Ġie ddikjarat minn ċerti partijiet interessati li billi kkoreġiet l-iżbalji fuq il-PCNs li saru mill-esportaturi li kkooperaw, kif imsemmi fil-premessa (59), il-Kummissjoni biddlet il-metodoloġija użata fil-każ oriġinali. Din l-allegazzjoni mhijiex ġustifikata. Kien preċiżament biex tintuża s-sistema PCN adottata fil-każ preċedenti li l-Kummissjoni kkoreġiet l-iżbalji fil-klassifikazzjoni tal-PCN magħmula minn xi esportaturi

(187)

Ġie allegat minn ċerti partijiet interessati li kien hemm livell insuffiċjenti ta’ tqabbil dirett ta’ PCNs u li l-metodu li jirrikorri għal PCNs simili ferm mhuwiex korrett. Din it-talba ma tistax tintlaqa’. Din is-sistema diġà ġiet applikata fl-investigazzjoni oriġinali. Fl-iżvelar speċifiku mibgħut lill-partijiet fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni żiedet it-tabelli ta’ korrelazzjoni fejn ġie spjegat l-użu ta’ kull PCN simili. L-użu ta’ PCNs simli ferm jiżgura tqabbil ġust bejn il-mudelli Brażiljani u l-mudelli mibjugħa mill-pajjiżi esportaturi. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, il-valuri normali li joriġinaw minn PCNs simili ġew aġġustati kif xieraq. Barra dan, l-ebda parti ma ressqet kumment dwar il-possibbiltà ta’ ineżattezza tal-aktar PCN simili użata.

4.   KALKOLU TA’ DUMPING

(188)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-kalkolu ta’ dumping bl-użu tal-Indoneżja bħala pajjiż analogu ma kienx korrett, għax id-dejta użata la ġiet ivverifikata u lanqas aġġustata kif xieraq. Il-Kummissjoni eżaminat id-dejta ppreżentata mill-kumpaniji Indoneżjani, li l-użu tagħha ġie ssuġġerit minn bosta partijiet. Billi ma ntalbux aġġustamenti, il-Kummissjoni ma qisitx neċessarju li tapplikahom. F’kull każ, ta’ min ifakkar li f’dan il-każ partikolari l-Indoneżja ntużat biss biex tiġi kkonfermata s-sejba bbażata fuq il-Brażil.

5.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWITÀ TA’ DUMPING

(189)

Bosta partijiet argumentaw li t-tnaqqis fil-volumi ta’ importazzjoni miċ-Ċina u l-Vjetnam bejn l-2005 u l-2008 (li ssokta wara l-PI) u ż-żieda ta’ prezzijiet tal-importazzjoni fl-istess perjodu jissuġġerixxu li mhemmx probabbiltà ta’ kontinwità ta’ dumping ta’ ħsara. Ta’ min ifakkar li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Vjetnam għandhom aktar minn 28 % ta’ sehem mis-suq fl-RIP, u dan hu sostanzjali ferm. Wieħed jinnota li f’ċifri assoluti l-volumi ta’ importazzjoni miċ-Ċina u l-Vjetnam fl-RIP kienu akbar milli fl-OIP, li għalih id-dumping ta’ ħsara diġà ġie stabbilit. Barra minn hekk, l-analiżi tad-dejta vverifikata tal-esportaturi li kienet parti mill-kampjun uriet li mill-2006 ‘l quddiem il-prezzijiet naqsu.

(190)

Ġie ddikjarat minn ċerti partijiet interessati li l-ispejjeż ta’ produzzjoni fiċ-Ċina u l-Vjetnam żdiedu u b’hekk naqqsu t-theddida kompetittiva tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li, billi ċ-Ċina u l-Vjetnam mhumiex ekonomiji tas-suq, żieda fl-ispiża ma tfissirx neċessarjament telf ta’ kompetittività fis-suq dinji. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ pajjiżi komplew iżommu ishma mis-suq għoljin fis-suq tal-UE u għalhekk kienu ta’ theddida.

(191)

Xi partijiet stqarrew li, filwaqt li l-UE aċċettat li l-importazzjonijiet waqgħu wara l-RIP minħabba l-kriżi ekonomika, din ma kinitx aċċettata bħala punt deċiżiv fil-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. Kif ġie spjegat fil-premessi (179) sa (180) din ma kinitx aċċettata bħala punt deċiżiv għax il-volumi ta’ wara l-RIP għadhom għoljin ferm u għandhom sehem kbir mis-suq tal-UE bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping. Jidher ċar li hemm indikaturi li dawn se jissoktaw ikunu oġġett ta’ dumping fil-ġejjieni f’volumi sinifikanti.

(192)

Xi partijiet interessati kkontestaw l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u ddikjaraw li destinazzjonijiet oħra, b’mod partikolari l-Istati Uniti u, b’mod parzjali, r-Russja, huma għall-inqas ta’ interess ugwali għall-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi. Issemma wkoll li s-sottomissjonijiet minn parti dwar it-tkabbir sostanzjali mistenni tas-suq Ċiniż innifsu ma ġiex meqjus kif xieraq. Il-Kummissjoni eżaminat din il-kwistjoni u sabet li s-suq tal-Unjoni għadu wieħed mill-aktar swieq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Jekk id-dazji anti-dumping jitħassru, is-suq tal-Unjoni jsir aktar attraenti u l-volumi, għalhekk, x’aktarx li jiżdiedu. Fir-rigward tat-tkabbir mistenni tal-konsum fiċ-Ċina, il-Kummissjoni eżaminat l-elementi pprovduti minn din il-parti, iżda ma qisithomx biżżejjed biex ibiddlu l-konklużjonijiet. Anki jekk dan it-tkabbir jista’ jiġi antiċipat, m’hemm l-ebda evidenza sostanzjata li t-tkabbir ikun daqstant li jwassal għal tnaqqis sinifikanti ta’ esportazzjonijiet. Minħabba dawn ir-raġunijiet, l-argument kellu jiġi miċħud.

E.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

1.   PRODUZZJONI U POŻIZZJONI FIL-UNJONI

(193)

It-talba għar-reviżjoni tressqet mis-CEC f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iżjed minn 25 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul l-RIP.

(194)

Parti interessata partikolari qalet li numru tal-membri tas-CEC li preżumibbilment jappoġġjaw l-ilment bdew huma stess jimportaw volumi kbar mill-pajjiżi kkonċernati. Intqal ukoll li produzzjoni “reali” konsiderevoli ma seħħitx iżjed fl-Unjoni. Ma ġewx provduti provi f’dan ir-rigward li jissostanzjaw din l-allegazzjoni.

(195)

F’dan il-kuntest, l-informazzjoni kollha disponibbli, inkluża l-informazzjoni provduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-proċeduri tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, kif ukoll l-istatistiċi tal-produzzjoni ġenerali intużaw sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali fil-Unjoni u l-appoġġ għall-investigazzjoni. L-investigazzjoni żvelat li ħadd mill-produtturi tal-Unjoni li lmenta m’għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni għax, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba permezz ta’ min għamel l-ilment, l-ebda wieħed minnhom ma nstab li huwa relatat mal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, jekk kien hemm, kienu minimi. Għal kull kumpanija kkonċernata, dawn l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu l-iżjed 25 % tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni.

(196)

Kif spjegat fid-dettall taħt il-premessa (23) u iżjed ‘il quddiem, waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni nstabet li għandha produzzjoni mhux kontinwata fl-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat. Ġie meqjus jekk din il-kumpanja għandhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-piż ta’ din il-kumpanija kien minimu f’termini tal-produzzjoni totali kif ukoll b’rabta mal-kumplament tal-kampjun (6). Għaldaqstant, anke kieku din il-kumpanija ġiet eskluża, ma kienx ikun hemm bidla fl-istampa ġenerali f’termini ta’ pożizzjoni.

(197)

B’kollox, l-investigazzjoni wriet li għad hemm produzzjoni konsiderevoli tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda fl-Unjoni, stabbilita f’diversi Stati Membri li jħaddmu madwar 262 000 persuna. Is-settur tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn hu magħmul minn madwar 18 000 SME li jinsabu principalment f’seba’ pajjiżi Ewropej b’konċentrazzjoni fi tliet pajjiżi tal-produzzjoni ewlenin.

(198)

L-investigazzjoni, madankollu, żvelat li żewġ kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp instabu li huma relatati mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-grupp innifsu kien qed jimporta kwantitajiet konsiderevoli tal-prodott ikkonċernat, inkluż mill-esportaturi relatati tiegħu fir-RPĊ. Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji ġew esklużi mid-definizzjoni ta’ produzzjoni fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(199)

Fuq din il-bażi, instab li l-produzzjoni ġenerali tal-Industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku kienet ta’ 366 miljun par matul l-RIP.

(200)

Meta wieħed iqis li l-produtturi tal-Unjoni li jappoġġjaw it-talba kienu jammontaw għal iżjed minn 25 % tal-produzzjoni totali u fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni daqs jew ikbar minn dan il-kobor, għaldaqstant qed jiġi konkluż li t-talba hi appoġġjata minn proporzjon maġġuri tal-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

2.   ŻVILUPP TA’ STRUTTURI TAL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI

(201)

Id-dejta tal-każ preżenti tirreferi għal Unjoni mkabbra ta’ 27 Stat Membru minflok il-25 pajjiż eżaminat fil-każ oriġinali. Ir-Rumanija, li issieħbet fl-UE fl-2007, hi produttur konsiderevoli. Madankollu, parti importanti tal-produzzjoni tagħha jinvolvi t-trasformazzjoni ta’ materja prima għal tariffa tas-servizz (“manifattura b’tariffa”) għal kumpaniji oħra fl-Unjoni. L-impatt tal-produzzjoni ġenwina Rumena fuq l-istampa ġenerali tal-produzzjoni tal-Unjoni u indikaturi oħra għaldaqstant hu limitat. L-istess impatt limitat jista’ jiġi attribwit għall-Bulgarija. It-tkabbir għaldaqstant ma kellux effett konsiderevoli f’dan ir-rigward.

(202)

Is-settur tax-xedd tas-saqajn fl-Unjoni hu karatterizzat b’netwerks ta’ intrapriżi mikro (li jħaddmu inqas minn 10 persuni) u intrapriżi żgħar. Kumpaniji ta’ iżjed minn 500 impjegat huma eċċezzjonijiet u jħaddmu biss porzjon limitat tal-ħaddiema globali fis-settur. Intrapriżi mikro u żgħar għandhom il-vantaġġ li huma iżjed flessibbli u kapaċi jadattaw għal bidliet fid-domanda tas-suq, iżda mill-banda l-oħra, huma finanzjarjament iżjed vulnerabbli għall-kompetizzjoni internazzjonali u għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

(203)

Meta mqabbla mas-sitwazzjoni li nstabet fl-investigazzjoni oriġinali, l-istrutturi tal-produzzjoni nbidlu f’ħafna modi. Taħt il-pressjoni tal-kompetizzjoni internazzjonali, ħafna produtturi sparixxew, uħud għal kollox u oħrajn saru distributuri tal-produzzjoni fil-pajjiżi Asjatiċi u f’postijiet eqreb (Bożnija, Kroazja, Marokk, Tuneżija, Serbja). Oħrajn iddeċiedew li jmexxu partijiet mill-proċess tal-manifattura fi ħdan l-Unjoni (Rumanija, Ungerija, Polonja).

(204)

Bħala parti mill-proċess ta’ bidla fil-mudell tan-negozju, ħafna operaturi kkontribwixxew faċilitajiet tal-produzzjoni permezz tal-integrazzjoni fi gruppi mwaqqfa permezz ta’ sottokuntratti ma’ produtturi oħra. B’din is-sistema l-kumpanija li tmexxi tipprovdi d-disinn, il-materja prima (li tibqa’ l-proprjetà tal-kumpanija li tmexxi) u tagħmel trasferiment fil-viċinanza ġeografika tagħha tal-manifattura (jew ta’ fażi waħda jew iżjed tal-manifattura bħall-ħjata) lil diversi kumpaniji mikrospeċjalizzati sabiex ittiehom attività staġonali regolari bil-kwantitajiet miftiehma. Fl-aħħar tal-proċess, il-kumpanija li tmexxi tħallas tariffa għax-xogħol imwettaq mis-sottokuntratturi.

(205)

Parti mill-industrija għaddiet ukoll minn bidla fil-mudell tan-negozju karatterizzata minn ċaqliq fil-produzzjoni lejn is-settur ta’ livell għoli b’konċentrazzjoni fi prodotti ta’ valur ogħla. Uħud mill-akbar produtturi tal-Unjoni għaldaqstant jistgħu jsibu opportunitajiet ġodda billi joħolqu d-ditta tagħhom. Uħud minn dawn il-produtturi jużaw ħwienet ta’ frankiġja b’ditta waħda meta jkun possibbli, oħrajn irnexxielhom jiksbu partijiet ta’ ħwienet indipendenti rriservati għad-ditta tagħhom.

(206)

Ħafna kumpaniji f’dan il-grupp barra minn hekk immodifikaw il-politika tad-distribuzzjoni tagħhom, li tiffavorixxi l-bejgħ lil xerrejja bl-imnut (jew anke bejgħ bl-imnut tagħhom stess) minflok bejgħ lil xerrejja bl-ingrossa. In ġenerali, dawn il-bidliet juru settur fejn mudelli tan-negozju differenti jeżistu flimkien.

(207)

Il-bidliet imsemmija lejn produzzjoni fi grupp, settur ta’ prodotti ta’ livell ogħla u bidliet fil-politika tad-distribuzzjoni ppermettew iżjed flessibbiltà u effiċjenza permezz tal-ġbir tar-riżorsi sabiex ikun jista’ jsir użu mill-ekonomiji tal-kobor. Żdiedu wkoll l-abbiltà tagħhom li jiksbu l-mezzi finanzjarji meħtieġa mis-sistema tal-banek.

(208)

Dawn l-iżviluppi juru settur fejn mudelli tan-negozju differenti jeżistu flimkien. Parti kbira tal-industrija għadha fi stadju kmieni ħafna tal-bidla tal-mudell tan-negozju u għandha bżonn iżjed żmien biex tlesti l-proċess. It-tieni grupp, li biddel il-mudell tan-negozju, żdied konsiderevolment matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu xorta mhux kapaċi li jibbenefikaw b’mod sħiħ mit-tnaqqis fin-numru ta’ produtturi fis-suq, kif kien ikun normalment mistenni.

F.   SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   KONSUM FIS-SUQ TAL-UNJONI

Tabella 3

Konsum fis-suq tal-Unjoni

 

2006

2007

RIP

Konsum (f’000 ta’ pari)

724 553

690 285

674 826

Indiċi: 2006=100

100

95

93

(209)

Il-konsum apparenti naqas b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. minn 725 miljun par fl-2006 għal 675 miljun par matul l-RIP.

(210)

It-tnaqqis fil-konsum għandu jitqies flimkien maż-żieda paralleli fil-konsum ta’ tipi oħra ta’ żraben barra l-ambitu tal-prodott (eż., drapp, lastku & plastik). Bħala referenza, il-konsum ta’ żraben tad-drapp, tal-lastku u tal-plastik żdied bi 23 % fl-istess perjodu. Dan jidher li juri xi sostituzzjoni fost iż-żewġ kategoriji tal-prodotti, konnessi anke ma’ tendenzi tal-moda (penetrazzjoni ta’ żraben sintetiċi/tal-ġilda, jew żraben sintetiċi li jixbhu l-ġilda). Meta wieħed iqis madankollu, li ż-żieda fil-konsum tax-xedd tas-saqajn ieħor hu ferm ogħla (23 %) mit-tnaqqis fil-konsum tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda (7 %), ma jistax madankollu jiġi konkluż li d-drapp u materjali oħra ħadu post ix-xedd tas-saqajn tal-ġilda ħlief sa livell limitat. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni ta’ xedd tas-saqajn ieħor hu inqas minn dak tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda u din id-differenza fil-prezzijiet tagħmilha ċara li kieku kien hemm interkambjalità bejn iż-żewġ tipi, is-settur tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda li hu ferm ogħla kien jinqered għal kollox. Għall-kuntrarju, studju tas-suq disponibbli għall-pubbliku (7) juri li ż-żraben tal-ġlda se jibqa’ jkollhom pożizzjoni b’saħħitha fi-suq. Fil-fatt jidher li l-konsumaturi issa qed jixtru żraben tal-ġilda daqs kemm kienu jixtru qabel, iżda barra dan qegħdin jixtru konsiderevolment aktar żraben tad-drapp u sintetiċi.

2.   IMPORTAZZJONIJIET PREŻENTI MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI

2.1.   Volum tal-importazzjoni u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati fl-RIP

Tabella 4

Volumi totali tal-importazzjoni mill-pajjiżi taħt investigazzjoni

 

OIP

2005

2006

2007 (*1)

RIP (*1)

Ir-RPĊ (000 pari)

63 403

183 568

157 560

123 016

125 052

Indiċi 2006

 

 

100

78

79

Indiċi: OIP=100

100

292

251

195

198

Ishma tas-suq

8,8  %

22,9  %

21,6  %

17,8  %

18,5  %

Il-Vjetnam (000 pari)

102 625

100 619

79 427

62 503

68 852

Indiċi 2006

 

 

100

79

87

Indiċi: OIP=100

100

98

77

61

67

Ishma tas-suq

14,2  %

12,6  %

11,0  %

9,1  %

10,2  %

(211)

L-importazzjonijiet Ċiniżi totali naqsu minn 157 għal 125 miljun par matul il-perjodu kkunsidrat, jew minn 21.6 % għal 18.5 % tas-suq tal-UE.

(212)

Madankollu kif muri hawn fuq, meta mqabbel mal-OIP, seħħet żieda qawwija fl-importazzjonijiet miċ-Ċina wara t-tmiem tas-sistema tal-kwota (1 ta’ Jannar tal-2005), fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni baxxi. Il-livelli tal-importazzjoni naqsu wara l-impożizzjoni tal-miżuri, stabilizzaw fl-2007 u l-RIP f’iżjed minn 120 miljun par – kważi darbtejn daqs l-ammont tal-volumi tal-importazzjoni tal-OIP.

(213)

Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni sabet li l-prodotti Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu qed jevitaw id-dazji u jfixklu l-effett rimedjali tal-miżuri biċ-ċirkumvenzjoni tal-miżuri msemmija permezz tal-Makaw skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku. Dan juri li s-suq tal-Unjoni baqa’ importanti ħafna għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(214)

L-importazzjonijiet Vjetnamiżi naqsu fil-perjodu kkunsidrat minn 79 għal 69 miljun par. Minkejja dan in-nuqqas ta’ iżjed minn 13 % meta mqabbel mal-OIP, il-livelli tal-importazzjoni baqgħu konsiderevoli u l-ishma tas-suq huma bejn wieħed u ieħor stabbli qrib il-marka ta’ 10 % matul l-RIP.

(215)

Flimkien, l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Vjetnam kienu jammontaw għal 237 miljun par fl-2006, 185 miljun par fl-2007 u 194 miljun par fl-RIP. Filwaqt li kien hemm tnaqqis fil-volumi fil-perjodu kkonċernat, il-livelli tal-importazzjoni huma xorta ogħla minn dawk li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri (166 miljun). Is-sehem tas-suq konġunt taċ-Ċina u l-Vjetnam naqas minn 32.7 % għal 28.7 % matul il-perjodu iżda anke f’dan il-każ, is-sehem tas-suq tal-RIP hu konsiderevolment ogħla minn dak tal-OIP ta’ 23 %.

2.2.   Evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkonċernati

(216)

Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu evalwati b’mod kumulattiv, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-effetti tal-importazzjonijiet minn żewġ jew tliet pajjiżi fl-istess waqt soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping għandhom jiġu evalwati b’mod kumulattiv biss jekk ikun determinat li (a) il-marġini tad-dumping stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet minn kull pajjiż hu iżjed mid-de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u li l-volum tal-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhuwiex negliġibbli u (b) li evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet hi adattata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott tal-Unjoni identiku.

(217)

F’dan ir-rigward, l-ewwel instab li l-marġini tad-dumping stabbilit għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu iżjed mid-de minimis. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-volum impurtat rappreżentat għar-RPĊ u l-Vjetnam rispettivament jammonta għal madwar 18 u 10 % tal-konsum tal-Unjoni waqt l-RIP.

(218)

L-investigazzjoni kompliet uriet li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kemm bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-prodott tal-Unjoni identiku kienu simili. Instab li, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ix-xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda prodotti/mibjugħa mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti/mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jikkompetu kontra xulxin peress li huma l-istess f’termini tal-karatteristiċi bażiċi tagħhom, b’mod li jistgħu jiġu użati wieħed flok l-ieħor min-naħa tal-konsumatur u mqassma permezz tal-istess kanali tad-distribuzzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li għaż-żewġ pajjiżi, il-volum tal-importazzjonijiet żviluppa b’mod parallel: iż-żewġ pajjiżi naqsu l-importazzjonijiet tagħhom b’madwar 10-25 % bejn l-2006 u l-RIP. Il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi huma wkoll fl-istess ordni ta’ kobor. Barra minn hekk, dawn il-prezzijiet instabu li huma inqas mill-prezzijiet tal-industrija fl-Unjoni f’livell tan-negozju komparabbli.

(219)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-kundizzjonijiet kollha tal-akkumulazzjoni jintlaħqu u li għaldaqstant l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu evalwati flimkien għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara.

2.3.   Evoluzzjoni tal-prezzijiet u ċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

Tabella 5

Evoluzzjoni tal-prezzijiet minn pajjiżi li qed jiġu investigati

 

2006

2007

RIP

Ir-RPĊ EUR/par

8,4

8,4

8,5

Indiċi: 2006=100

100

99

103

Il-Vjetnam EUR/par

10,2

9,7

9,5

Indiċi: 2006=100

100

96

94

Sors: Eurostat.

(220)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni baqgħu pjuttost stabbli, madwar EUR 8.4 kull par. Dan hu bejn wieħed u ieħor 20 % ogħla mil-livell tal-prezz tal-OIP (EUR 7.2) Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Vjetnamiżi naqsu matul il-perjodu meqjus, u fl-RIP huma qrib il-livell ta’ EUR 9.2 li kien disponibbli fl-OIP. L-evalwazzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet medji madankollu ma tikkunsidrax il-bidliet fit-taħlita tal-prodott li setgħu seħħew fil-perjodu kkunsidrat.

2.4.   Tnaqqis ta’ prezzijiet

(221)

L-approċċ għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-prezzijiet isegwi dak tal-investigazzjoni oriġinali. Il-prezzijiet tal-importazzjoni, inklużi d-dazji anti-dumping, tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija fl-Unjoni, fuq il-bażi ta’ medji kkalkulati għal tipi ta’ prodotti komparabbli matul l-RIP. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati għal livell ex-works u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni tas-CIF, flimkien ma’ dazji anti-dumping u tad-dwana. Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tal-kummerċ, aġġustat kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis fir-ribassi u l-iskonti. Biex isir tqabbil ġust, saru aġġustamenti li jirriflettu l-ispejjeż dovuti mħallsa fl-Unjoni mill-importaturi, bħal disinn, għażla ta’ materja prima, eċċ. li kieku ma kinux ikunu riflessi fil-prezz tal-importazzjoni. Dan kien ġustifikat peress li x-xedd tas-saqajn importat ġie prodott skont l-ordni fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet (materja prima, disinn) mogħtija mill-importaturi nnifishom.

(222)

Fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-marġini ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li nstab, espress bħala perċentwal tal-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni, huma kif ġejjin:

Tabella 6

Marġini tat-tnaqqis fil-prezzijiet

Pajjiż

Tnaqqis fil-prezzijiet

Ir-RPĊ

31,9  %

Golden Step (RPĊ)

37,1  %

Il-Vjetnam

38,9  %

3.   IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI

3.1.   Sehem tas-suq tal-volum tal-importazzjoni u prezzijiet fl-RIP

Tabella 7

Volum tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi

Volum

2006

2007

RIP

L-Indja (miljun par)

50

55

56

Indiċi: 2006 = 100

100

111

112

Sehem tas-suq

7  %

8  %

8  %

L-Indoneżja (miljun par)

20

29

31

Indiċi: 2006 = 100

100

144

158

Sehem tas-suq

3  %

4  %

5  %

Il-Brażil (miljun par)

21

22

21

Indiċi: 2006 = 100

100

102

98

Sehem tas-suq

3  %

3  %

3  %

It-Tajlandja (miljun par)

11

12

12

Indiċi: 2006 = 100

100

108

107

Sehem tas-suq

2  %

2  %

2  %

It-Tuneżija (miljun par)

10

12

12

Indiċi: 2006 = 100

100

124

130

Sehem tas-suq

1  %

2  %

2  %

Il-Marokk (miljun par)

10

10

10

Indiċi: 2006 = 100

100

99

98

Sehem tas-suq

1  %

1  %

1  %

Oħrajn - (miljun par)

63

67

59

Indiċi: 2006 = 100

100

107

93

Sehem tas-suq

9  %

10  %

9  %

Total (miljun par)

185

207

201

Indiċi: 2006 = 100

100

112

109

Sehem tas-suq

26  %

30  %

30  %


Tabella 8

Valuri tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi

Valuri

2006

2007

RIP

L-Indja EUR/par

11,34

11,67

11,98

Indiċi: 2006 = 100

100

103

106

L-Indoneżja EUR/par

9,98

10,06

9,67

Indiċi: 2006 = 100

100

101

97

Il-Brażil EUR/par

15,8

15,78

16,83

Indiċi: 2006 = 100

100

100

107

It-Tajlandja EUR/par

12,56

13,54

13,55

Indiċi: 2006 = 100

100

108

108

It-Tuneżija EUR/par

12,76

13,2

13,39

Indiċi: 2006 = 100

100

103

105

Il-Marokk EUR/pair

14,6

15,05

14,98

Indiċi: 2006 = 100

100

103

103

Oħrajn EUR/par

14,64

14,25

15,26

Indiċi: 2006 = 100

100

97

104

Total EUR/par

13,16

13,07

13,40

Indiċi: 2006 = 100

100

99

102

(223)

Kif muri hawn fuq, l-importazzjonijiet totali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu f’termini assoluti fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. L-importazzjonijiet globali żdiedu minn 185 miljun par fl-2006 għal 201 miljun par fl-RIP u fis-sehem tas-suq żdiedu minn 26 % għal 30 % fl-RIP.

(224)

Il-prezzijiet minn pajjiżi terzi huma madankollu bħala medja 34 % ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi, u 28 % ogħla mill-prezzijiet Vjetnamiżi.

G.   SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

1.   RIMARKI PRELIMINARI

(225)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat il-fatturi ekonomiċi kollha u l-indiċijiet li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(226)

Kif spjegat hawn fuq, meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari tas-settur u n-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment, kellhom jintużaw id-dispożizzjonijiet fuq it-teħid tal-kampjuni. Għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem tas-suq, impjieg, produttività, tkabbir, kobor tal-marġini tad-dumping u rkupru mill-effetti tad-dumping tal-passat) ġew evalwati fuq il-livell tal-produzzjoni sħiħa fl-Unjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni nazzjonali u kumpaniji individwali. Dawn il-fatturi ġew kontraverifikati, meta possibbli, mal-informazzjoni ġenerali provduta mill-istatistiċi uffiċjali rilevanti.

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokks, prezzijiet tal-bejgħ, fluss tal-likwidità, profitt, ritorn fuq l-investimenti, abbiltà għall-ġenerazzjoni tal-kapital, investimenti u pagi) twettqet għall-kumpaniji individwali, i.e. fil-livell ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni li kienu inklużi fil-kampjun.

2.   INDIKATURI MACRO-EKONOMIĊI

2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

Tabella 9

Kapaċità u użu tal-produzzjoni

 

2006

2007

RIP

Produzzjoni (000 pari)

390 314

383 692

365 638

Indiċi: 2006=100

100

98

94

Kapaċità (000 pari)

551 844

571 663

564 091

Indiċi: 2006=100

100

104

102

Użu tal-kapaċità

71  %

68  %

66  %

Indiċi: 2006=100

100

95

92

Sors: dejta relatata mal-UE27: Prodcom kif konfermata bid-dejta miksuba minn produtturi individwali kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-prodotturi. Nota: Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (23), l-investigazzjoni żvelat li l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet bejn 18-21 % inqas fil-perjodu kkunsidrat minn kif kien oriġinarjament indikat minħabba s-sitwazzjoni ta’ produttur wieħed b’mod partikolari. Fuq il-bażi tal-informazzjoni fuq il-fajl, ma kienx hemm indikazzjoni li s-sejbien għal dan il-produttur ikun applikabbli għas-settur sħiħ. Madankollu, ġiet eżaminata l-possibbiltà li s-sejbien tal-produzzjoni iżjed baxxa jkun validu għall-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni. Sabiex jiġi vverifikat l-impatt ta’ din il-varjazzjoni jekk tiġi applikata għall-produzzjoni kollha tal-Unjoni, saret kontraverifika fuq il-baż ta’ preżunzjoni ta’ tnaqqis ta’ 20 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Qed jiġi osservat li d-differenza bejn il-volum tal-produzzjoni tal-kampjun determinat fl-investigazzjoni u dik oriġinarjament indikata baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat b’varjazzjonijiet żgħar biss. Għaldaqstant instab li t-tendenzi ġenerali fil-fatturi tal-ħsara rilevanti għal dan l-eżerċiżżju (sehem tas-suq, produttività eċċ.) m’għandhomx jiġu affetwati.

(227)

Il-produzzjoni naqset b’6 % fil-perjodu kkunsidrat, u dan jirrifletti t-tnaqqis fil-konsum taż-żraben tal-ġilda osservat għall-istess perjodu.

(228)

Xi partijiet interessati li jirrappreżentaw l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut allegaw, iżda mingħajr ma provdew provi, li t-tnaqqis fil-produzzjoni fl-Unjoni għandu jitqies bħala indikazzjoni pożittiva minflok sinjal li l-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab il-ħsara fil-perjodu kkonċernat. Skont dawn il-partijiet, it-tnaqqis fil-produzzjoni kien konsegwenza ta’ proċess konxju ta’ organizzazzjoni fl-industrija tal-Unjoni fejn is-settur ta’ livell baxx ġie abbandunat favur is-settur ta’ livell medju u għoli li fih l-industrija tal-Unjoni kienet dejjem kompetittiva.

(229)

F’dan ir-rigward għandu madankollu jiġi osservat u kif ġie determinat diġà fl-investigazzjoni oriġinali, ħafna produtturi tal-Unjoni għebu għax ma kinux kapaċi jikkompetu mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping - mhux neċessarjament minħabba nuqqas inerenti jew strutturali ta’ kompetittività. Għaldaqstant l-allegazzjoni li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni għandu jitqies bħala indikazzjoni pożittiva qed tiġi miċħuda.

(230)

Parti interessata qalet li l-fatt li l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli juri li l-ebda ħsara ma seħħet.

(231)

Kif kien diġà ġie konkluż fl-investigazzjoni oriġinali, il-kapaċità attwali f’dan is-settur tiddependi ħafna fuq in-numru ta’ ħaddiema disponibbli iżjed milli fuq il-kapaċità teknika tal-magni fil-linja tal-produzzjoni. Għal dan ir-raġuni, il-kapaċità titkejjel l-aħjar permezz tal-evalwazzjoni tal-livell tal-impjieg kif dettaljat hawn taħt fl-Artikolu 2.3. Fi kwalunkwe każ kuntrarju għall-allegazzjoni magħmula mill-partijiet, l-investigazzjoni wriet li l-użu tal-kapaċità ġiet evalwata mill-aspett tal-kapaċità teknika, imnaqqsa minn 71 % għal 66 % fil-perjodu kkunsidrat u l-argument li r-rata tal-użu stabbli tkun sinjal ta’ l-ebda ħsara, għaldaqstant ma jistax jiġi aċċettat.

2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem tas-suq

Tabella 10

Volum tal-bejgħ u sehem tas-suq

 

2006

2007

RIP

Bejgħ (000 pari)

302 784

298 116

279 865

Indiċi: 2006=100

100

98

92

Ishma tas-suq

41,8  %

43,2  %

41,5  %

Indiċi: 2006=100

100

103

99

(232)

Il-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni naqas f’termini assoluti bi 8 % fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba l-fatt li l-istess perjodu esperjenza tnaqqis fil-konsum ta’ 7 %, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha żżomm is-sehem tas-suq tagħha f’rata stabbli, Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali li rat tnaqqis fil-bejgħ ta’ 33 %, hu ċar ukoll li t-tnaqqis drastiku fil-bejgħ u fl-ishma tas-suq twaqqaf wara l-impożizzjoni tal-miżuri.

(233)

Parti interessata qalet li ma kienet teżisti l-ebda ħsara minn meta l-industrija tal-Unjoni kienet żiedet is-sehem tas-suq tagħha fil-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni madankollu żvelat li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni għadda minn bidliet żgħar ħafna fil-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, kif provdut f’iżjed dettall hawn fuq fit-taqsima E.2 kien mistenni li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni u l-bidla fil-mudell tan-negozju kien jippermetti li l-kumpaniji li jifdal jibqgħu jżidu materjalment il-preżenza tagħhom fis-suq. Il-fatt li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni baqa’ l-istess jindika li l-pressjoni kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tibqa’ sors ta’ tħassib.

(234)

Xi partijiet interessati allegaw li l-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx żiedet is-sehem tas-suq tagħha mill-introduzzjoni tad-dazju, wera li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi li tibbenefika mid-dazji u li l-prodotti impurtati fi kwalunkwe każ ma kinux sostitwibbli mal-prodott immanifatturat fl-Unjoni.

(235)

Għal darb’oħra għandu jiġi osservat li s-sehem tas-suq hu biss wieħed mill-indikaturi eżaminati u li kif spjegat f’iżjed dettall hawn taħt fatturi oħra, l-investigazzjoni wriet li hemm kompetizzjoni konsiderevoli bejn il-prodotti manifatturati fl-Unjoni u l-prodott impurtati mill-pajjiżi kkonċernati. Filwaqt li hu minnu li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux kapaċi li jżidu konsiderevolment is-sehem tas-suq tagħhom, it-tnaqqis enormi fil-bejgħ esperjenzat fl-investigazzjoni oriġinali twaqqaf u l-miżuri ppermettew lill-produtturi tal-Unjoni jistabbilizzaw il-bejgħ u s-sehem tas-suq. Aktar żidiet fis-sehem tas-suq jidher li twaqqfu bil-pressjoni fuq il-prezzijiet iġġenerata materjalment bl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kif jidher fil-premessi (261) - (262).

(236)

Partijiet interessati oħra qalu li l-industrija tal-Unjoni esperjenzat titjib konsiderevoli fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni u li m’għadx hemm periklu ta’ ħsara.

(237)

Kif muri fit-tabella t’hawn taħt, kuntrarju għal din l-allegazzjoni, l-investigazzjoni madankollu żvelat li l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat uriet tnaqqis ħafif minflok żieda.

(238)

Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li l-esportazzjonijiet jgħoddu għal 25 % biss tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Il-prestazzjoni fl-Unjoni hi għaldaqstant bla dubju xorta waħda l-iżjed fattur importanti għad-determinazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wrietx li żieda fl-attività tal-esportazzjoni twassal għal tnaqqis fil-bejgħ fl-Unjoni.

(239)

Meta wieħed iqis dan kollu, l-argument li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni mtejba kienet telimina l-ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi aċċettat.

Tabella 11

Esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni

 

2006

2007

RIP

Esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni (000, pari)

91 395

89 845

89 739

Indiċi: 2006=100

100

98

98

Sors: Comext.

2.3.   Impjieg

Tabella 12

Impjieg

 

2006

2007

RIP

Impjieg totali (f’000)

267

264

262

Indiċi: 2006=100

100

99

98

(240)

Il-produtturi tal-Unjoni kienu jħaddmu madwar 260 000 persuna direttament involuti fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-RIP.

(241)

Parti interessata allegat li l-fatt li l-livelli tal-impjieg fl-industrija tal-Unjoni kienu baqgħu stabbli jindikaw li m’għadhiex tiġi sostnuta ħsara.

(242)

F’dan il-kuntest, qed jiġi mfakkar li l-valutazzjoni tal-ħsara għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-indikaturi rilevanti kollha u mhux biss fuq fattur wieħed iżolat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni aċċertat li l-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqqas ftit (-2.0 %). Il-fatt li parti kbira tal-industrija tal-Unjoni mxiet lejn sistema ta’ produzzjoni fi grupp aktarx li kien strumentali biex jippermetti li l-livelli tal-impjieg ma jkomplux jonqsu u li jinżammu l-kompetenzi importanti fil-kumpaniji li jipproduċu.

(243)

Parti interessata oħra indikat li n-nuqqas ta’ xogħol disponibbli fl-Unjoni, iżjed milli l-kompetizzjoni minn importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, kien wieħed mir-raġunijiet ewlenin tal-problemi affaċċjati mill-industrija tal-Unjoni.

(244)

Meta wieħed iqis madankollu li ma ġiet provduta l-ebda prova li tappoġġja din l-allegazzjoni u peress li s-sejbiet tal-investigazzjoni ma kinux jissuġġerixxu li d-disponibbiltà tal-ħaddiema għandha tkun problema konsiderevoli għall-produtturi tal-Unjoni, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat.

2.4.   Produttività

Tabella 13

Produttività

 

2006

2007

RIP

Produttività

1 461

1 453

1 391

Indiċi: 2006=100

100

99

95

(245)

F’din ir-reviżjoni, il-produttività medja fil-perjodu kkunsidrat ġiet valutata fuq il-bażi tal-impjieg totali, inklużi l-ħaddiema kollha tal-faċilitajiet tal-produzzjoni f’sistema fi grupp. Il-produttività naqqset moderatament matul dan il-perjodu. Kif imsemmi taħt it-taqsima E.2. il-produttività hi konnessa mal-istruttura ġenerali u t-tipi tax-xedd tas-saqajn prodotti fil-kumpaniji u tista’ tvarja ħafna minn pajjiż għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Għaldaqstant, it-tnaqqis ma jistax jitqies li hu konsiderevoli.

2.5.   Tkabbir

(246)

Bejn l-2006 u l-RIP, is-sehem tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli iżda meta wieħed iqis il-fatt li l-konsum naqas, il-produtturi tal-Unjoni xorta tilfu l-bejgħ f’termini assoluti.

2.6.   Kobor tal-marġini tad-dumping

(247)

Fir-rigward tal-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-kobor tal-marġini attwali tad-dumping, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

2.7.   Irkupru mill-effetti tad-dumping jew is-sussidju tal-passat

(248)

Miżuri anti-dumping kontra importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ u l-Vjetnam ġew imposti f’Ottubru tal-2006. F’dan il-perjodu, ġie osservat biss irkupru parzjali tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kif provdut f’iżjed dettaljat hawn taħt.

3.   INDIKATURI MIKROEKONOMIĊI

3.1.   Stokks

Tabella 14

Stokks

 

2006

2007

RIP

(000 pari)

163

120

198

Indiċi: 2006=100

100

73

121

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(249)

L-istokks baqgħu negliġibbli f’madwar 2 % tal-produzzjoni. Qed jiġi mfakkar li l-importanza ta’ dan l-indikatur m’għandhiex tiġi stmata ogħla għax il-produzzjoni għal dan it-tip ta’ prodott issir fuq ordni u l-istokk f’punt taż-żmien determinat ikun ir-riżultat tal-oġġetti mibjugħa li iżda għadhom ma ġewx kunsinnati.

3.2.   Prezzijiet tal-bejgħ

Tabella 15

Prezz tal-bejgħ

 

2006

2007

RIP

EUR/par

26,6

29,5

34,6

Indiċi: 2006=100

100

111

130

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(250)

Il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 30 % matul il-perjodu. Din iż-żieda hi r-riżultat ta’ żewġ fatturi ewlenin. Min-naħa l-waħda, ir-riżultat tal-iżviluppi fil-mudell tan-negozju msemmija; min-naħa l-oħra, iż-żieda fl-ispejjeż attribwibbli l-iżjed għall-materja prima.

3.3.   Fluss tal-likwidità, profittabilità u ritorn fuq l-investimenti

Tabella 16

Fluss tal-likwidità - profittabilità - R.O.I

 

2006

2007

RIP

Fluss tal-likwidità ((000 EUR)

7 720

13 101

13 337

Indiċi: 2006=100

100

170

173

% Profitt fuq dħul nett

1,3  %

3,4  %

3,0  %

Indiċi: 2006=100

100

261

231

Ritorn fuq l-investimenti

9,5  %

22,8  %

20,5  %

Indiċi: 2006=100

100

240

217

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(251)

Il-livelli tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni tjiebu fil-perjodu kkonċernat minn 1.3 % fl-2006 għal 3 % fl-RIP. It-titjib fil-qligħ influwenza l-evoluzzjoni tal-likwidità u r-redditu mill-investimenti. Dan madankollu, għandu jitqies fil-dawl tad-deterjorament konsiderevoli u l-livelli baxxi tal-investiment fl-investigazzjoni oriġinali.

(252)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-profitti tal-industrija tal-Unjoni kienu tjiebu b’mod notevoli u li dan il-profitt fil-fatt kien sostanzjalment ogħla mill-profitt mira ta’ 6 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant kien allegat li ma kienx għad hemm ħsara, irrispettivament mill-istat tal-indikaturi tal-ħsara l-oħra.

(253)

F’dan il-kuntest għandu jiġi osservat li filwaqt li huwa veru li l-livelli tal-profitabilità tjiebu, l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tilħaq il-profitt mira ta’ 6 % kif determinat fl-investigazzjoni oriġinali. Kienet mistennija żieda akbar fil-livelli tal-profitt, l-iżjed meta wieħed iqis l-isforz magħmul minn parti kbira tal-industrija biex tidħol f’mudelli tan-negozju ġodda. Dan juri li l-industrija għadha f’sitwazzjoni fraġli mill-aspett tal-profittabilità. L-argument li l-livelli tal-profitt ikunu tali li jindikaw li l-industrija tal-Unjoni m’għadhiex tbati minn ħsara, għaldaqstant għandu jiġi miċħud.

3.4.   Abbiltà għall-ġenerazzjoni tal-kapital

(254)

L-investigazzjoni wriet li l-SMEs, li essenzjalment jikkostitwixxu s-settur kollu, mhumiex f’pożizzjoni, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja batuta tagħhom, li jipprovdu garanziji tal-banek suffiċjenti u għaldaqstant isibu diffikultajiet li jiġġeneraw kapital ġdid.

3.5.   Investimenti

Tabella 17

Investiment

 

2006

2007

RIP

(000 EUR)

9 019

13 777

20 979

Indiċi: 2006=100

100

153

233

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(255)

Filwaqt li l-investimenti esperjenzaw żieda fil-perjodu kkunsidrat, f’termini assoluti kienu għadhom jirrappreżentaw biss 6 % tad-dħul fl-RIP. Barra minn hekk, din iż-żieda hi influwenzata minn investimenti eċċezzjonali magħmula fil-bini minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Inkella, il-livell tal-investiment ikun stabbli matul il-perjodu ta’ referenza u f’livell baxx. Għal darb’oħra, dan għandu jitqies fid-dawl tad-deterjorament konsiderevoli u l-livelli baxxi ta’ investiment fl-investigazzjoni oriġinali.

3.6.   Pagi

Tabella 18

Pagi

 

2006

2007

RIP

Salarji u pagi (000 EUR)

21 305

23 186

23 855

Indiċi: 2006=100

100

109

112

Medja ta’ salarji u pagi għal kull persuna (EUR)

21 826

21 418

21 897

Indiċi: 2006=100

100

98

100

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(256)

Il-pagi medji baqgħu l-istess matul il-perjodu kkunsidrat, u dan jindika li s-salarji attwali qed jonqsu u mhumiex isegwu l-iżvilupp normali tas-salarji. Dan ikompli juri iżjed il-livell tal-pressjoni mpoġġija fuq il-produtturi tal-Unjoni.

4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA

(257)

Kif jidher hawn fuq, mhux il-fatturi kollha mniżżla fir-Regolament bażiku nstabu li għandhom effett dirett fuq l-istat tal-industrija tax-xedd tas-saqajn tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-ħsara. B’mod partikolari, meta wieħed iqis li l-produzzjoni sseħħ skont l-ordni, l-istokks normalment jew ma jinżammux jew ikunu jikkonsistu biss f’ordnijiet kompluti li għadhom ma ġewx ikkunsinnati/fatturati u għaldaqstant instabu li għandhom sinifikat żgħir ħafna fl-analiżi tal-ħsara. B’mod simili, peress li s-settur jibqa’ jkun intensiv fix-xogħol, il-kapaċità tal-produzzjoni mhijiex limitata teknikament u tiddependi l-iżjed fuq in-numru ta’ ħaddiema mħaddma mill-produtturi.

(258)

L-analiżi tal-indikaturi makro b’effett iżjed dirett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni turi li l-produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll il-volum tal-bejgħ naqas għal bejn wieħed u ieħor l-istess rata daqs il-konsum tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ, is-sehem tas-suq u l-impjieg tal-produtturi tal-Unjoni għaldaqstant baqgħu stabbli. Il-produttività esperjenzat tnaqqis iżda dan kien biss moderat. In ġenerali, waqt li kien mistenni li ċ-ċaqliq għal mudell tan-negozju ġdid kien se jkun kapaċi li jżid il-bejgħ u l-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li jifdal, hu ċar ikoll li t-tnaqqis drastiku ekonomiku li kienet qed issofri l-industrija qabel l-impożizzjoni tal-miżura twaqqaf minn meta ġew imposti l-miżuri. Dan ippermetta wkoll li parti kbira tal-industrija tal-Unjoni tibdel il-mudell tan-negozju permezz tal-organizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni permezz tal-iżvilupp ta’ gruppi speċjalizzati, billi jkun hemm ċaqliq ‘il fuq fis-settur tal-prodotti kif ukoll permezz tal-bidla fl-attenzjoni minn distribuzzjoni bl-ingrossa għal provvista diretta bl-imnut.

(259)

L-analiżi tal-indikaturi mikro rilevanti tappoġġja wkoll l-irkupru parzjali tal-industrija tal-Unjoni li turi żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, investiment fil-fluss tal-likwidità, u profitt. Madankollu, l-industrija għadha ma kinitx kapaċi tirkupra għal livelli ta’ profitt u investiment normali u għad għandha problemi fil-ġenerazzjoni tal-kapital u fl-iżvilupp tas-salarji li juru li s-sitwazzjoni għadha fraġli u li l-ħsara għadha ma tneħħitx għal kollox.

(260)

In ġenerali, l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni għadha ssofri ħsara materjali.

5.   IMPATT TAL-IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI U IMPATT TA’ FATTURI OĦRA

5.1.   Impatt tal-importazzjonijiet ta’ prodotti oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(261)

Filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet ikkombinati mill-pajjiżi kkonċernati esperjenzaw tnaqqis fil-perjodu kkunsidrat, il-volumi fl-RIP għadhom ferm iżjed minn dawk fl-investigazzjoni oriġinali. Fil-każ taċ-Ċina, il-livelli huma kważi darbtejn daqs dawk fl-OIP u filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni tal-Vjetnam naqsu fl-istess perjodu, il-preżenza tagħhom fis-suq għadha konsiderevoli b’sehem tas-suq ta’ madwar 10 %.

(262)

Analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fil-perjodu kkunsidrat, turi li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu stabbli fil-perjodu kkunsidrat waqt li l-prezzijiet Vjetnamiżi naqsu. Meta mqabbla mal-prezzijiet fl-OIP, il-prezzijiet Ċiniżi żdiedu b’madwar 20 % iżda l-prezzijiet Vjetnamiżi huma viċin dawk li hemm fl-OIP. Minkejja d-differenzi fit-taħlita tal-prodotti u l-livell ta’ kunsiderazzjonijiet tal-kummerċ, hu ċar li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ta’ 8.6 EUR għar-RPĊ u 9.51 EUR mill-Vjetnam jibqgħu jikkawżaw tħassib ewlieni lill-produtturi tal-Unjoni li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħhom huma ferm iżjed minn 30 EUR. Dan isir iżjed evidenti meta wieħed jikkunsidra l-livelli tat-tnaqqis fil-prezzijiet li esperjenzaw tnaqqis drastiku meta mqabbla mal-OIP. Għaċ-Ċina, il-livelli tat-tnaqqis tal-prezzijiet żdiedu minn 13.5 % għal 31.9 % f’dan il-perjodu u għall-Vjetnam iż-żieda ekwivalenti hi minn 15.9 % għal 38.9 %.

5.2.   Konklużjoni dwar l-impatt tal-importazzjonijiet fuq prodotti oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

(263)

Fuq il-bażi t’hawn fuq, għandu jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kemm f’termini ta’ volum u ta’ prezzijiet, jibqa’ jkollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

5.3.   Impatt ta’ fatturi oħra

(264)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa jekk xi fatturi oħra magħrufa apparti l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping setgħux kellhom effett fuq il-ħsara kontinwata mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi ma kinitx attribwibbli għall-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

5.3.1.   Nuqqas ta’ kompetizzjoni bejn żraben prodotti fl-Unjoni u dawk importati mill-pajjiżi kkonċernati

(265)

Xi partijiet interessati insistew li m’hemm l-ebda konnessjoni bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, intqal li ma kienx hemm sostituzzjoni bejn il-prodott simili prodott fl-Unjoni u l-prodott ikkonċernat. Skont dawn il-partijiet, m’hemmx kompetizzjoni bejn żraben tal-ġilda prodotti fl-Unjoni u dawk impurtati miċ-Ċina u l-Vjetnam għax dik ta’ qabel għandha t-tendenza li topera fis-settur tas-suq ta’ livell medju sa livell għoli filwaqt li dawk tal-aħħar huma destinati għas-settur ta’ livell medju sa livell baxx. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi terġa’ tikseb is-sehem tas-suq wara l-impożizzjoni tal-miżuri nġieb bħala prova f’dan ir-rigward. It-titjib ġenerali fir-rigward tal-indikaturi tal-ħsara l-oħra huwa minflok il-konsegwenza tal-bidla fil-mudell tan-negozju mill-industrija tal-Unjoni fejn it-tnaqqis tal-produzzjoni u l-bidla lejn produzzjoni b’valur ogħla żiedu l-produzzjoni biex b’hekk tnaqqset il-ħsara li kienet iġġarrbet qabel għal parti mill-industrija tal-Unjoni. Id-difikultajiet esperjenzati mill-grupp l-ieħor tal-produtturi tal-Unjoni tqiesu li ġew ikkawżati min-nuqqas li jadattaw iżjed milli minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(266)

L-investigazzjoni wriet li għalkemm parti mill-industrija tal-Unjoni kienet miexja ‘l fuq fis-suq, xorta għadha tokkupa xi partijiet mis-settur baxx u partijiet kbar mis-settur medju. Meta wieħed iħares lejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping,, dawn ikopru mhux biss is-settur ta’ livell baxx, iżda wkoll is-settur ta’ livell medju - u f’xi każijiet, anke s-settur ta’ livell ogħla. Fi kliem ieħor hemm kompetizzjoni sostanzjali bejn iż-żraben tal-ġilda prodotti fl-Unjoni u dawk importati mill-pajjiżi kkonċernati.

(267)

Kien hemm ukoll allegazzjonijiet li ma kienx hemm kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi kkonċernati għax il-produtturi tal-Unjoni huma kkonċentrati fuq prodotti niche u li ma jipprovdux firxa sħiħa ta’ żraben speċjalizzati bħal żraben tal-ħajkijiet, tal-brilli u ortopoediċi. F’dan il-kuntest, għandu madankollu jiġi osservat li dawn iż-żraben speċjalizzati jiffurmaw biss parti żgħira tal-prodott ikkonċernat u għaldaqstant l-impatt ma jistax ikun konsiderevoli. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni wriet li kuntrarju għal din l-allegazzjoni, dawn iż-żraben speċjalizzati huma prodotti fl-Unjoni avolja fi kwantitajiet limitati u dawn jinsabu f’kompetizzjoni diretta maż-żraben speċjalizzati importati. Barra minn hekk u kif provdut f’iżjed dettall hawn fuq, issa hemm żieda fil-kompetizzjoni bejn ħafna minn dawn iż-żraben speċjalizzati u ż-“żarbun kannella” klassiku li hu tradizzjonalment prodott mill-industrija tal-Unjoni.

(268)

Fir-rigward tat-tqabbil tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati skont l-età u s-sess, l-investigazzjoni wriet li hemm produzzjoni sostanzjali fl-Unjoni taż-żraben tal-irġiel, tan-nisa u tat-tfal. L-attenzjoni tkun fuq iż-żraben tan-nisa li jammontaw għal madwar 55 % tal-produzzjoni waqt li ż-żraben tal-irġiel u tat-tfal jammontaw għal 35 % u 10 % rispettivament. Meta wieħed iħares lejn it-tqassim fl-età u s-sess għal żraben impurtati mill-pajjiżi kkonċernati, iċ-ċifri jkunu differenti b’iżjed attenzjoni b’mod partikolari fuq żraben tat-tfal f’madwar 25 %. Minkejja dawn il-varjazzjonijiet, hu ċar li t-tliet kategoriji kollha jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet konsiderevoli mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-esportaturi.

5.3.2.   Nuqqas ta’ effiċjenza tal-produtturi tal-Unjoni, nuqqasijiet strutturali u impatt tal-globalizzazzjoni

(269)

Parti waħda, li tirrappreżenta l-interessi tal-Konsumatur, qalet li l-allegat dumping ma kellux impatt fuq is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Unjoni. Iżjed milli l-kummerċ mhux ġust, kienu t-tendenza tal-globalizzazzjoni u l-bidla għal produzzjoni lejn pajjiżi b’inqas spejjeż li wasslu għal telfien fl-impjieg u l-għeluq tal-fabbriki fl-Unjoni.

(270)

Diversi partijiet interessati oħra indikaw li l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tibbenifika mill-miżuri u l-effett tal-bidla fil-mudell tan-negozju fost il-produtturi tal-Unjoni huma provi favur l-allegazzjoni li m’hemmx konnessjoni bejn l-importazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(271)

Skont dawn l-allegazzjonijiet, l-industrija tal-Unjoni hi strutturalment inkapaċi li tikkompeti fis-suq tal-produzzjoni tal-massa l-iżjed minħabba n-nuqqas tal-ħaddiema meħtieġa u l-ispejjeż tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, parti konsiderevoli tal-industrija tal-Unjoni ċċaqalqet għal mudell tan-negozju ġdid u investiet fl-innovazzjoni tal-prodott u t-titjib sabiex l-attenzjoni tiġi devjata mis-settur tal-prodotti ta’ livell medju sa baxx għas-settur tal-prodotti ta’ livell medju sa għoli u tal-prodotti lussużi. Dawn il-kumpaniji li ffokaw fuq prodotti niche b’valur ogħla miżjud qegħdin juru wkoll livell għoli ta’ prestazzjoni. Għall-kuntrarju, dawk il-kumpaniji li naqsu milli jirreaġixxu għall-globalizzazzjoni qed ikomplu juru riżultati batuti. Skont din l-argumentazzjoni, is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni għandha għaldaqstant titqies li hi konsegwenza tal-istrateġija tan-negozju tagħhom u mhix marbuta mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(272)

Kif muri hawn fuq fit-taqsima E.2 u G.4 l-investigazzjoni fil-fatt żvelat stampa eteroġenja tal-industrija tal-Unjoni. Partijiet mill-industrija qed jipproduċu xedd tas-saqajn mhux tad-ditta fis-settur tal-prodotti ta’ livell medju sa baxx u qed ibiegħu permezz ta’ bejjiegħa bl-ingrossa minflok direttament bl-imnut. Iżda dan ma jfissirx li dawn il-kumpaniji huma bilfors ineffiċjenti. Li joħroġ ċar mill-investigazzjoni hu li, irrispettivament mill-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, is-sitwazzjoni diffiċli tagħhom qed tiġi materjalment ikkawżata minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. B’konsegwenza ta’ dan, jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ħafna u l-istat tagħhom mar lura ħafna matul il-perjodu kkunsidrat. Ħafna minn dawn il-kumpaniji qed jagħmlu sforzi sabiex jerġgħu jmorru għas-settur ta’ livell medju sa għoli u biex jibdlu l-kanali tad-distribuzzjoni iżda l-pressjoni fil-preżent ikkawżata minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jagħmlu dan l-iżvilupp diffiċli ħafna.

(273)

Minkejja t-titjib notevoli tagħhom u l-adattament tal-mudell tan-negozju, dawk il-kumpaniji li rridefinixxew il-mudell tan-negozju ma jilħqux il-profitti mira ta’ 6 % kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dan juri li anke dan il-grupp hu affetwat mill-pressjoni ġenerali l’isfel eżerċitata fis-setturi kollha b’konsegwenza tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant hu probabbli li dan il-grupp kien ikun kapaċi jirkupra b’mod sħiħ kieku ma kienx għall-pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet ikkawżata b’importazzjonijiet kontinwi (u anke miżjuda) ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda li huwa oġġett ta’ dumping.

(274)

Il-fatt li anke l-kumpaniji li mxew għal mudell tan-negozju ġdid għadhom jiġu affetwati mid-dumping ta’ ħsara minkejja li huma verament effiċjenti f’termini ta’ ġbir ta’ riżorsi u speċjalizzazzjoni, jissuġġerixxi li n-nuqqas ta’ effiċjenza u problemi strutturali fl-industrija mhix qed tkisser il-konnessjoni bejn id-dumping u l-ħsara sostnuta.

5.3.3.   Impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(275)

Diversi partijiet interessati indikaw li l-industrija tax-xedd tas-saqajn li qed tikber f’pajjiżi terzi oħra żiedet b’mod drammatiku l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. F’dan ir-rigward, intqal li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kellhom impatt konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u jkollhom l-istess importanza fl-analiżi tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza probabbli tal-ħsara jekk ma jitkomplewx il-miżuri. Skont dawn il-partijiet, it-terminazzjoni tal-miżuri tista’ taffetwa l-bilanċ tal-importazzjonijiet bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra peress li jkun hemm sostituzzjoni bejn dawn is-sorsi. It-terminazzjoni tal-miżuri għaldaqstant ma jkollha l-ebda effett fuq l-industrija tal-Unjoni.

(276)

F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bi prezzijiet baxxi bħall-Indja u l-Indoneżja huma kbar u qed jiżdiedu. Is-settur tax-xedd tas-saqajn hu fil-biċċa kbira organizzat fi gruppi internazzjonali li għandhom bażijiet tal-produzzjoni differenti f’pajjiżi differenti. Dan jippermetti għal ċertu livell ta’ flessibbiltà għaċ-ċaqliq tal-produzzjoni ladarba l-bażi tal-produzzjoni tiġi stabbilita f’pajjiżi oħra. L-investigazzjoni wriet li ċ-ċaqliq lejn pajjiż ġdid jista’ jsir fi żmien sena sa sentejn.

(277)

F’termini tas-sehem tas-suq, l-ishma mitlufa miċ-Ċina u l-Vjetnam setgħu ttieħdu minn pajjiżi oħra tal-esportazzjoni - b’mod partikolari mill-Indja u l-Indoneżja. Madankollu, l-effett tal-prezzijiet tagħhom mhuwiex komparabbli mal-effett tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Vjetnam. Meta ma jiġux ikkunsidrati d-differenzi fit-taħlita tal-prodott, id-differenza fil-prezz hi partikolarment viżibbli fil-każ tal-Indja, fejn il-prezz medju tal-esportazzjoni hu 25.8 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni taż-żraben importati mill-Vjetnam u 40.3 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni taż-żraben importati miċ-Ċina. Għaldaqstant l-effett tagħhom fl-industrija tal-Unjoni hu konsiderevolment inqas ċar. Il-prezz medju tal-esportazzjoni taż-żraben importati mill-Indoneżja hu 13.2 % ogħla mill-prezz medju taż-żraben importati miċ-Ċina u komparabbli mal-prezz medju tal-esportazzjoni taż-żraben importati mill-Vjetnam. Minkejja dan, il-volumi tal-importazzjonijiet Indoneżjani jibqgħu jfissru li l-impatt relattiv tagħhom ikun limitat. Meta wieħed iqis dan, il-volumi relattivi u l-prezzijiet ogħla tal-importazzjonijiet minn pajjiżi Asjatiċi oħra ma jwasslux għall-konklużjoni li l-effett tagħhom ikun suffiċjenti sabiex tinkiser il-konnessjoni bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-volumi kbar ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-Vjetnam.

5.3.4.   Impatt tal-bidliet fil-konsum u l-preferenza tal-konsumatur u l-impatt tal-bidliet fl-istruttura tas-settur tal-bejgħ fl-imnut fl-Unjoni.

(278)

Ġie allegat ukoll li l-prestazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni m’għandhiex tkun konnessa mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati iżda iżjed mat-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. Dan it-tnaqqis fil-konsum ikun allegatament konness ma’ tendenzi fil-moda li mxew minn xedd tas-saqajn formali għal xedd tas-saqajn iżjed informali. Għaldaqstant, il-konsumatur bidel il-preferenza tiegħu favur is-settur tal-prezzijiet baxxi tipikament rappreżentat minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(279)

F’dan il-kuntest l-investigazzjoni wriet li kien hemm tnaqqis fil-konsum tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, kieku ż-żraben tal-ġilda u l-materjali l-oħra kienu sostitwibbli, dan it-tnaqqis kien ikun ikbar. It-tnaqqis fil-konsum u l-bidliet fil-preferenzi tal-konsumatur għaldaqstant ma jidhrux li waħedhom huma fattur li jikser il-konnessjoni kawżali.

(280)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-bejgħ bl-imnut taż-żraben iddiversifika minn ħanut taż-żraben tradizzjonali għal numru ta’ stabbilimenti ġodda inklużi department stores, ħwienet tal-ħwejjeġ ġenerali kif ukoll supermarkits/ipermarkits, li jammontaw għal ammont verament konsiderevoli tal-bejgħ, li possibilment jaqbeż l-40 %.

(281)

Ġie argumentat ukoll li dan ix-xenarju verament kompetittiv jeżerċita pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet u li dan l-effett kellu impatt akbar fuq l-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Filwaqt li l-pressjoni mis-settur tal-bejgħ bl-imnut fiha nnifisha ma tistax titħalla barra bħala fattur li seta’ kellu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni, wieħed għandu madankollu jżomm f’moħħu li anke din l-istruttura hi dipendenti fuq is-sejbien ta’ fornituri li jistgħu jipprovdu fi prezzijiet hekk baxxi. Il-volumi kbar ta’ prodotti li huma oġġett ta’ dumping kienu ċertament fattur ewlieni fl-iżvilupp u ż-żamma ta’ din il-pressjoni fuq il-prezzijiet. Barra minn hekk, il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom iżidu l-prezzijiet jindika wkoll li l-impatt tal-bidliet fl-istruttura tal-bejgħ bl-imnut mhuwiex tali li jikser il-konnessjoni bejn il-ħsara u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

5.3.5.   Impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

(282)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni konnessa mas-saħħa tal-EURO kontra l-USD tqajmet ukoll bħala kawża ta’ ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u li għaldaqstant kellu jiġi distint mill-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(283)

Madankollu, it-tqabbil tal-prezzijiet domestiċi ġenerali mal-esportazzjonijiet ġenerali jissuġġerixxi li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’madwar 12 % fil-perjodu kkunsidrat u li dawn il-prezzijiet, matul l-RIP, kienu madwar 20 % ogħla mill-prezzijiet domestiċi. Il-volumi tal-esportazzjoni baqgħu stabbli u jassorbixxu ca. 25 % tal-produzzjoni. Meta wieħed iqis li l-investigazzjoni wriet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni rat biss tnaqqis żgħir, l-argument li dik il-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet il-kawża tal-ħsara fil-Unjoni ma tistax tiġi sostnuta.

5.4.   Konklużjoni dwar l-impatt ta’ fatturi oħra

(284)

Kif muri hawn fuq, diversi partijiet interessati qalu li fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kienu l-kawża ewlenija tal-ħsara fl-industrija tal-Unjoni.

(285)

Il-fatturi rilevanti l-oħra ġew identifikati u analizzati bir-reqqa. Madankollu, l-fatti tal-każ juru li l-ebda mill-fatturi l-oħra magħrufa m’huma kapaċi, waħedhom jew flimkien, li jiksru l-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

H.   PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

1.   IMPATT TAL-VOLUM MAĦSUB U L-EFFETTI TAL-PREZZIJIET F’KAŻ TA’ TĦASSIR TA’ MIŻURI FUQ L-ISTAT TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(286)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li bħalissa qed jiġu riveduti ġew valutati sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ ħsara.

(287)

Fir-rigward tal-effett probabbli fuq l-industrija tal-Unjoni tal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ, il-fatturi li ġejjin ġew ikkunsidrati skont l-elementi mqassra hawn fuq fir-rigward tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping.

1.1.   Ir-RPĊ

(288)

Kif ġie konkluż hawn fuq fil-premessa (261)-(262), l-importazzjonijiet ta’ volumi kbar ta’ prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ komplew għaddejjin waqt l-RIP.

(289)

Analiżi tal-kapaċitajiet u l-iżvilupp tas-suq domestiku fir-RPĊ żvelaw ukoll li dan il-volum diġà għoli ta’ esportazzjonijiet għandu jkompli jekk jiġu terminati l-miżuri. Anke f’każ li l-importazzjonijiet, kif allegat, jonqsu b’massimu ta’ 30 % b’konsegwenza tat-tnaqqis fir-ritmu tas-suq, il-volumi xorta jibqgħu kbar ħafna.

(290)

Ġie konkluż ukoll li, minħabba l-livell tal-prezz ogħla, meta mqabbel mas-suq domestiku Ċiniż kif ukoll ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi, l-Unjoni tibqa’ tkun suq attraenti għal esportazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Filwaqt li ċertu żieda fil-prezz tal-esportazzjoni ma tistax ma tiġix ikkunsidrata, ġie madankollu konkluż li dawn l-esportazzjonijiet se jkomplu jkunu oġġett ta’ dumping.

(291)

Il-livelli konsiderevoli ta’ dumping u tnaqqis fil-prezzijiet osservati jindikaw li l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni msemmija hawn fuq isiru fi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping li jkunu konsiderevolment taħt il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni.

(292)

L-effett kombinat ta’ dawn il-volumi u l-prezzijiet ikun għaldaqstant kapaċi li jwassal għal deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li hi diġà prekarja.

1.2.   Il-Vjetnam

(293)

Anke fil-każ tal-Vjetnam, il-kontinwazzjoni tad-dumping f’volumi kbar ġiet stabbilita fl-RIP.

(294)

Ġie konkluż ukoll li l-Unjoni tibqa tkun l-iżjed suq importanti għall-esportaturi Vjetnamiżi u li dan aktarx li se jibqa’ l-każ jekk il-miżuri ma jitkomplewx.

(295)

Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet żejda konsiderevoli u meta wieħed iqis il-livell tal-prezzijiet fil-Unjoni meta mqabbla ma’ dawk fil-prezz domestiku Vjetnamiż kif ukoll ma’ swieq oħra tal-esportazzjoni, hu probabbli li l-importazzjonijiet ta’ prodotti oġġett ta’ dumping se jkomplu jiżdiedu jekk il-miżuri jfallu. Kif inhu l-każ għaċ-Ċina, anke f’każ li l-importazzjonijiet, kif ġie allegat, jonqsu minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-volumi tal-importazzjoni xorta jkunu konsiderevoli ħafna.

(296)

Bħal fil-każ tar-RPĊ, il-livell konsiderevoli ta’ dumping u tnaqqis fil-prezzijiet osservat jindika li l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni msemmija hawn fuq isiru bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping u li jkunu konsiderevolment taħt il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni. B’mod simili, l-effett ikkombinat ta’ dawn il-volumi u prezzijiet ikun tali li jwassal għal deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni diġà prekarja tal-prodotturi tal-Unjoni.

2.   ARGUMENTI MQAJMA MILL-PARTIJIET

(297)

Numru ta’ partijiet interessati ressqu allegazzjonijiet li fatturi oħra minbarra importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jqajmu dubbji fuq l-effett probabbli tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-futur.

(298)

Il-fatturi mressqa huma fil-biċċa l-kbira tagħhom diġà msemmija fit-taqsima G.5 dwar il-ħsara u għaldaqstant ma jkollhomx għalfejn jiġu rrepetuti f’din it-taqsima. Uħud mill-argumenti, madankollu, ġew konnessi ma’ avvenimenti ta’ wara l-RIP u għaldaqstant ġew soġġetti għal analiżi addizzjonali f’termini tal-impatt probabbli tagħhom fil-futur.

2.1.   Effett probabbli tat-tnaqqis fir-ritmu tas-suq

(299)

Diversi partijiet qalu li l-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu jiġi distint mill-effetti allegati tal-importazzjonijiet għax dan l-avvenimenti għandu jitqies li hu estern għall-probabbiltà tal-kontinwazzjoni/rikorrenza tad-dumping ta’ ħsara. Skont dawn il-partijiet interessati, l-industrija tal-Unjoni tkun partikolarment affetwata mit-tnaqqis fir-ritmu għax il-konsumatur f’dawn iċ-ċirkostanżi tipikament jaqleb għal prodott ta’ kwalità/prezz aktar baxx minħabba t-tnaqqis fis-setgħa tax-xiri.

(300)

It-tnaqqis fir-ritmu tas-suq aktarx li għandu jwassal għal iżjed tnaqqis fil-konsum tal-prodott ikkonċernat. Filwaqt li ż-żraben tal-ġilda xorta għandu jkollhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq, il-bejgħ aktarx li jkompli jonqos b’iżjed minn 7 % kif diġà muri fil-perjodu ta’ qabel it-tnaqqis fir-ritmu.

(301)

Hu probabbli li l-limiti ekonomiċi għandhom jagħmlu l-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut iżjed sensittivi għall-prezz u tnaqqis fis-setgħa tax-xiri tal-konsumatur jista’ jpoġġi limitu massimu fuq il-prezzijiet fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Dan imbagħad jista’ jwassal għal bidla fis-settur (konsumaturi li jiċċaqalqu mis-settur ta’ livell għoli/medju għal dak medju kif ukoll mis-settur ta’ livell medju għal dak medju/baxx) u għal iżjed tiswijiet. Il-kompetizzjoni bejn iż-żraben tal-ġilda u prodotti oħra orħos magħmula mid-drapp u mill-materjali sintetiċi taħt dawn iċ-ċirkostanzi aktarx li tiżdied.

(302)

Fil-qosor, ma tistax tinqata’ barra l-possibbiltà li t-tnaqqis fir-ritmu tas-suq għandu jikkontribwixxi għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni meta wieħed iqis il-konsum relatat u l-effetti tal-prezzijiet. Fl-istess ħin, madankollu, hu probabbli wkoll li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu jkompli jkabbar iżjed l-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Ir-raġuni għal dan hi li t-tnaqqis fir-ritmu aktarx li jqiegħed pressjoni fuq il-prezzijiet tal-operaturi kollha, inklużi l-esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati, li jistgħu jkomplu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom li diġà huma oġġett ta’ dumping. Anke l-prezzijiet iżjed baxxi jqiegħdu pressjoni wkoll fis-settur medju sa għoli u jwasslu għal riskju li l-produtturi tal-Unjoni jiġu mġiegħla jmorru lura lejn is-settur ta’ livell medju sa baxx. Dan imbagħad iwassal għal kompetizzjoni iżjed ħarxa bejn il-prodotti li ġejjin minn produzzjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

2.2.   Impatt probabbli ta’ bidliet fit-tendenzi tal-konsum

(303)

Diversi partijiet interessati allegaw li kwalunkwe tnaqqis fil-futur fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk ikun hemm, ma jkunx konness ma’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati iżda minflok ma’ tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. Dan it-tnaqqis fil-konsum allegatament ikun konness mhux biss ma’ bidliet fit-tendenzi tal-moda tax-xedd tas-saqajn li mxew minn formali għal inqas informali iżda wkoll ma’ tnaqqis fir-ritmu tas-suq. Dan l-avveniment iżid it-tendenza tal-konsumatur li jibdel il-preferenza favur is-settur ta’ prezz baxx tipikament rappreżentat minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(304)

Hu probabbli li tnaqqis fil-konsum ġenerali jkollu effett negattiv fuq il-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Jista’ madankollu jkun mistenni wkoll li tnaqqis fis-setgħa tax-xiri tal-konsumatur jagħmel is-suq inqas reattiv għal tendenzi tal-moda fil-perjodu taż-żmien qasir li jwassal għal irkupru taż-“żarbun kannella” klassiku li hu s-settur fejn l-industrija tal-Unjoni hi l-iżjed b’saħħitha. Għaldaqstant jista’ ma jiġix konkluż li tnaqqis fil-konsum jolqot agħar iż-żraben prodotti fl-Unjoni minn dawk importati. In ġenerali, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni aktax li ma jkunux milquta minn tnaqqis fil-konsum, l-effett ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati xorta jkun kawża konsiderevoli ta’ ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.3.   Impatt probabbli ta’ tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni

(305)

Ġie argumentat ukoll minn xi partijiet interessati li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu jinħass l-iżjed min-naħa tal-esportazzjoni fil-produzzjoni tal-Unjoni.

(306)

F’dan il-kuntest, tista’ ssir preżunzjoni li t-tnaqqis fir-ritmu finanzjarju, li jinħass madwar id-dinja, għandu jkollu wkoll impatt fuq l-esportazzjonijiet tal-Unjoni. Filwaqt li tnaqqis fl-attività tal-esportazzjoni jista’ ċertament jikkontribwixxi b’mod negattiv għall-iżvilupp ġenerali tas-settur, wieħed għandu madankollu jżomm f’moħħu li tliet kwarti tal-attività tal-produtturi tal-Unjoni hi mmirata lejn is-suq domestiku tal-Unjoni. Meta wieħed iqis dan, ma jistax jiġi konkluż li l-impatt probabbli tat-tnaqqis fir-ritmu tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni fiha nnifisha għandu jkisser il-konnessjoni każwali bejn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-ħsara kkawżata lill-produtturi tal-Unjoni.

2.4.   Impatt probabbli ta’ problemi strutturali u nuqqas ta’ effiċjenza fost produtturi tal-Unjoni

(307)

Ġie argumentat li l-produtturi tal-Unjoni kellhom problemi biex jibbenefikaw minn miżuri fil-passat minħabba l-fatt li s-sors tal-problemi mġarrba huwa konness ma’ problemi strutturali u l-ineffiċjenza tal-industrija iżjed milli l-allegat dumping miċ-Ċina u l-Vjetnam. Skont dawn l-allegazzjonijiet, l-avveniment tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu jkompli jżid il-problemi strutturali fis-settur u jkompli jnaqqas il-konnessjoni bejn il-ħsara mġarrba u d-dumping.

(308)

L-ewwel u qabel kollox qed jiġi mfakkar li l-investigazzjoni wriet li, irrispettivament mill-pożizzjoni kompetittiva tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni ġarrbu ħsara materjali mill-importazzjonijiet tal-prodotti li huma oġġett ta’ dumping. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat kif muri hawn fuq, li l-industrija tal-Kummissjoni, waqt li għadha f’sitwazzjoni prekarja, tal-anqas wriet irkupru parzjali fil-perjodu kkunsidrat u kienet kapaċi żżomm sehem tas-suq stabbli. Barra minn hekk, parti kbira mis-settur kienet kapaċi li tirridefinixxi l-mudell tan-negozju jew qed tipprova tagħmel hekk permezz (i) tal-ġabra tar-riżorsi fi gruppi li jagħmlu l-aħjar użu tal-ispeċjalizzazzjoni u li jippermettu li l-gruppi jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-kobor, (ii) il-bejgħ dirett lill-bejjiegħ bl-imnut u (iii) il-produzzjoni ta’ żraben fis-setturi ta’ livell medju sa għoli u ta’ livell għoli. Ma kienx ikun probabbli li l-industrija kienet tkun kapaċi tkompli bil-proċess kieku l-miżuri ma kinux f’posthom u fi kwalunkwe każ dawk li issa jinsabu fil-proċess li jibdlu l-mudell tan-negozju tagħhom, f’kull probabbiltà ma kinux ikunu kapaċi li jlestuh.

(309)

Madankollu hu mistenni wkoll li t-tnaqqis fir-ritmu tas-suq għandu jżid il-pressjoni u possibbilment anke jwaqqaf il-proċess għall-kumpaniji li għadhom ma kinux kapaċi li jiffukaw mill-ġdid permezz ta’ bidla fil-mudell tan-negozju. Is-sitwazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji tirriskja li tkompli tmur lura u ħafna kumpaniji f’dan il-grupp jista’ jkun li jkollhom jagħlqu hekk kif il-kompetizzjoni tintensifika. Il-kumpaniji li jkunu adottaw il-mudelli tan-negozju iżjed avvanzati aktarx li ma jirnexxielhomx jaħarbu mill-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu tas-suq għax il-prezzijiet fis-settur ta’ livell għoli/medju li fih huma speċjalizzati, huma wkoll probabbli soġġetti għal pressjoni ġenerali ‘l isfel.

(310)

Madankollu, fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni evalwata fil-perjodu kkunsidrat, ikun diffiċli li wieħed jargumenta li, waħdu, l-avveniment tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jfixkel il-konnessjoni każwali mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Għall-kuntrarju, kif provdut f’iżjed dettall fil-premessa (302) il-pressjoni ‘l isfel fuq il-prezz sostnuta b’importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u rħas, aktarx li wkoll tiġġenera effett domino, li twassal biex sehem akbar tal-produzzjoni tal-Unjoni tersaq lejn l-istess settur bħall-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping sabiex iżżid il-pressjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-produtturi tal-Unjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-produtturi tal-Unjoni għaldaqstant ikunu iżjed dipendenti minn qatt qabel fuq l-eżistenza tal-miżuri fil-futur.

2.5.   Effetti probabbli tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(311)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi aktarx li jkollhom impatt fuq l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan il-kuntest, intqal li l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni kienu qegħdin kontinwament jikbru u li fid-dawl tal-ispejjeż ogħla fiċ-Ċina u l-Vjetnam u meta mqabbla mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, dawn għandhom ikunu l-kawża ewlenija ta’ tħassib għall-Unjoni fil-futur.

(312)

Meta wieħed iżomm f’moħħu d-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u dawk ta’ pajjiżi terzi, madankollu jkun probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi u Vjetnamiżi se jkollhom vantaġġ fil-prezz fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Dan min-naħa tiegħu juri tnaqqis relattiv ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-futur. Kif muri hawn fuq fit-taqsimiet C.3 u C.4 m’hemmx sinjali li l-esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi aktarx li se jneħħu l-preżenza tagħhom mis-suq tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, il-kapaċitajiet kbar disponibbli jissuġġerixxu li għandhom inċentiv li jibqgħu fis-suq kemm jista’ jkun possibbli.

(313)

Fid-dawl ta’ dak fuq imsemmi, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi aktarx li jkollhom inqas impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri.

2.6.   Impatt probabbli tal-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju

(314)

Ġie argumentat ukoll li ħsara għall-produtturi tal-Unjoni aktarx li tonqos minħabba ż-żieda fil-valur tal-USD meta mqabbel mal-Euro. Il-varjazzjoni fil-munita żżid il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li huma nnegozjati fl-Euro sabiex jiċċekken id-distakk fil-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni.

(315)

F’dan il-kuntest għandu jiġi osservat li l-investigazzjoni għandha tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping (f’termini ta’ prezzijiet u volum) ikkawżawx (jew aktarx li jikkawżaw) ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni jew jekk din il-ħsara materjali (jew il-probabbiltà tiegħu) kinitx dovuta għal fatturi oħra. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jgħid li hu meħtieġ li jintwera jekk il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping jistax jikkawża (jew hux aktarx li jikkawża) ħsara. Għaldaqstant dan jirreferi biss għal differenza bejn il-livelli tal-prezz, u għaldaqstant m’hemm l-ebda rekwiżit li jiġu analizzati l-fatturi li jolqtu l-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

(316)

L-effett probabbli tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni hu essenzjalment eżaminat billi jiġi stabbilit it-tnaqqis fil-prezz, il-kriżi fil-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet. Għal dan l-iskop, il-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huma mqabbla, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkoli tal-ħsara jista’ jkollhom xi kultant jinqalbu f’munita oħra sabiex ikun hemm bażi komparabbli. B’konsegwenza ta’ dan, l-użu tar-rati tal-kambju f’dan il-kuntest jiżgura biss li d-differenza fil-prezz tiġi stabbilita fuq bażi komparabbli. Minn dan, isir ovvju li r-rata tal-kambju tista’ bħala prinċipju ma tkunx fattur ieħor tal-ħsara.

(317)

Dan li ssemma hu kkonfermat ukoll bil-kliem tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Il-lista tal-fatturi l-oħra magħrufa f’dan l-Artikolu ma tagħmilx referenza għal kwalunkwe fattur li jaffetwa l-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(318)

Madankollu, anke fil-każ li dan il-fattur jitqies, meta wieħed iqis il-pressjoni probabbli fuq il-prezzijiet tal-konsumatur f’kuntest ta’ tnaqqis fir-ritmu tas-suq, mhuwiex probabbli li l-importaturi li jixtru mill-pajjiżi kkonċernati jkunu kapaċi jżidu l-prezzijiet għall-bejgħ bl-imnut minħabba ż-żieda fil-valur tal-USD. Barra minn hekk, ir-rati tal-kambju ta’ din ix-xorta huma diffiċli ħafna li jiġu prevvisti u ġie previst depprezzament tal-USD kontra l-Euro wara l-RIP li jagħmilha impossibbli li jiġi konkluż li l-flutwazzjonijiet tal-muniti għandhom ikollhom effett ‘il fuq fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(319)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, ma jistax jiġi konkluż li l-iżvilupp tar-rata tal-kambju jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża l-ħsara.

3.   KONKLUŻJONI DWAR L-IMPATT PROBABBLI TA’ FATTURI OĦRA

(320)

Kif muri hawn fuq, filwaqt li ma tistax tinqata’ barra l-possibbiltà li fatturi oħra inkluż it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandhom ikollhom effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-prodotturi tal-Unjoni, l-investigazzjoni ma wrietx li dawn waħedhom jistgħu jkissru l-konnessjoni bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-ħsara kontinwata li tista’ ġġarrab l-industrija tal-Unjoni.

I.   KONKLUŻJONI DWAR IL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA

(321)

Kif stabbilit hawn fuq fit-taqsima G4, l-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni kompliet fl-RIP. Il-kontinwazzjoni tal-ħsara hi skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku fiha nnifisha indikatur b’saħħtu li l-ħsara aktarx li tkompli fil-futur li jissuġġerixxi li għandhom jinżammu f’posthom il-miżuri.

(322)

Is-sejbiet li jappartjenu għall-importazzjonijiet juru li l-importazzjonijiet ta’ volumi kbar fi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping aktarx li jkomplu u li l-pressjoni fuq il-prezzijiet (mhux l-inqas fil-kuntest tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku) aktarx li jintensifika l-kompetizzjoni bejn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u ż-żraben tal-ġilda prodotti il-Unjoni. L-investigazzjoni wriet ukoll li m’hemmx fatturi oħra magħrufa li għandhom ikissru l-konnessjoni b’saħħitha bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u l-ħsara li l-produtturi tal-Unjoni jsofru.

(323)

Analiżi ġenerali tas-sejbiet fl-investigazzjoni tindika li l-konsegwenza tat-tneħħija tal-miżuri aktarx li twassal għal volumi kontinwament kbar u li possibilment jiżdiedu ta’ importazzjonijiet kemm miċ-Ċina u kif ukoll mill-Vjetnam fi prezzijiet li jkomplu jnaqqsu l-prezzijiet ta’ dawk fl-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku aktarx li jkompli jħarrax dan l-iżvilupp. L-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping għaldaqstant aktarx li jkollhom effetti detrimentali konsiderevoli fuq l-industrija tal-Unjoni. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, l-industrija tal-Unjoni jkollha jew issegwi t-tnaqqis fil-prezzijiet sabiex iżżomm is-sehem fis-suq tagħha, jew iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ f’livelli kurrenti u minflok titlef il-klijenti u eventwalment il-bejgħ. Fil-każ imsemmi l-ewwel, l-industrija tal-Unjoni jkollha topera b’telf u fil-każ imsemmi l-aħħar, it-telfien tal-bejgħ fih innifsu eventwalment iwassal għal spejjeż miżjuda segwiti b’telfien.

(324)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni sofriet mill-effetti ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping għal ħafna snin u preżentament tinsab f’sitwazzjoni ekonomika prekarja. Madankollu, ġie stabbilit ukoll li parti kbira mill-produtturi tal-Unjoni kienu kapaċi jirridefinixxu l-mudelli tan-negozju tagħhom, billi kkonċentraw fuq valur miżjud ogħla, is-settur tal-prodott ta’ livell medju sa għoli u b’kanali tad-distribuzzjoni iżjed organizzati. Dan il-grupp gradwalment qiegħed jassorbi wkoll l-attività ta’ parti mill-industrija li s’issa għadha ma kinitx kapaċi taġġusta u timplimenta mudelli tan-negozju ġodda u perjodu ieħor ta’ aġġustament ikun meħtieġ sabiex titlesta din il-bidla fl-industrija kollha.

(325)

Jekk il-miżuri jinġiebu fi tmiemhom f’dan l-istadju sensittiv, is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni għandha tiddeterjora u l-proċess ta’ ċaqliq lejn mudell tan-negozju ġdid aktarx li jitwaqqaf u l-eżistenza innifisha ta’ parti kbira tal-industrija tkun ipperikolata.

(326)

Għaldaqstant l-investigazzjoni żvelat li hemm, minħabba l-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina u kif ukoll mill-Vjetnam, probabbiltà ċara ta’ kontinwazzjoni tal-ħsara għall-industrija tal-Unjoni għall-perjodu taż-żmien qasir/medju, sakemm jitlesta l-proċess tal-aġġustament.

J.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI WARA L-IŻVELAR

(327)

Waslu għadd ta’ kummenti wara l-iżvelar tas-sejbiet. Madankollu, dawn ma kinux tali li setgħu jbiddlu l-konklużjonijiet. L-argumenti ewlenin imqajma kienu dawn li ġejjin.

1.   IL-KUMMENTI LI WASLU DWAR KWISTJONIJIET FORMALI, PROĊEDURALI U TA’ DRITTIJIET TA’ DIFIŻA

1.1.   Kunfidenzjalità tal-ismijiet ta’ min jagħmel l-ilment

(328)

Bosta partijiet interessati tennew it-tħassib tagħhom dwar it-trattament ta’ kunfidenzjalità mogħti lil min jagħmel l-ilment, filwaqt li ddikjaraw li fil-fajl ma kien hemm l-ebda ħjiel ta’ sostenn għall-allegazzjoni li l-qagħda ta’ min jagħmel l-ilment tkun affetwata negattivament jekk tiġi żvelata l-identità tagħhom. Waħda mill-partijiet interessati żiedet tgħid li biex din ma tiġix żvelata, il-prassi tad-WTO tkun teħtieġ li jintwerew raġunijiet validi għad-dokumenti kollha, sew jekk jitqiesu kunfidenzjali sew jekk le. Skont din il-parti f’dan il-każ ma ntweriet l-ebda raġuni valida.

(329)

L-istess parti argumentat ukoll li jekk it-talba għal kunfidenzjalità tiġi madankollu milqugħa, dan min-naħa l-oħra għandu jfisser li għall-inqas id-dettalji sħaħ fuq il-prezz ta’ unità u l-indikaturi ta’ profitabbiltà tal-kampjun jistgħu jiġu żvelati.

(330)

Kif indikat fil-premessi (40)-(42) il-kunfidenzjalità dwar l-identitajiet ta’ min għamel l-ilment u l-produtturi magħżula għall-kampjun kienu bbażati fuq talba ġġustifikata b’mod validu b’konformità mal-Artikolu 19 fir-Regolament Bażiku. Għaldaqstant, mhuwiex korrett li ma ntwerietx raġuni valida minn min għamel l-ilment. Fir-rigward tal-argument li għandhom jiġu żvelati d-dettalji sħaħ fuq il-prezz ta’ unità u l-profitabbiltà, jitqies li dan, meta tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, jista’ jiżvela b’mod indirett l-identità ta’ min għamel l-ilment. Barra minn hekk, fil-grupp ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, dan l-iżvelar jaffettwa l-interessi kummerċjali tal-kumpaniji l-oħra inklużi fil-kampjun li wkoll huma kompetituri fis-suq.

(331)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-kummenti li waslu mhumiex tali li jistgħu jbiddlu l-konklużjoni li jingħata trattament kunfidenzjali għall-identità tal-produtturi tal-Unjoni li jsostnu t-talba.

1.2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-pożizzjoni tagħha

(332)

Bosta partijiet interessati argumentaw li l-Kummissjoni applikat id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni b’mod mhux korrett.

(333)

Żewġ partijiet iddikjaraw li valutazzjoni tal-ħsara trid tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar min għamel l-ilment u dawk li jsostnu l-ilment u mhux fuq il-bażi tat-total ta’ produzzjoni tal-Unjoni. Skont dawn il-partijiet, dan ifisser li l-indikaturi makro użati ma kinux rappreżentattivi.

(334)

Ġie sostnut ukoll li l-Kummissjoni naqset milli teskludi mill-kampjun kumpanija li kienet waqqfet il-produzzjoni fl-Unjoni fl-RIP. Xi partijiet iddikjaraw li l-inklużjoni ta’ din il-kumpanija għawġet l-indikaturi mikro kif ukoll l-analiżi dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bit-telf. Bil-maqlub, parti interessata oħra li ma oġġezzjonatx għall-inklużjoni fil-kampjun ta’ din il-parti, iddikjarat li d-dejta kollha ta’ din il-kumpanija u mhux biss dik relatata mal-attività tagħha fl-Unjoni għandha titqies fl-analiżi tal-ħsara.

(335)

L-istess partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli teskludi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ta’ kumpaniji li importaw sa 25 % tal-produzzjoni totali minn pajjiżi terzi. Skont dawn il-partijiet interessati dan jikkostitwixxi bidla fil-metodoloġija meta mqabbel mal-premessa (231) tar-Regolament li jimponi miżuri provviżorji fl-investigazzjoni oriġinali, li tistipula li l-kumpaniji kollha li kienu ddelokalizzaw kienu ġew esklużi. Ġie ddikjarat ukoll li l-prassi Komunitarja b’mod ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku, tkun teħtieġ l-esklużjoni tal-kumpaniji li jimportaw madwar 25 % tal-produzzjoni totali. F’dan il-kuntest waħda mill-partijiet iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni kkonkudiet b’mod żbaljat li l-ebda wieħed mill-membri tas-CEC ma kien ittrasferixxa l-produzzjoni anki meta ġiet ippreżentata, matul l-investigazzjoni, sottomissjoni li turi l-kuntrarju.

(336)

Bosta partijiet interessati indikaw ukoll li d-dokument ta’ żvelar ġenerali kien inkonsistenti għax il-premessa 3 indikat li s-sostenn għall-ilment kien 35 %, filwaqt li l-premessa (193) indikat 25 %.

(337)

Kif diġà ntwera fil-premessi (193)-(200) l-industrija tal-Unjoni kienet definita kif previst fl-Artikolu 4.1 tar-Regolament Bażiku. Il-valutazzjoni tal-qagħda tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha tikkonforma mar-Regolament Bażiku. L-argument li l-valutazzjoni tal-ħsara kienet ibbażata fuq definizzjoni mhux korretta tal-industrija tal-Unjoni għandha għalhekk tiġi miċħuda.

(338)

Fir-rigward tan-nuqqas li tiġi eskluża waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, ta’ min ifakkar li l-premessi (23) u (196) jagħtu r-raġunijiet għaliex il-kumpanija għandha tinżamm fil-kampjun. Ġie konkluż ukoll li l-possibbiltà ta’ esklużjoni ma jkollha l-ebda effett fuq il-kwalità rappreżentattiva tal-kampjun jew fuq is-sitwazzjoni ta’ ħsara, inkluż it-twaqqigħ tal-prezzijiet. Dan hu dovut għall-piż minimu ta’ din il-kumpanija fil-kampjun. Għaldaqstant, jekk il-kumpanija tkunx formalment eskluża jew le ma għandu l-ebda implikazzjoni prattika fuq ir-riżultat tal-analiżi.

(339)

Kif jidher fil-premessa (195), il-produzzjoni tal-Unjoni kienet ibbażata biss fuq kumpaniji li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-Artikolu 4 (inkluż l-Artikolu 4(1)). Fuq il-bażi tal-informazzjoni rreġistrata, ma tqieset l-ebda entità ġuridika li kienet iddelokalizzata u li kellha tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ produttur tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) F’dan il-kuntest ta’ min ifakkar li l-importazzjonijiet limitati bħala tali ma jwasslux għal delokalizzazzjoni. Filwaqt li għadd żgħir ta’ produtturi li lmentaw fil-fatt importaw, dawn il-volumi kienu ferm limitati u f’kull każ mhux iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-kumpanija kkonċernata. Fid-dawl ta’ dan, id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni ddevjat mill-prassi fil-każ oriġinali jew mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku mhijiex korretta.

(340)

Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ inkonsistenza bejn iċ-ċifri ta’ sostenn għall-ilmenti msemmija fil-premessi (3) u (193), ta’ min jinnota li l-premessa (193) tiddikjara sempliċiment li s-sostenn jaqbeż il-minimu legali ta’ 25 % u għaldaqstant mhuwiex indikazzjoni tas-sostenn effettiv lil hinn minn dan il-limitu.

1.3.   Perjodu għall-valutazzjoni tal-ħsara

(341)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-perjodu għall-valutazzjoni tal-ħsara ma kienx koerenti. B’mod partikolari, intqal li l-użu tal-perjodu meqjus għal ċerti indikaturi, filwaqt li jirreferi lura għall-OIP u għall-2005 għal indikaturi oħra ta’ ħsara, iwassal għal riżultat inkonsistenti. Partijiet oħra interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni qagħdet fuq dejta tal-2005 u tal-OIP mingħajr ma żvelat din id-dejta.

(342)

Il-valutazzjoni tal-analiżi tal-ħsara kienet ibbażata fuq is-sejbiet fil-perjodu kkonċernat, i.e. mill-2006 sa u inkluż l-RIP. Ir-referenzi għall-OIP u l-2005 saru biss biex jikkumplimentaw l-analiżi iżda ma kellhomx impatt deċiżiv fuq il-konklużjonijiet. Fid-dawl ta’ dan, id-dikjarazzjoni li l-perjodu għall-valutazzjoni tal-ħsara wassal għal analiżi inkonsistenti trid tiġi miċħuda.

1.4.   Il-kwalità rappreżentattiva tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(343)

Bosta partijiet saħqu li l-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv fejn għandhom x’jaqsmu t-tipi ta’ prodotti, id-daqs u l-firxa ġeografika.

(344)

F’dan il-kuntest ġie ddikjarat li l-Kummissjoni ma tatx spjegazzjoni biżżejjed għall-firxa ġeografika tal-kampjun u li dan, f’kull każ, ma kienx rappreżentattiv billi x-xedd tas-saqajn hu prodott f’mill-inqas seba’ Stati Membri li minnhom erba’ biss kienu parti mill-kampjun. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li Stat Membru wieħed b’mod partikolari ġie rrappreżentat iżżejjed. Waħda mill-partijiet interessati talbet ukoll li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar il-livell ta’ arranġamenti ta’ ħlasijiet li jeżistu fl-industrija tal-Unjoni.

(345)

Parti waħda ddikjarat ukoll li x-xedd tas-saqajn tan-nisa kienu rrappreżentati żżejjed fil-kampjun u parti oħra fakkret li l-profitabbiltà tal-kampjun ma kinitx irrappreżentata meta mqabbla maċ-ċifra li rriżultat mill-ilment.

(346)

Il-premessa (28) tipprovdi dettalji dwar il-firxa ġeografika tal-kampjun u l-kwalità rappreżentattiva tiegħu meta mqabbla mal-firxa globali fl-Unjoni. F’dan il-kuntest ta’ min ifakkar li l-kampjun kien jirrifletti, fil-parti l-kbira, il-firxa ġeografika tal-popolazzjoni kollha u li firxa ġeografika eżattament identika mhijiex meħtieġa. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li madwar 60 % tal-produzzjoni tal-kampjun saret permezz tal-hekk imsejjaħ “sottokuntrattar” jew arranġamenti ta’ “ħlasijiet”.

(347)

Barra minn hekk, billi tali “sottokuntrattar” jew “ħlasijiet” iseħħu wkoll fost kumpaniji fi Stati Membri differenti, ingħatat attenzjoni biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tkun allokata lill-Istat Membru tal-kumpanija li kienet ordnat is-servizz.

(348)

Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, ċertu grad ta’ varjazzjoni fir-rigward tal-piż ta’ Stat Membru mhuwiex se jwassal biex il-kampjun ma jkunx rappreżentattiv. Bl-istess mod, meta jitqies l-arranġament ta’ sottokuntrattar u l-fatt li żewġ terzi tal-produzzjoni huma kkonċentrati fi tliet Stati Membri, ma jista’ jkun hemm l-ebda rekwiżit biex jiġu inklużi rappreżentanti minn seba’ pajjiżi produtturi.

(349)

Huwa mfakkar mill-premessa (29) li l-produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjun instabu li jkopru grupp rappreżentattiv ta’ firxiet ta’ prodotti li fil-parti l-kbira jirrifletti dak tal-popolazzjoni ġenerali. L-istess jgħodd għad-diviżjoni skont is-sessi u għalkemm jeżistu varjazzjonijiet fil-kategoriji kollha, ix-xedd tas-saqajn tal-irġiel, tan-nisa u tat-tfal jinbiegħu fi kwantitajiet sinfikanti mill-kumapniji inklużi fil-kampjun kif ukoll mill-popolazzjoni ġenerali. Fir-rigward tal-livell ta’ profitt, il-fatt li hemm varjazzjoni bejn il-kampjun u min ressaq it-talba, ma jwassalx biex il-kampjun ma jkunx rappreżentattiv. F’kull każ, ta’ min jinnota li l-profitabbiltà tal-kampjun hi fl-istess firxa bħal dak stabbilit meta ġiet analizzata l-informazzjoni kollha fl-ilment.

1.5.   IL-livell ta’ dazju fl-investigazzjoni oriġinali

(350)

Xi partijiet argumentaw li ċ-Ċina ġiet iddiksriminata vis-à-vis l-Vjetnam, diġà fil-każ oriġinali, għax ġie applikat dazju ogħla fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi għalkemm il-marġni ta’ dumping stabbilit għaċ-Ċina kien aktar baxx minn dak għall-Vjetnam. Ġie ddikjarat ukoll li ċ-Ċina ġiet iddiskriminata minħabba l-metodu użat biex jiġi aġġustat il-marġni ta’ ħsara fl-investigazzjoni oriġinali.

(351)

L-ewwel nett, il-liġi fl-UE teżiġi li d-dazji jkunu stabbiliti b’konformità mar-regola ta’ inqas dazju, li jfisser li l-marġni ta’ ħsara jista’ jkun qed jiffissa d-dazju, minflok il-marġni ta’ dumping. It-tieni, fil-każ oriġinali nstab li, biex ikun impost l-aktar livell baxx possibbli ta’ rimedju għad-dumping ta’ ħsara, kien jinħtieġ li jitqiesu l-volumi u l-valuri mhux ta’ ħsara, li ġew ikkalkolati biex jaslu sal-aktar livell baxx possibbli ta’ rimedju ta’ ħsara kkważata kemm miċ-Ċina kif ukoll mill-Vjetnam, u li rriżultat fl-impożizzjoni tad-dazji. F’dan il-kuntest, ta’ min ifakkar li l-għan ta’ reviżjoni ta’ skadenza hu li teżamina jekk il-fatti kkonċernati jiġġustifikawx li l-miżuri fil-forma attwali tagħhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ulterjuri. Meta wieħed iqis li m’hemm l-ebda ambitu għal tibdil fil-livell ta’ miżuri fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, ma jistgħux jitqiesu l-argumenti għal dan il-għan.

2.   KUMMENTI LI WASLU DWAR L-ANALIŻI TAL-ĦSARA

2.1.   Akkumulazzjoni ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u Vjetnamiżi

(352)

Waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni ma ġewx sodisfatti billi x-xejra li tikkonċerna l-Vjetnam kienet ferm differenti minn dik taċ-Ċina. Ġie ddikjarat ukoll li l-importazzjonijiet mill-Vjetnam ma setgħux jibqgħu jitqiesu li jikkawżaw ħsara billi l-volumi fl-RIP kienu inqas minn dawk tal-volumi mhux ta’ ħsara kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(353)

Ta’ min ifakkar li fil-premessa (216) hawn fuq u aktar ‘il quddiem twettqet analiżi estensiva li turi li l-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni ġew sodisfatti. Fid-dawl ta’ dan il-fatt, l-argument dwar il-volum mhux ta’ ħsara mhuwiex rilevanti.

2.2.   L-effett tat-trasferiment

(354)

Waħda mill-partijiet interessati osservat li d-dokument ta’ żvelar wera li l-industrija Komunitarja qed tkompli tiġi ddelokalizzata. Skont dawn il-partijiet, dan wera li d-dazji fis-seħħ ma setgħux iwaqqfu l-proċess ta’ delokalizzazzjoni.

(355)

F’dan il-kuntest ta’ min ifakkar li l-għan tad-dazji mhuwiex li jwaqqfu jew iħeġġu xi proċess ta’ delokalizzazzjoni, iżda li jsewwu d-distorsjonijiet fil-kummerċ ikkawżati minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Ta’ min jinnota wkoll li bosta kumpaniji ġew delokalizzati lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi li mhumiex sottomessi għal miżuri. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, dan l-argument ma jistax jitqies.

2.3.   L-impatt tal-indikaturi Makro

(356)

Waħda mill-partijiet interessati qieset li t-tweġibiet minn assoċjazzjonijiet nazzjonali ma kinux biżżejjed bħala sors għal indikaturi ta’ ħsara billi mit-tweġibiet tagħhom setgħet toħroġ biss informazzjoni dwar xi wħud mill-indikaturi ta’ ħsara. Il-fatt li nkisbu biss disa’ tweġibiet, ġie wkoll ikkontestat.

(357)

Bosta partijiet ikkontestaw l-indikaturi makro minħabba l-fatt li dawn kienu bbażati fuq produzzjoni Komunitarja b’mod ġenerali aktar milli fuq informazzjoni minn dawk li għamlu l-ilment u dawk li sostnew l-ilment. Il-ġustifikazzjoni għat-twaqqif tal-indikaturi makro diġà ġiet spjegata hawn fuq fil-premessa (337) u għalhekk ma għandhiex bżonn tiġi vvalutata aktar. Waħda mill-partijiet interessati osservat li l-indikaturi makro, f’kull każ, ma kinux affidabbli. Il-fatt li ġiet osservata żieda fl-impjiegi ta’ 359 % sa mill-investigazzjoni oriġinali, wera għaliex iċ-ċifri ma kellhomx jitqiesu raġjonevoli. Din id-dikjarazzjoni ġiet sostnuta mill-osservazzjoni li wriet li l-indikaturi makro f’diversi okkażjonijiet kienu differenti minn dawk osservati fil-kampjun.

(358)

Bosta partijiet interessati osservaw li x-xejriet tal-konsum li ġew żvelati ma kinux koerenti, billi parti waħda mid-dokument semmiet tnaqqis ta’ 7 % filwaqt li f’parti oħra tad-dokument jissemma tnaqqis ta’ 14 %. Bl-istess mod, id-dejta dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u d-dejta dwar l-impjiegi tqiesu li huma inkonsistenti għax dawn urew xejriet differenti anki jekk id-dokument ta’ żvelar ikkonkluda li t-tnejn kienu relatati ma’ xulxin.

(359)

Fir-rigward tas-sorsi u kif spjegat hawn fil-premessi (225)-(226), il-Kummissjoni talbet u kisbet mill-assoċjazzjonijet nazzjonali l-informazzjoni li kienet, b’mod raġjonevoli, għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-fatt li din ma tkoprix l-indikaturi kollha ta’ ħsara ma hi bl-ebda mod anomalija, iżda pjuttost riflessjoni li dawn l-enitajiet sempliċement ma għandhomx aċċess għal dejta dwar xi indikaturi speċifiċi. Din hi r-raġuni għaliex l-awtorità ta’ investigazzjoni tikseb din id-dejta minn kampjun rappreżentattiv ta’ kumpaniji. Id-disa’ tweġibiet miksuba mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali jirrappreżentaw maġġoranza kbira tal-produzzjoni (‘il fuq minn 80 % tat-total ta’ produzzjoni Komunitarja) u ġew ikkumplimentati wkoll minn informazzjoni tal-istatistika disponibbli u dejta oħra mogħtija minn partijiet interessati.

(360)

Fir-rigward tal-livell ta’ impjiegi ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, iċ-ċifra ta’ 57 000 ħaddiem kienet ibbażata fuq iċ-ċifri ta’ dawk li għamlu l-ilment. Iċ-ċifra attwali tal-impjiegi ta’ 262 000 hija indikatur makro u tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, kif definit hawn fuq. Fejn għandhom x’jaqsmu d-differenzi bejn l-indikaturi għall-kampjun u għall-Industrija tal-Unjoni kollha, ta’ min ifakkar li dawk l-indikaturi ma hemmx bżonn jirriflettu perfettament lil xulxin biex ikunu rappreżentattivi. Il-fatt li segwew l-istess xejriet ikompli juri l-kwalità rappreżentattiva tagħhom. Fir-rigward tal-allegata inkonsistenza għall-konsum, it-tnaqqis ta’ 7 % kien jirreferi għall-perjodu 2006 - RIP filwaqt li t-tnaqqis ta’ 14 % kien jirreferi għall-perjodu 2005 - RIP.

(361)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-kummenti dwar il-kompożizzjoni u l-analiżi tal-indikaturi makro għandhom jiġu miċħuda.

2.4.   L-impatt tal-indikaturi mikro

(362)

Waħda mill-partijiet interessati osservat li l-profitt ta’ 3 % li ntlaħaq mill-industrija tal-Unjoni għandu jitqies bħala riżultat tajjeb, b’mod partikolari meta jitqies li s-suq qiegħed jonqos. Ġie indikat ukoll li d-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni qed tħabbat wiċċha ma’ pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi u Vjetnamiżi ma ġietx sostnuta mis-sejbiet li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tgħolli l-prezzijiet bi 30 % fil-perjodu meqjus.

(363)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, il-livell ta’ profitt mistenni fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara hu 6 %, ferm ogħla mil-livell ta’ madwar 3 % miksub mill-industrija tal-Unjoni, li barra minn hekk mhuwiex għoli biżżejjed biex jiżgura l-vijabbiltà fuq medda medja ta’ żmien u biex jiffinanzja l-proċess ta’ ristrutturar li għaddej bħalissa. Dan ukoll għandu jitqabbel mal-livell ta’ profitt b’saħħtu ħafna tal-importaturi. Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-Industrija tal-Unjoni, iż-żieda tagħhom ma waqqfitx il-kompetizzjoni diretta bejn il-prodotti u għalhekk it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bit-telf ġew milquta. Il-marġni ta’ profitt baxx juri l-pressjoni fuq il-prezzijiet, billi l-industrija tal-Unjoni ma tistax tapplika marġni ogħla.

(364)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-argumenti fir-rigward tal-analiżi tal-indikaturi mikro għandhom jiġu miċħuda.

2.5.   L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet

(365)

Bosta partijiet interessati esprimew tħassib rigward l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest ġie ddikjarat li l-Kummissjoni żiedet artifiċjalment it-tqabbil tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (PCNs) bi klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ ċertu xedd tas-saqajn mill-grupp ta’ prodotti E għal A.

(366)

Bosta partijiet interessati qiesu li l-Kummissjoni naqset milli tiżvela għaliex il-livell ta’ aġġustament għar-riċerka u l-iżvilupp, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, issa naqas. Bl-istess mod, tqies li l-Kummissjoni ma żvelatx sa liema punt twettqu aġġustamenti għall-bejgħ lil kumpaniji kummerċjali mhux relatati.

(367)

Id-dikjarazzjoni li nkiseb tqabbil artifiċjali permezz ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-PCNs mhijiex korretta. Kif spjegat fil-premessa (57) u aktar ‘il quddiem ma kien hemm l-ebda klassifikazzjoni mill-ġdid, madankollu, fejn xieraq, kellha ssir korrezzjoni fejn il-partijiet iddikjaraw ix-xedd tas-saqajn fil-kategorija żbaljata.

(368)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ma ngħatat l-ebda ġustifikazzjoni għall-bidla fl-aġġustament tar-riċerka u l-iżvilupp, ta’ min jinnota li dan ġie stabbilit billi ntuża l-istess metodu bħal fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. fuq il-bażi ta’ informazzjoni verifikata pprovduta mill-partijiet li kkooperaw, li tirreferi għall-RIP. Il-prezz CIF tal-esportaturi ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-kumpaniji nnfishom u kkoreġut fejn meħtieġ.

(369)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kienet dgħajfa għandhom jiġu miċħuda.

2.6.   Konklużjoni tal-kontinwazzjoni tal-ħsara

(370)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-indikaturi ta’ ħsara globali kienu kollha pożittivi u li l-Kummissjoni kienet ibbażat il-konklużjoni tal-kontinwazzjoni tal-ħsara fuq il-profitabbiltà biss. Barra minn hekk, meta jitqies il-fatt li l-profitabbiltà fl-RIP kienet l-ogħla mill-2001 ‘l hawn, dan l-indikatur għandu wkoll jiġi interpretat bħala sinjal li l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex iġġarrab ħsara. Barra dan, bosta partijiet interessati, semmew u pprovdew eżempji speċifiċi ta’ kumpaniji li kienu sejrin tajjeb biex isostnu d-dikjarazzjoni tagħhom li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara.

(371)

Parti oħra interessata qieset li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-impatt tal-bidla fil-mudell tan-negozju fil-valutazzjoni tal-produzzjoni u tal-bejgħ kif ukoll il-qagħda ġenerali tal-ħsara. Bl-istess mod ġie ddikjarat li l-effetti tat-trasferiment ma tqisux u skont din il-parti l-profitt medju tal-kampjun kien ikun ferm ogħla li kieku tqiesu l-attivitajiet trasferiti.

(372)

F’dan il-kuntest, hu enfasizzat li l-analiżi tal-indikaturi ta’ ħsara hija globali fin-natura tagħha u mhux l-indikaturi kollha għandhom juru deterjorament biex tinstab il-ħsara. Wieħed għandu jqis ukoll li l-miżuri kienu fis-seħħ matul il-perjodu analizzat, u li għalhekk wieħed għandu jistenna, b’mod loġiku, ċertu trażżin tal-ħsara. Minkejja dan u kif diġà stabbilit fil-premessa (257) u aktar ‘il quddiem, il-konsum, il-produzzjoni, il-bejgħ, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità marru lura matul il-perjodu, it-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ bit-telf baqgħu għaddejjin f’livelli sinifikanti, u l-profitabbiltà baqgħet f’livelli baxxi ħafna, sostanzjalment inqas mill-profitt normali li hu mistenni fin-nuqqas tad-dumping ta’ ħsara. Flimkien, jidher li l-miżuri ppermettew it-tneħħija parzjali tal-ħsara, iżda bl-ebda mod ma wasslu għall-għajbien tagħha.

(373)

F’industrija b’aktar minn 18 000 kumpanija, huwa naturali li jkun hemm firxa fir-rendiment ta’ kumpaniji individwali, madankollu, dan ma jimplikax li l-ħsara ma teżistix għall-industrija b’mod ġenerali. Ta’ min ifakkar li l-analiżi tal-indikaturi makro għall-industrija kollha u l-indikaturi mikro għal kampjun rappreżentattiv tal-produtturi (it-tnejn skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku), wriet li l-ħsara kompliet.

(374)

Fir-rigward tal-impatt tal-bidla fil-mudell tan-negozju, il-profitt medju kkalkolat jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. It-tibdil kollu (pereżempju l-mudell tan-negozju, il-livell ta’ kummerċ) ġie inkluż fl-analiżi. Skont kif mitlub mil-liġi, l-attività tal-operatur bħala importatur ma tistax tiġi attribwita għall-qagħda tiegħu bħala produttur.

(375)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjonijiet dwar il-ħsara kif stabbilit fil-premessi (257)-(260) jibqgħu l-istess.

3.   KUMMENTI LI WASLU DWAR IL-KONNESSJONI KAWŻALI BEJN IL-ĦSARA MĠARRBA MILL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI U L-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA OĠETT TA’ DUMPING

(376)

Bosta partijiet interessati qiesu li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-impatt sħiħ ta’ kawżi oħra fuq il-vijabbiltà finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni. B’mod ġenerali, ġie ddikjarat li l-Kummissjoni ħadet approċċ ta’ iżolament lejn l-impatt ta’ kawżi oħra. F’dan il-kuntest ġie affermat li l-valutazzjoni ta’ kull kwistjoni waħidha kienet tfisser li l-effetti kollha, għajr dik ivvalutata dakinhar, kienu attribwiti għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(377)

Bosta partijiet interessati qiesu li l-Kummissjoni ssottovalutat l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. Skont dawn il-partijiet il-prezz medju differenzjat tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kien biss EUR 0.39 ogħla minn dawk tar-RPĊ u l-Vjetnam u għalhekk ikollu impatt sinifikanti fuq l-industrija Komunitarja. Ġie osservat ukoll li, kieku t-tqabbil kien ibbażat fuq valuri mniżżla, minflok fuq il-valuri CIF, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet b’mod partikolari mill-Indja u l-Indoneżja kienu jkunu aktar baxxi minn dawk tal-pajjiżi kkonċernati.

(378)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika l-konklużjoni li kien hemm kompetizzjoni bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. Ġie ddikjarat ukoll li din il-konklużjoni tkun kontradittorja billi diversi taqsimiet fid-dokument ta’ żvelar iddeskrivew kif l-industrija tal-Unjoni hi kkonċentrata lejn il-firxa medja sa dak superjuri. Din is-sejba tqieset diffiċli biex tiġi rikonċiljata mal-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni tikkonpeti mal-prodotti ta’ kwalità baxxa miċ-Ċina u l-Vjetnam. Waħda mill-partijiet interessati qieset li l-Kummissjoni naqset milli tagħti definizzjoni ta’ dawk li għandhom jitqiesu bħala prodotti ta’ kwalità għolja, medja u baxxa u ddikjarat li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li l-industrija tal-Unjoni kienet fil-fatt qed tgħolli l-kwalità tal-prodotti.

(379)

Waħda mill-partijiet interessati qieset li l-Kummissjoni naqset milli tqis l-impatt tal-bidla fil-konsum u tal-kriżi fuq l-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari tqies li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu se jonqsu b’konsegwenza tal-kriżi, meta l-iżviluppi reali fis-sitt xhur wara l-RIP urew tnaqqis fil-volumi u żieda fil-prezzijiet.

(380)

Waħda mill-partijiet interessati qieset li l-Kummissjoni ma pprovditx biżżejjed evidenza li turi li n-nuqqasijiet strutturali ma kinux ir-raġuni għall-problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-industrija. Skont din il-parti, l-argument li skontu l-ħsara kienet teżisti wkoll għall-kumpaniji li kienu biddlu n-negozju, kellu jiġi miċħud għax tqies li bidla fil-mudell tan-negozju bħala tali ma tindikax neċessarjament li ma kienet teżisti l-ebda problema strutturali.

(381)

Minbarra l-kawżi l-oħra msemmija hawn fuq, waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli teżamina fl-analiżi globali ta’ kawżi oħra, l-effetti tat-tfassil mill-ġdid tal-mudell tan-negozju fuq il-profitt tal-produtturi tal-Unjoni u l-effett tat-trasferiment fuq l-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-effett tan-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa.

(382)

ċF’dan il-kuntest ta’ min ifakkar li kienet saret analiżi bir-reqqa u komprensiva ferm ta’ fatturi oħra fil-kuntest tar-reviżjoni. Ta’ min ifakkar ukoll, kif ġie konkluż fil-premessa (285), li dawn il-fatturi ġew analizzati meħuda flimkien kif ukoll individwalment u d-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni kienet qed tuża approċċ ta’ iżolament, għalhekk, ma setgħetx tintlaqa’.

(383)

B’rabta mal-impatt ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-investigazzjoni stabbiliet li hemm differenzi konsiderevoli fil-prezz tal-importazzjoni bejn il-pajjiżi kkonċernati u pajjiżi terzi oħra, li l-biċċa l-kbira minnhom għandhom prezzijiet medji ferm ogħla minn dawk tar-RPĊ u l-Vjetnam. Hu mfakkar mill-premessa (277) li dawn id-differenzi japplikaw ukoll għall-Indja, u meta mqabbla mar-RPĊ, anki għall-Indoneżja. Barra minn hekk, anki jekk wieħed iwarrab id-differenza fil-prezzijiet tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq tal-Indja u l-Indoneżja huwa biss 8 % u 5 % rispettivament, kif imqabbel mas-sehem mis-suq ta’ 29 % tar-RPĊ u l-Vjetnam. F’termini ta’ volumi, l-impatt tal-importazzjonijiet, għaldaqstant, ma jiksirx il-konnessjoni każwali.

(384)

Il-premssa (265) tipprovdi analiżi komprensiva fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn iż-żraben importati mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti fl-Unjoni. F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jżid biss li s-sejbiet dwar il-kumpaniji inklużi fil-kampjun li kienu biddlu l-mudell tan-negozju wrew biċ-ċar li din il-parti tal-industrija kienet qed tersaq lejn firxa ta’ prodotti ta’ kwalità ogħla. Ġiet stabbilita wkoll preżenza sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fil-firxiet medji/superjuri. Fil-fajl mhux kunfidenzjali ġiet ipprovduta wkoll evidenza dwar it-tipi ta’ prodotti mmanifatturati fl-Unjoni kif ukoll dawk tal-importazzjonijiet. Kif diġà ġie stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti, il-firxa “medja/superjuri” tirrifletti essenzjalment prodotti tad-ditta bi prezz bl-imnut ogħla. Il-firxiet baxxi jirriflettu prodotti mhux tad-ditta bi prezzijiet aktar baxxi. Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjoni li l-analiżi tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti kienet nieqsa minn bażi fattwali, ma tistax tintlaqa’.

(385)

Kif jidher fil-premessa (278) u aktar ‘il quddiem, saret analiżi komprensiva dwar l-impatt tal-bidla fix-xejriet tal-konsum. Fir-rigward tal-impatt tal-kriżi ekonomika, fl-investigazzjoni ngħatat attenzjoni biex jiġi żgurat li l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma jkunx attribwit għall-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. F’dan il-kuntest, wieħed għandu l-ewwel nett jenfasizza li l-RIP, li fuqu kienet ibbażata l-analiżi tal-ħsara, ikopri perjodu qabel il-kriżi. Għaldaqstant, l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma kienx rifless fl-analiżi tal-RIP. Meta jitqies il-fatt li għadd ta’ partijiet interessati argumentaw li l-kriżi ekonomika, aktar milli l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, kienet fil-qalba tal-problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-industrija tal-Unjoni, madankollu, twettqet ukoll analiżi addizzjonali li eżaminat b’mod partikolari l-avvenimenti wara l-RIP. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ sitt xhur wara l-RIP ma tiċħadx il-konklużjoni kif spjegata fil-premessa (302) li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jista’ jkabbar l-effett tad-dumping. Il-pressjoni mistennija fuq il-prezzijiet tkun tapplika fuq il-livelli kollha, mhux l-inqas fil-livell tal-imnut. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjoni li l-effett tat-tnaqqis fil-konsum u tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma kienx meqjus, ma tistax tintlaqa’.

(386)

Fid-dokument ingħatat analiżi estensiva tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b’rabta mal-bidla tal-mudell tan-negozju u l-effiċjenza. F’dan il-kuntest, wieħed għandu jżid li l-effett tal-bidla tal-mudell tan-negozju jista’ jidher biċ-ċar fix-xejra li qed titjieb tal-indikaturi ta’ ħsara ta’ dan il-grupp ta’ kumpaniji. It-titjib fir-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-prezzijiet wera li dan il-mudell ġdid tan-negozju kien imfassal fuq l-effiċjenza u huwa vijabbli. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li l-bidla fil-mudell tan-negozju ma jipprovdix evidenza tal-effiċjenza tal-industrija Komunitarja ma tistax tintlaqa’.

(387)

Fl-aħħar nett ta’ min ifakkar li bil-maqlub ta’ dak li ġie ddikjarat, l-impatt tal-bidla fil-mudell tan-negozju fuq il-profitabbiltà, il-bejgħ u l-produzzjoni ġie analizzat u ġie meqjus meta ġiet ivvalutata d-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet problemi strutturali. Bl-istess mod, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (23), l-analiżi qieset ukoll il-mudell tan-negozju li jikkostitwixxi t-trasferiment. Madankollu, saret ukoll valutazzjoni taħt it-taqsima dwar l-interess tal-Unjoni tal-qagħda tal-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u d-dejta kollha mogħtija mill-uniku produttur li kkoopera eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ġiet analizzata bir-reqqa. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni mhux sostanzjata li n-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa huma l-kawża tal-problemi li qed tgħaddi minnhom l-industrija tal-Unjoni, dan l-argument diġà ġie indirizzat fil-premessa (244) u għalhekk mhijiex meħtieġa kjarifka ulterjuri. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tqis fatturi oħra għandha tiġi miċħuda.

K.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   INTRODUZZJONI

(388)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni in ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, i.e. dawk tal-industrija tal-Unjoni, produtturi, importaturi, bejjiegħa bl-imnut/distributuri oħra tal-Unjoni u konsumaturi.

(389)

Sabiex jiġi evalwat l-impatt tal-kontinwazzjoni jew it-terminazzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet interessati rilevanti kollha. Għalkemm mhux strettament neċessarju mill-aspett legali, iżda meta wieħed iqis il-kumplessità tal-każ, ġie meqjus xieraq li tinġabar, meta possibbli, informazzjoni oħra minn firxa wiesgħa ta’ angoli milli hu normali fil-prattika tal-Unjoni. Dan ippermetta lill-awtorità tal-investigazzjoni li tagħmel kontraverifika tal-validità tas-sejbiet. Fejn tidħol l-industrija tal-Unjoni, mhux biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza ġew mitluba li jipprovdu dejta speċifika iżda wkoll prodotturi oħra tal-Unjoni. Flimkien, il-kummenti tal-14-il prodottur tal-Unjoni kif ukoll l-informazzjoni provduta minn disa’ assoċjazzjonijiet tal-industrija tax-xedd tas-saqajn setgħu jitqiesu. Kwestjonarji dwar it-teħid ta’ kampjuni ntbagħtu lil 139 kumpanija li jew kienu magħrufa li huma jew kienu mniżżla fit-talba bħala importaturi tal-prodott ikkonċnernat. Diversi oħrajn irċevew kwestjonarju fuq talba tagħhom. 21 importatur imlew dan il-kwestjonarju tat-teħid tal-kampjuni u wrew xewqa li jkunu inklużi fil-kampjun. Kwestjonarji speċifiċi għall-iskop ta’ dan l-analiżi ntbgħatu wkoll lil assoċjazzjonijiet tal-importaturi kif ukoll lil bejjiegħa bl-ingrossa, distributuri, bejjiegħa bl-imnut u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. F’dan il-kuntest, ġew irċevuti tmien risposti. Finalment, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur ġew ikkuntattjati wkoll b’mistoqsijiet speċifiċi. Tlieta minnhom wieġbu lura.

(390)

Il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hi reviżjoni, li għaldaqstant qed tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping diġà seħħew, tippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri anti-dumping attwali. Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   INTERESS TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(391)

F’dak li jikkonċerna l-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fit-taqsimiet G.2, G.3 u G.4, l-investigazzjoni wriet li parti konsiderevoli tal-produtturi tal-Unjoni kienet kapaċi li tibbenefika mill-impożizzjoni tal-miżuri. Il-waqgħa ekonomika li nstabet fl-investigazzjoni oriġinali u li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi twaqqfet hekk kif it-telfien kontinwu tas-sehem tas-suq, profitti u impjieg ġew fi tmiemhom. Din l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hi fil-fatt meqjusa bħala titjib importanti peress li turi li f’perjodu taż-żmien qasir, parti kbira mill-produtturi tal-Unjoni tista’ treġġa’ lura t-tendenza qawwija ‘l isfel osservata qabel l-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri. Fil-fatt, ir-reviżjoni żvelat li għad hemm produzzjoni/importazzjoni importanti tax-xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda fl-Unjoni, li jammontaw għal madwar 360 miljun par żarbun fl-RIP u li jipprovdu impjieg għal madwar 260 000 persuna. Qed jiġi mfakkar li l-maġġoranza vasta ta’ dawn il-produtturi huma kumpaniji ta’ daqs żgħir sa medju li huma essenzjali għall-prosperità f’ċertu reġjuni. Proporzjon konsiderevoli ta’ dawk il-produtturi żviluppaw mudelli tan-negozju li żiedu l-kompetittività tagħhom pereżempju billi gradwalment imxew ‘il fuq fis-suq, billi kkonċentraw fuq prodotti ta’ valur ogħla, bil-ħolqien ta’ ditti, bl-organizzazzjoni tal-kanali tad-distribuzzjoni tagħhom, bil-ħolqien ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni fil-viċinanza tagħhom jew band’oħra, kif deskritt fil-premessi (201) et seqq. Fir-rigward tal-parti li għadha konsiderevoli, iżda li qed tonqos, tal-industrija tal-Unjoni li s-sitwazzjoni tagħha baqgħet tiddeterjora fl-aspetti kollha, minkejja l-impożizzjoni tal-miżuri, dawn ibbenefikaw mill-miżuri safejn il-miżuri evitaw deterjorazzjoni saħansitra iżjed rapida u falliment potenzjali, billi pprovdewhom bi żmien prezzjuż biex jadattaw għall-kundizzjonijiet tas-suq li dejjem jinbidlu.

(392)

Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni wriet li wara sentejn ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni globalment fraġli u vulnerabbli għall-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping li qed inaqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kif elaborat fil-premessa (259) et seqq.

(393)

Fil-qosor, l-industrija bbenefikat mill-miżuri u wriet il-kapaċità tagħha li ttejjeb is-sitwazzjoni u l-vijabbiltà tagħha hekk kif il-miżuri jnaqqsu l-effetti tad-dumping ta’ ħsara.

(394)

F’dan ir-rigward, diversi partijiet interessati allegaw u tennew wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi li l-miżuri ma kellhomx l-effett mixtieq li jġibu lura parti mis-sehem tas-suq jew mill-produzzjoni lill-produtturi tal-Unjoni, iżda primarjament kienu ta’ benefiċċju għal produtturi ta’ pajjiżi terzi. Qed jiġi osservat li, kif muri fit-tabella 10, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli filwaqt li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied konsiderevolment. Għaldaqstant, mid-dejta bażika diġà ntwera li l-industrija tal-Unjoni stabbilizzat il-pożizzjoni tagħha fuq is-suq minn meta ġew imposti l-miżuri anti-dumping. Fuq sfond ta’ bejgħ u ishma tas-suq li qegħdin dejjem jonqsu kif imsemmi fl-investigazzjoni oriġinali, stabilizzazzjoni f’livell ta’ ca. 40 % tas-sehem tas-suq għandha titqies bħala suċċess importanti għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, qed jiġi sottolineat li miżuri anti-dumping mhumiex imposti biex joħolqu l-impjieg fl-UE jew biex fl-aħħar mill-aħħar iġibu lura l-produzzjoni lejn l-UE (jew biex iwaqqfu l-importazzjonijiet), iżda biex jinġiebu kundizzjonijiet indaqs bejn prodotti tal-UE u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Miżuri anti-dumping huma imposti biss bl-għan li jiġu restawrati l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ħieles fis-suq tal-Unjoni u biex għaldaqstant jippermettu li l-produtturi tal-Unjoni jirkupraw billi jew iżidu l-bejgħ tagħhom u/jew billi jżidu l-prezzijiet tagħhom għal livelli sostenibbli. Barra minn hekk, kif stabbilit fit-tabella 8, dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kellhom prezz medju tal-importazzjoni konsiderevolement ogħla jew kienu magħmula f’volumi relattivament baxxi sabiex l-effett tagħhom fuq il-produtturi tal-Unjoni jinħass inqas. Bħala konklużjoni, il-produtturi tal-UE bbenefikaw mill-impożizzjoni tal-miżuri għax it-telfien kontinwu tas-sehem tas-suq twaqqaf, stabilizzaw il-volumi tal-bejgħ tagħhom u rnexxielhom iżidu l-profitti u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, l-argument ma ġiex aċċettat.

(395)

Jekk il-miżuri jinżammu, jista’ jkun mistenni li l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika mill-miżuri billi mill-inqas iżżomm il-pożizzjoni tas-suq relattiv tagħha u tkompli ttejjibha hekk kif jingħelbu l-effetti negattivi tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-miżuri aktarx li jgħinu biex itaffu l-effett tal-ammont konsiderevoli ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, ta’ prezz baxx billi jevitaw fluss ieħor ta’ importazzjonijiet kif kien osservat qabel ma ġew imposti l-miżuri, partikolarment fl-2005 wara li skadew il-kwoti. Meta wieħed iqis li l-kompetizzjoni żdiedet fis-setturi tal-prodotti, i.e. minħabba tendenzi tal-moda li rriżultaw fl-użu interkambjabbli ta’ tipi ta’ prodotti, il-miżuri jgħinu wkoll biex jipproteġu prodotti manifatturati fil-Unjoni milli jħallu importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping li jidħlu fis-settur tal-prodott tagħhom. Fil-fatt, kif instab fl-investigazzjoni, anke ċerti produtturi fil-pajjiżi kkonċernati mxew ‘il fuq, billi bdew jipproduċu iżjed żraben ta’ livell medju sa għoli. Dan għandu jippermetti li l-industrija tal-Unjoni żżomm il-pożizzjonar relattiv tagħha u għaldaqstant iżżomm rata ta’ impjieg konsiderevoli.

(396)

Jista’ jkun mistenni wkoll li bit-titjib fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u biż-żieda fil-konsum, in-nies ikunu lesti li jonfqu iżjed fuq xedd tas-saqajn u b’mod partikolari fuq xedd tas-saqajn b’valur ogħla, biex b’hekk jibbenefikaw iżjed il-produtturi tal-UE. F’dan ix-xenarju, il-kontinwazzjoni tal-miżuri għandha tippermetti li parti li qed tiżdied tal-produtturi tal-Unjoni (jibqgħu) jiżviluppaw il-mudelli tan-negozju, il-proċess tal-produzzjoni u l-kanali tad-distribuzzjoni tagħhom u b’hekk itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom gradwalment, kif intwera matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni.

(397)

Jekk il-miżuri jiskadu, hu mistenni li l-kompetizzjoni diġà ħarxa, b’mod partikolari fis-settur ta’ livell medju/baxx, għandha tiġi rinforzata konsiderevolment. Ikun mistenni wkoll li din il-kompetizzjoni miżjuda fuq il-prezzijiet fis-settur ta’ kwalità baxxa u medja jkollha effett dirett fuq il-prezzijiet tal-istili l-oħra kollha. Dan imbagħad aktarx li jipperikola wkoll il-grupp kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li rnexxielhom jirridefinixxu l-mudell tan-negozju tagħhom u li jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom. Peress li s-sitwazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ dawn il-produtturi mhumiex robusti biżżejjed biex jifilħu għall-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata minn ammonti kbar ta’ importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping li konsiderevolment naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għal perjodu taż-żmien estiż, dan aktarx li jwassal għal ħafna produtturi oħra li jgħibu u għal telfien konsiderevoli ta’ impjieg dirett ta’ produtturi tal-UE u fornituri ta’ oġġetti u servizzi għall-industrija tal-Unjoni.

3.   ANALIŻI ADDIZZJONALI DWAR L-INTERESS TAL-MANIFATTURI TAL-UNJONI

(398)

Sabiex tinkiseb stampa iżjed sħiħa tal-interess tal-manifatturi tal-Unjoni u lil hinn mill-analiżi standard tal-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni in ġenerali, inġabret informazzjoni addizzjonali permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija tax-xedd tas-saqajn u l-kumpaniji inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, produttur wieħed li koopera li kien ġie eskluż mill-industrija tal-Unjoni iżda li għad għandu produzzjoni konsiderevoli fl-UE ssottometta l-opinjonijiet tiegħu.

(399)

L-informazzjoni addizzjonali miġbura mill-assoċjazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn nazzjonali wriet stampa mħallta, dipendenti l-iżjed fuq jekk hemmx produzzjoni tax-xedd tas-saqajn konsiderevoli fl-Istat Membru li fadal jew jekk il-pajjiż kellux interessi tal-importazzjoni importanti. Filwaqt li ħames assoċjazzjonijiet nazzjonali bi produzzjoni tax-xedd tas-saqajn importanti appoġġjaw il-kontinwazzjoni tal-miżuri u wrew il-benefiċċji tal-miżuri għall-produtturi tax-xedd tas-saqajn nazzjonali tagħhom, erba’ assoċjazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw pajjiżi fejn il-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn hi fil-biċċa l-kbira tagħha jew kollha kemm hi trasferita lejn pajjiżi terzi jew b’kapaċità tal-produzzjoni importanti iżda wkoll b’importazzjonijiet konsiderevoli, qalu li l-kontinwazzjoni tal-miżuri in ġenerali tmur kontra l-interess tal-Unjoni. L-assoċjazzjonijiet imsemmija l-aħħar irrappreżentaw iżjed kumpaniji li kienu qed jimpurtaw jew jiddistribwixxu/ibiegħu bl-imnut sa estent konsiderevoli. Għaldaqstant, l-opinjonijiet tagħhom ġew ikkunsidrati wkoll taħt il-premessi li jitrattaw mal-interessi ta’ importaturi u bejjiegħa bl-imnut mhux relatati msemmija hawn taħt. Bħala bilanċ, il-volum totali tal-produzzjoni li kien jammonta għal dawn l-erba’ assoċjazzjonijiet kien konsiderevolment iżjed baxx minn dak tal-ħames assoċjazzjonijiet li argumentaw li l-miżuri kienu jibbenefikaw lill-manifatturi.

(400)

Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali ġew ikkuntattjati wkoll sabiex jikkumplimentaw l-istampa u janalizzaw uħud mill-allegazzjonijiet magħmula li l-industrija tal-Unjoni kienet għebet u għaldaqstant ma bbenefikatx mill-impożizzjoni tal-miżuri. Din il-ġabra ta’ informazzjoni addizzjonali mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun qabel kienet ġustifikata wkoll taħt l-aspetti tal-interess tal-Unjoni għax is-settur tax-xedd tas-saqajn fl-Unjoni jappartjeni għal industrija li hi tant maqsuma u eteroġenja li l-kampjun tal-ħsara hu inevitabbilment żgħir.

(401)

Din il-ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ta’ qabel kienet tindika li l-kumpaniji kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali żammew parti konsiderevoli tal-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni. In ġenerali, kienu favorevoli għall-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping u indikaw l-effett pożittiv tagħhom għall-impjieg fil-Unjoni. Fl-istess ħin, ħafna minnhom parzjalment iddelokalizzaw partijiet mill-produzzjoni taż-żraben tagħhom barra mill-Unjoni inkluż wieħed mill-pajjiżi kkonċernati u segwew soluzzjonijiet kumplimentari fl-istrateġija tan-negozju tagħhom sabiex itejbu l-kompetittività. Dawk li jibqgħu jipproduċu biss ġewwa l-Unjoni jispeċjalizzaw fi prodotti ta’ livell u kwalità ogħla bi żmien tal-produzzjoni relattivament qasir. Ir-risposti ta’ dawk il-produtturi li kienu ġew inklużi fil-kampjun ta’ qabel ikkonfermaw li, kif ġie deskritt fil-parti tal-ħsara għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ġew żviluppati mudelli tan-negozju differenti u wħud mill-produtturi tal-Unjoni adattaw għaċ-ċirkostanzi tas-suq li jinbidlu b’numru ta’ azzjonijiet, inkluż it-trasferiment ta’ parti mill-produzzjoni lejn pajjiżi terzi u/jew fi ħdan l-Unjoni, il-bidla tal-kanali tal-bejgħ, l-investiment fil-kwalità u l-immaġni tad-ditta eċċ. Dawn ir-risposti kkonfermaw ukoll l-istampa ġenerali deskritta hawn fuq dwar il-benefiċċji taż-żamma tal-miżuri u l-iżvantaġġi tat-tħassir tagħhom għall-industrija tal-Unjoni.

(402)

Fl-aħħar nett, sabiex ikun hemm stampa iżjed kompluta tal-interessi tal-manifattura fl-Unjoni, ġiet analizzata wkoll ir-risposta mill-produttur eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dan kien issottometta risposta konsolidata tal-attivitajiet Ewropej tagħha kollha kif ukoll risposti speċifiċi miż-żewġ operazzjonijiet tal-manifattura Ewropej tiegħu. Dan il-produttur kien oppona t-talba tar-reviżjoni għax kienet kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping in kwistjoni.

(403)

Il-kumpanija għandha żewġ faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Unjoni li huma operazzjonijiet tal-immuntar, li jużaw il-partijiet ta’ fuq taż-żraben li jkunu ġew manifatturati fl-Asja. Minkejja dan, il-volumi tal-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ impjanti naqsu konsiderevolment bejn l-2005 u l-RIP. Filwaqt li fl-2005, ix-xedd tas-saqajn impurtat kien jirrappreżenta inqas minn nofs il-volumi taż-żraben mibjugħin minn din il-kumpanija, dan il-perċentwal żdied konsiderevolment sal-RIP li fih il-maġġoranza tax-xedd tas-saqajn mibjugħ mill-kumpanija kienet xirja diretta mill-Asja. Intelliġenza tas-suq iżjed riċenti tindika li l-kumpanija qed tkompli tnaqqas l-attivitajiet tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni u tibdel dawn il-kwantitajiet bl-importazzjonijiet.

(404)

Għalkemm il-kumpanija kienet konsiderevolment naqqset l-attivitajiet tal-manifattura tagħha fl-Unjoni, dan kien irriżulta biss fi tnaqqis ħafif fl-impjieg ġenerali fi ħdan l-Unjoni. Kien jidher li, mill-2005, il-kumpanija kienet żiedet id-dħul globali tagħha u żiedet konsiderevolment il-profitti tagħha. Dan kien wassal għal iżjed impjiegi fl-Unjoni f’oqsma oħra barra dak tal-manifattura (amministrazzjoni, disinn u żvilupp, tqegħid fis-suq u bejgħ, eċċ.). Mill-informazzjoni disponibbli, kien jidher li filwaqt li d-dazji anti-dumping kellhom impatt negattiv fuq ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija, ma kinux tant konsiderevoli għax il-profitt ġenerali tjieb. L-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping ma kinitx tostakola l-kumpanija milli tibqa’ għaddejja bit-trasferiment tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi, inklużi lejn il-pajjiżi kkonċernati. Min-naħa l-oħra, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma wasslitx lill-kumpanija li żżid l-attivitajiet tal-produzzjoni tagħha fl-Unjoni lanqas. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-attivitajiet tal-produzzjoni jidhru li ttieħdu fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż usa’.

(405)

Jekk il-miżuri jinżammu, il-kumpanija aktarx tibqa’ tiġi affetwata mid-dazji anti-dumping, għax aktarx li tibqa’ timporta mill-pajjiżi kkonċernati. L-isfera ta’ dan l-impatt negattiv tad-dazji aktarx se jibqa’ ma jkunx konsiderevoli, peress li l-kumpanija tista’ tiddiversifika s-sorsi tal-importazzjoni tagħha, kif għamlet fil-passat. Jekk il-miżuri jitħassru, mill-banda l-oħra, il-kumpanija tibbenefika minħabba l-importazzjonijiet tagħha mill-pajjiżi kkonċernati u tista’ aktarx tkompli żżid il-profitti tagħha.

(406)

B’konklużjoni, analiżi raffinata ta’ produtturi oħra tal-Unjoni tikkonferma s-sejbiet ġenerali, i.e. il-produtturi żviluppaw diversi mudelli tan-negozju u ħafna minnhom dehru li bbenefikaw mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, għax irrappurtaw li kellhom titjib ħafif tas-sitwazzjoni tagħhom u żiedu l-kompetittività tagħhom billi adattaw, inter alia, l-istrateġiji tal-produzzjoni u l-kanali tal-bejgħ. Għaldaqstant, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li ħafna minn dawn il-produtturi għandhom ikomplu jibbenefikaw miż-żamma tal-miżuri mill-inqas safejn hi kkonċernata d-deċiżjoni tagħhom li jinżammu l-attivitajiet tal-produzzjoni fl-UE. Min-naħa tagħhom, dawn il-produtturi jsofru wkoll jekk il-miżuri jiskadu għax l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jeżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet fuq is-setturi kollha tal-prodotti li jipproduċu huma.

(407)

L-effetti negattivi fuq xi produtturi li jkunu għamlu trasferiment tal-produzzjoni lejn il-pajjiżi kkonċernati aktarx jibqgħu ma jkunux sproporzjonati, kif intwera fil-passat u peress li l-miżuri ma fixklux lil dawn il-produtturi milli jibqgħu jagħmlu trasferiment lejn il-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, l-impatt tad-dazji anti-dumping fuq dawn il-produtturi tkun tiddependi l-iżjed fuq id-deċiżjoni tal-akkwisti tagħhom. Għalhekk, ikun f’idejn il-kumpaniji li jġestixxu l-impatt tad-dazji anti-dumping.

4.   INTERESS TAL-IMPORTATURI MHUX RELATATI

4.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(408)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li tista’ ssir distinzjoni bejn żewġ kategoriji ewlenin ta’ importaturi. Kategorija waħda tikkonsisti f’kumpaniji li jimpurtaw u jbiegħu mill-ġdid iż-żraben tad-ditta tagħhom, li l-produzzjoni tagħhom tkun ġejja minn trasferiment f’pajjiżi terzi. Dawn il-kumpaniji normalment ikollhom attivitajiet konsiderevoli fl-Unjoni, eż. fid-disinn, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-akkwist ta’ materja prima, u xi drabi anke l-katina tad-distribuzzjoni tagħhom. Minn dan isegwi li din il-kategorija ta’ importaturi għandha attivitajiet “li jżidu l-valur” il-Unjoni fejn normalment iħaddmu numru relattivament għoli ta’ nies. It-tieni kategorija tikkonsisti f’importaturi li huma negozjanti puri li n-negozju tagħhom hu iżjed iffokat fuq volumi u inqas fuq ditti – dawn jinnegozjaw l-iżjed fi żraben b’“tikketta privata”. Dawn l-importaturi in ġenerali għandhom spejjeż strutturali iżjed baxxi u inqas attivitajiet bil-valur miżjud fl-Unjoni.

(409)

Instab li fi ħdan dawn iż-żewġ kategoriji ewlenin, hemm mudelli tan-negozju differenti. Pereżempju, fl-ewwel kategorija wieħed jista’ jiddistinwgi bejn ditti ta’ oriġini Ewropea, iżda wkoll ditti mhux Ewropej, u xedd tas-saqajn formali kif ukoll xedd tas-saqajn informali. Fit-tieni kategorija wieħed isib importaturi li għandhom il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut tagħhom, iżda wkoll importaturi li jbiegħu biss lil bejjiegħa bl-ingrossa/distributuri. Uħud mill-kumpaniji f’din it-tieni kategorija jinnegozjaw biss fi żraben bit-tikketta privata, iżda oħrajn ikollhom ukoll ftehim ta’ akkwisti speċifiċi ma’ ditti stabbiliti, u/jew ftehim ta’ liċenzjar, u/jew negozju bi sħab.

(410)

Minħabba d-diversità fost l-importaturi, kif deskritt hawn fuq, u sabiex tingħata stampa kompluta kemm jista’ jkun possibbli, is-sitwazzjoni tal-importaturi ġiet analizzata minn diversi angoli differenti. L-ewwel nett, il-kummenti rċevuti mill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ġew analizzati. Barra minn hekk, id-dejta statistika kif ukoll il-pubblikazzjonijiet rilevanti ġew ukoll ikkonsultati u użati f’dan ir-rigward. Finalment, għal xi dejta ekonomika ewlenija, intużat l-informazzjoni vverifikata tal-kampjun tal-importaturi.

(411)

Kif imsemmi hawn fuq, għat-twaqqif ta’ xi dejta ekonomika ewlenija, ġie deċiż li jittieħed kampjun tal-importaturi. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi tal-fatt li l-investigazzjoni oriġinali wriet li n-numru ta’ importaturi li kkooperaw kien għoli u ħafna minnhom kienu bagħtu risposta għall-kwestjonarju. Għaldaqstant tqies li hu xieraq, f’din ir-reviżjoni tal-iskadenza, li jiġi applikat it-teħid ta’ kampjuni.

(412)

Kif diġà ssemma fil-premessa (37), mill-21 importatur tal-Unjoni li prreżenta ruħu u li wera interess li jikkoopera fl-investigazzjoni, tmienja ġew inklużi fil-kampjun. Il-kampjun kien jikkonsisti fl-akbar ħames kumpaniji f’termini ta’ volum u valur tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni flimkien ma’ ftit importaturi żgħar; dawn tal-aħħar sabiex ikollhom kampjun aktar rappreżentattiv tal-partijiet li joffru kooperazzjoni bil-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, il-lokazzjoni ġeografika u s-setturi tal-prodott innegozjati. Il-kumpaniji iklużi fil-kampjun kienu jikkostitwixxu n-numru massimu ta’ kumpaniji li setgħu jiġu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli. Skont iċ-ċifri disponibbli f’dak l-istadju tal-investigazzjoni, l-importaturi inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal madwar 18 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul l-RIP. Waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, għalkemm kienet indikat interess li tkun inkluża fil-kampjun, finalment ma rrispondietx il-kwestjonarju u l-isforzi kollha biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni ta’ dan l-importatur żgħir kienu inutli. Għaldaqstant, din il-kumpanija eventwalment kellha tiġi eskluża mill-kampjun. Is-seba’ importaturi oħra inklużi fil-kampjun ikkooperaw b’mod sħiħ mal-investigazzjoni u bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limiti taż-żmien stipulati.

(413)

Kif imsemmi hawn fuq, id-dejta vverifikata tal-importaturi inklużi fil-kampjun, fuq bażi aggregata, ġiet, inter alia, permessa għal analiżi dettaljata ta’ ċertu parametri ekonomiċi ewlenin li, minħabba n-numru kbir ta’ operaturi, setgħet tinkiseb biss permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Madankollu, l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-importaturi ma ġietx limitata għall-informazzjoni provduta fil-qafas tal-eżerċiżzju tat-teħid ta’ kampjuni. L-istudji speċjalizzati tal-istampa u s-suq kif ukoll l-informazzjoni mitluba u rċevuta minn partijiet interessati ġew ikkunsidrati wkoll fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. L-użu ta’ din l-informazzjoni kompliet żgurat li l-mudelli tan-negozju ewlenin kollha attivi f’dan is-settur kienu rappreżentati biżżejjed fl-analiżi.

(414)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata tal-importaturi inklużi fil-kampjun u informazzjoni oħra fuq il-fajl, hu stmat li l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid lil distributuri/bejjiegħa bl-imnut tal-prodott ikkonċernat provdiet impjieg lil madwar 23 000 persuna fl-Unjoni matul l-RIP.

4.2.   Volumi tal-importazzjoni

(415)

Kif ġie diġà rifless fit-tabella 4, id-dejta tal-Eurostat turi li, mill-2005, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat naqsu konsiderevolment b’ca. 90 miljun par. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet taż-żraben tal-ġilda minn pajjiżi oħra żdiedu b’ca. 43 miljun par għal 201 miljun par. Ir-riżultat hu li, fejn fl-2005, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Vjetnam kien ferm ogħla (+80 %) mill-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha, matul l-RIP, il-livell tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kien qabeż il-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Vjetnam b’4 %. Id-dejta tal-Eurostat turi wkoll li mill-2005, l-importazzjonijiet ġenerali tal-prodott in kwistjoni naqas bi 11 %.

(416)

Importatur kbir li kkoopera mal-investigazzjoni li iżda ma pparteċipax fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni rraporta evoluzzjoni simili tal-importazzjonijiet. Din il-kumpanija ssottomettiet li x-xiri tagħha tal-prodott ikkonċernat naqas b’25 % mill-2005, filwaqt li l-importazzjonijiet taż-żraben tal-ġilda minn pajjiżi oħra naqsu konsiderevolment.

(417)

Fir-rigward tal-importaturi inklużi fil-kampjun, l-importazzjonijiet taż-żraben tal-ġilda matul il-perjodu 2005 - RIP żviluppaw kif ġej fit-termini tal-volumi:

Tabella 19

Volumi tal-importazzjoni tal-importaturi inklużi fil-kampjun (pari)

 

2005

2006

2007

RIP

Ir-RPĊ u l-Vjetnam

29 761 231

30 806 163

26 616 891

29 577 492

indiċjat

100

104

89

99

Pajjiżi oħra

13 181 962

16 077 607

22 680 174

28 096 596

indiċjat

100

122

172

213

(418)

Skont id-dejta statistika ġenerali, l-importaturi inklużi fil-kampjun żiedu konsiderevolment ix-xirjiet taż-żraben tal-ġilda tagħhom minn pajjiżi oħra. Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Vjetnam baqgħu pjuttost stabbli mill-2005, b’ċertu tnaqqis fl-2007, iżda bl-irkupru fl-RIP għal kważi l-istess livell bħal fl-2005. Għaldaqstant isegwi li, fir-rigward tal-importaturi inklużi fil-kampjun, il-volum ġenerali tax-xedd tas-saqajn innegozjat żdied b’madwar 1/3 mill-2005, b’tendenza stabbli mill-pajjiżi kkonċernati, minkejja l-miżuri anti-dumping imposti, u tendenza li qed tiżdied minn pajjiżi terzi. Mill-pajjiżi terzi li jkunu bbenefikaw minn dawn il-volumi tal-importazzjoni miżjuda, l-Indoneżja u l-Indja bbenefikaw l-iżjed.

(419)

It-tendenza tax-xiri tal-kampjun mill-pajjiżi kkonċernati hi stabbli u ma tikkorispondix mat-tendenza osservata fil-Eurostat (tnaqqis konsiderevoli). Ħarsa mill-viċin lejn il-kampjun tissuġġerixxi li t-tendenza stabbli għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati toħroġ mill-fatt li wieħed mill-akbar importaturi inklużi fil-kampjun – għall-kuntrarju tat-tendenza mhux biss tal-Eurostat iżda wkoll tal-importaturi l-oħra inklużi fil-kampjun – mhux biss żied sew ix-xirjiet tiegħu minn pajjiżi terzi iżda, sabiex jilħaq id-domanda, żied konsiderevolment ukoll l-importazzjonijiet tiegħu mill-pajjiżi kkonċernati, biex b’hekk kien hemm tpaċija tat-tendenza ġenerali tat-tnaqqis ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-kampjun. Meta wieħed iqis dan, ġie konkluż li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott in kwistjoni fil-kampjun hi konformi mal-analiżi kwantitattiva tal-bażi ta’ dejta tal-Eurostat, i.e. tnaqqis ġenerali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

4.3.   Prezzijiet tax-xiri

(420)

Kif muri fit-tabelli 5 u 8, id-dejta tal-Eurostat tissuġġerixxi li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni taż-żraben tal-ġilda mill-pajjiżi kkonċernati u l-pajjiżi terzi kienu żdiedu t-tnejn mill-2005, u l-prezzijiet tal-importazzjoni CIF taż-żraben tal-ġilda minn pajjiżi terzi anke ftit iżjed mill-prezzijiet tal-importazzjoni CIF taż-żraben tal-ġilda mill-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, meta wieħed iqis li t-taħlita taż-żraben impurtati kellha impatt konsiderevoli fuq il-prezzijiet u li din it-taħlita għall-pajjiżi kollha tal-esportazzjoni setgħet inbidlet konsiderevolment, il-prezzijiet medji li jistgħu jiġu kkalkulati mill-volumi u l-valuri tal-Eurostat rappurtati mhumiex neċessarjament l-iżjed preċiżi biex jiġu stabbiliti t-tendenzi tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, it-tendenza tal-prezzijiet tal-kampjun tal-importaturi tista’ titqies li hi iżjed konsiderevoli għax it-taħlita tal-prodotti tal-importaturi aktarx li nbidlet inqas peress li dawk il-kumpaniji huma kollha speċjalizzati f’ċerti tipi u stili ta’ xedd tas-saqajn għal perjodu taż-żmien twil.

(421)

Kif deskritt fil-premessi (412) u (408) et seqq., l-importaturi inklużi fil-kampjun irrappreżentaw diversi mudelli tan-negozju differenti li rriżultaw, inter alia, f’differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet medji għal kull importatur. Barra minn hekk, uħud mill-importaturi nnegozjaw ħafna miljuni ta’ pari kull sena, filwaqt li oħrajn innegozjaw “biss” ftit mijiet t’eluf ta’ pari fis-sena. It-tielet nett, għal uħud mill-importaturi individwali, il-volumi nnegozjati – u, għaldaqstant, il-piż tagħhom fil-kampjun – iċċaqlaq ħafna matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dawk ir-raġunijiet, ġie meqjus li r-riżultati medji kkalkulati għandhom jiġu kumplimentati b’analiżi medja tal-aritmetika sabiex tinkiseb stampa kompluta tat-tendenzi rilevanti.

(422)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-importaturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu 2005-RIP kienu dawn li ġejjin:

Tabella 20

Prezzijiet medji tal-importazzjoni ta’ importaturi inklużi fil-kampjun (EUR)

 

2005

2006

2007

RIP

Ir-RPĊ u l-Vjetnam

CIF: medja kkalkulata

11,10

11,81

10,24

10,07

Indiċjat

100

106

92

91

CIF: medja aritmetika

10,17

11,42

10,54

10,42

Indiċjat

100

112

104

102

Prezz tal-iżbark (*2): medja kkalkulata

11,72

13,43

12,12

11,88

Indiċjat

100

115

103

101

Prezz tal-iżbark (*2): medja aritmetika

10,74

12,98

12,48

12,30

Indiċjat

100

121

116

115

Pajjiżi oħra

CIF: medja kkalkulata

13,11

12,71

10,85

10,46

Indiċjat

100

97

83

80

CIF: medja aritmetika

12,21

12,56

12,59

11,53

Indiċjat

100

103

103

94

(423)

Analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjoni CIF mir-RPĊ u l-Vjetnam mill-2005, i.e. l-aħħar sena mingħajr miżuri anti-dumping, sa ma l-RIP turi żieda bi 2 % (medja aritmetika) jew tnaqqis b’9 % (medja kkalkulata). In ġenerali, id-dejta analizzata turi prezzijiet tal-importazzjoni stabbli jew li jonqsu ftit qabel id-dazji tal-importazzjoni u anti-dumping. Fiż-żewġ xenarji, il-prezzijiet tal-importazzjoni qabel id-dazji żdiedu ħafna fl-2006 u naqsu wara.

(424)

Fl-istess żmien, il-prezzijiet tal-importazzjoni CIF taż-żraben tal-ġilda minn pajjiżi oħra waqgħu taħt iż-żewġ evalwazzjonijiet (-20 % sa -6 %). B’konsegwenza ta’ dan, il-qabża bejn il-prezz tal-importazzjoni ta’ żraben tal-ġilda qabel id-dazji mill-pajjiżi kkonċernati u pajjiżi oħra naqset, bejn wieħed u ieħor minn EUR 2,00 għal kull par għal EUR 1,00 (f’perċentwali: minn ca. 20 % għal ca. 10 % - medji aritmetiċi) jew minn EUR 2,00 għal EUR 0,50 (f’perċentwali: minn ca. 20 % għal ca. 5 % - medji kkalkulati). Id-dazji anti-dumping huma miżjuda biss fil-każ tar-RPĊ u l-Vjetnam. Il-prezzijiet tal-iżbark medji (i.e. prezzijiet tal-importazzjoni inklużivi tal-ispejjeż tal-importazzjoni, id-dazji tal-importazzjoni u, jekk applikabbli, id-dazji anti-dumping) taż-żraben tal-ġilda mir-RPĊ u l-Vjetnam min-naħa l-waħda u minn pajjiżi oħra min-naħa l-oħra issa jistgħu jitqiesu li huma f’livelli iżjed komparabbli. Għaldaqstant, il-prezzijiet taż-żraben tal-ġilda prodotti f’pajjiżi oħra jsiru iżjed attraenti meta mqabbla mal-prezzijiet taż-żraben prodotti fil-pajjiżi kkonċernati.

4.4.   Prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid

(425)

Fejn jidħlu l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur, inkisbet informazzjoni dettaljata permezz tal-kampjun tal-importaturi. Il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi inklużi fil-kampjun taħt reviżjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 21

Prezzijiet medji tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi inklużi fil-kampjun (EUR)

 

2005

2006

2007

RIP

Medja kkalkulata

34,62

36,97

33,68

32,28

indiċjat

100

107

97

93

Medja aritmetika

27,09

29,72

28,46

29,24

indiċjat

100

110

105

108

(426)

Id-dejta t’hawn fuq tindika prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid stabbli jew li jiżdiedu bil-mod matul il-perjodu 2005 - RIP. Fl-2006, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid żdiedu minn 7 % għal 10 % li hi żieda simili għaż-żieda tal-prezzijiet tax-xiri CIF fl-2006 (ara l-premessa (422) t’hawn fuq). Mill-2006 sal-RIP, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid naqsu.

(427)

L-investigazzjoni ma ġabet l-ebda informazzjoni jew provi, li jindikaw li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ importaturi oħra kienu se jiżviluppaw f’direzzjoni differenti minn kif deskritt hawn fuq.

4.5.   Profittabilità

(428)

Fir-rigward tal-importaturi inklużi fil-kampjun, il-profitabbiltà ġiet stabbilita fuq il-kombinazzjoni tal-istampa tal-prezzijiet tal-importazzjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li għadha kemm ġiet deskritta u l-iżvilupp tal-fatturi tal-ispejjeż l-oħra tal-importaturi. Wara l-iżvelar, xi wħud mill-importaturi inklużi fil-kampjun ikkontestaw id-dejta li ntużat dwar il-profitt individwali tagħhom u talbu biex tiġi aċċettata r-reviżjoni tad-dejta. Xi wħud minn dawn it-talbiet intlaqgħu u xi żbalji klerikali ġew ikkoreġuti. L-istampa tal-profitabbiltà riveduta hija kif ġej:

Tabella 22

Profitt medju fuq il-prodott ikkonċernat miksub mill-importaturi inklużi fil-kampjun

(profitt nett qabel it-taxxi/dħul)

 

2005

2006

2007

RIP

Medja kkalkulata

36,2  %

18,1  %

20,5  %

20,4  %

Medja aritmetika

29,6  %

17,8  %

20,7  %

21,3  %

Nota: eskluż il-profitt fuq il-bejgħ tal-importaturi lill-konsumaturi (bejgħ bl-imnut).

(429)

Iċ-ċifri t’hawn fuq ġew ikkalkulati fuq il-bażi taċ-ċifri tal-profitt fuq il-prodott ikkonċernat, kif ġie rappurtat mill-importaturi inklużi fil-kampjun. F’xi każijiet, iċ-ċifri rappurtati kellhom jiġu riveduti wara l-verifika fuq il-post. Kif ġie ddikjarat hawn fuq, wara l-iżvelar definittiv, erba’ importaturi inklużi fil-kampjun ikkontestaw l-analiżi tal-profitabbiltà individwali tagħhom u tennew li d-dejta riveduta kif ippreżentata wara l-verifika fuq il-post għandha tintlaqa’. Fir-rigward ta’ importatur wieħed inkluż fil-kampjun, ta’ min jinnota li t-talba tiegħu dwar l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) ġiet milqugħa parzjalment billi ġie kkoreġut żball klerikali, u dan wassal għal tnaqqis żgħir fil-profitabbiltà tal-kampjun kif żvelat lill-partijiet interessati. Madankollu, it-talba tiegħu biex jiġu aċċettati l-SG&A kif irrapportati oriġinarjament u biex, barra minn hekk, jitqies l-ammont konsiderevoli ta’ drittijiet li allegatament kellhom jitħallsu lill-kumpanija relatata tiegħu barra mill-Unjoni, għandha tiġi miċħuda. Fir-rigward tal-SG&A kif ġew irrapportati oriġinarjament, waqt iż-żjara ta’ verifika, dawn instabu li ġew minfuħa billi l-kumpanija ma setgħetx tiġġustifika l-ammonti ddikjarati. Għaldaqstant saret korrezzjoni bbażata fuq dokumenti li waslu waqt iż-żjara ta’ verifika. Fir-rigward tal-ispejjeż allegati għad-drittijiet, dan l-ammont ġie ddikjarat biss wara ż-żjara ta’ verifika u d-dikjarazzjoni ma ġietx issostanzjata biżżejjed. Fir-rigward tat-tieni importatur inkluż fil-kampjun, dan ukoll enfasizza t-talba tiegħu biex id-dejta tal-profitabbiltà riveduta bbażata fuq il-profitt, irrapportata f’formola li ġiet allegatament ippreżentata lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, tiġi aċċettata. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kumpanija kienet ippreżentat tabella tal-profitabbiltà għall-prodott ikkonċernat li ġiet ikkonfermata matul il-verifika billi setgħet tiġi rrikonċiljata għal kollox mal-kontijiet verifikati u dejta oħra disponibbli.

Id-dokument mibgħut wara l-verifika semma biss livell ta’ profitt globali għall-“Ewropa” u inkluda l-prodotti kollha u probabbilment anki dawk l-operazzjonijiet barra mis-27 Stat Membru, iżda ġeografikament fl-Ewropa (l-Iżvizzera, il-Balkani). Din il-formola ma setgħetx titqabbel mad-dejta verifikata fuq il-post u għalhekk it-talba ġiet miċħuda. Fis-sottomissjoni tagħha wara l-iżvelar, il-kumpanija pprovdiet aktar dettalji f’dan ir-rigward, iżda minħabba s-sottomissjoni tard u n-nuqqas ta’ evidenza ssostanzjata, xorta waħda ma setgħetx tiġi milqugħa. It-tieni talba ta’ din il-kumpanija hi marbuta ma’ ċerti elementi ta’ spejjeż li kellhom jitqiesu, li tnejn minnhom ma setgħux jiġu konnessi mal-informazzjoni verifikata fuq il-post. Madankollu, ġie aċċettat li jiġi kkunsidrat it-tielet element ta’ spiża li ġie vverifikat għal kollox waqt il-verifika imma dak tħalla barra mit-tabella bi żball. L-impatt fuq il-profitabbiltà globali kien madankollu limitat. It-tielet importatur oriġinarjament ippreżenta biss dejta tal-profitt għal parti żgħira tal-operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni. Id-dejta ppreżentata ma tistax titqies rappreżentattiva għall-operazzjonijiet tal-kumpanija fl-Unjoni b’mod ġenerali minħabba li jeżistu differenzi konsiderevoli bejn ir-reġjuni fir-rigward tal-ispejjeż u d-dħul. Għaldaqstant, id-dejta tal-profitt ġiet ikkumplimentata waqt il-verifika fuq il-post miċ-ċifri relatati mal-bqija tal-operazzjonijiet imwettqa fl-Unjoni u bbażati fuq l-informazzjoni kollha disponibbli li tista’ tiġi vverifikata. Il-kumpanija kkontestat ir-riżultat ta’ dik il-komputazzjoni u fi tmiem il-verifika, ippreżentat tabella tal-profitabbiltà riveduta li kienet differenti mill-komputazzjoni tal-Kummissjoni f’element wieħed biss, i.e. l-ispiża tax-xiri. Billi din l-ispiża tax-xiri proposta ma setgħetx, madankollu, titqabbel mal-informazzjoni disponibbli, bil-maqlub tal-ispejjeż tax-xiri kif stabbiliti mill-Kummissjoni, it-tabella riveduta ma ġietx milqugħa. Għaldaqstant, it-talba ġiet miċħuda u ntużat id-dejta ta’ profitabbiltà kif stabbilita waqt il-verifika fuq il-post. Wara l-iżvelar, ir-raba’ importatur ikkontesta d-dejta dwar il-profitabbiltà tiegħu stess li ġiet ippreżentata, verifikata u aċċettata mingħajr aġġustamenti ulterjuri waqt il-verifika fuq il-post, billi argumenta li l-metodoloġija kollha użata ma kinitx korretta. Iżda billi l-kumpanija ma ssuġġerietx metodoloġija differenti li għandha tiġi applikata biex jiġi stabbilit il-profitt fuq il-prodott ikkonċernat, it-talba trid tiġi miċħuda minħabba li mhijiex issostanzjata.

(430)

Qed jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, ir-risposti tal-kwestjonarju mill-importaturi li kkooperaw kienu jindikaw profitt nett tal-medja kkalkulata ta’ 12 % għall-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005. F’din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, id-dejta verifikata tal-importaturi inklużi fil-kampjun madankollu wriet li l-profitt medju kkalulat ta’ dawn l-importaturi inklużi fil-kampjun fl-2005 kien ‘il fuq minn 20 %. Fl-2006, kien hemm tnaqqis konsiderevoli fil-profitti, b’iżjed minn 18-il punt perċentwali fuq bażi ta’ medja kkalkulata u bi qrib it-12-il punt perċentwali fuq medja aritmetika. Kien jidher li ħafna mill-kuntratti ta’ bejgħ kienu diġà ġew maqbula qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji f’Marzu tal-2006 u f’ħafna każijiet, il-prezzijiet tal-bejgħ maqbula ma kinux ikkunsidraw l-impożizzjoni possibbli ta’ dazji anti-dumping. B’konsegwenza, il-profitt tal-importaturi inklużi fil-kampjun miksub fuq il-prodott ikkonċernatnaqas fl-2006. Fl-2007 u fl-RIP il-profitt reġa’ żdied, iżda għadu 8-16–il punt perċentwali taħt il-profitt miksub fl-2005.

(431)

Peress li wara Marzu tal-2006, ħafna mill-importaturi inklużi fil-kampjun adattaw il-kanali tal-akkwisti u l-politika tal-ipprezzar tagħhom skont iċ-ċirkostanzi li kienu qed jitbiddlu, i.e. l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, twettqet analiżi iżjed mill-viċin tal-fatturi li qed jolqtu l-profitti sa mill-2007. Dan li ġej jista’ jiġi osservat. L-ewwel nett, filwaqt li t-tnaqqis fil-profitti fl-2006 jista’ jiġi attribwit l-iżjed għad-dazji anti-dumping, fl-2007 u fl-RIP kien hemm fatturi oħra, speċifiċi għall-kumpaniji, li kien qed ikollha impatt negattiv importanti fuq il-profitt tal-kampjun tal-importaturi. Fl-2007 u l-RIP ċertu importaturi inklużi fil-kampjun kellhom żidiet konsiderevoli fl-ispejjeż SG&A, li rriżultaw f’marġini gross li ddeterjoraw ħafna. Dan kellu effett fuq il-profitt ikkalkulat għall-kampjun in ġenerali. Ma nstabet l-ebda raġuni komuni, bħal pereżempju spejjeż tat-tqegħid fis-suq ogħla għal avvenimenti sportivi, għal din iż-żieda fl-ispejjeż SG&A għal dawk l-importaturi inklużi fil-kampjun.

(432)

Fl-istess ħin, ġie osservat li r-rata tal-kambju bejn l-Euro u d-dollaru Amerikan kienet għenet lill-importaturi sabiex iżommu l-ispejjeż tax-xiri tagħhom baxxi, inklużi l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat. Mill-aħħar tal-2005 sat-tmiem tal-RIP, il-valur tal-Euro kien żdied bi kważi 30 % meta mqabbel mad-dollaru Amerikan u, peress li l-kuntratti tal-importaturi mal-fornituri tagħhom ikunu normalment stabbiliti f’dollari Amerikani u peress li ġie rappurtat biss hedging limitat, dan il-“qligħ” taffa l-effett tad-dazji anti-dumping u żidiet oħra fl-ispejjeż. Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta minn wieħed mill-importaturi inklużi fil-kampjun, il-livelli tal-profitt matul l-RIP setgħu kienu sa massimu ta’ 6 punti perċentwali iżjed baxxi kieku r-rati tal-kambju baqgħu stabbli.

(433)

Barra minn hekk, saret analiżi alternattiva tal-profitti, li tiddistingwi l-profitt miksub fuq ix-xedd tas-saqajn bit-tikketta privata minn profitt magħmul fuq xedd tas-saqajn tad-ditta. Għal dan il-għan, id-dejta verifikata disponibbli mill-importaturi inklużi fil-kampjun ġiet kumplimentata bl-informazzjoni miksuba minn importatur kbir ieħor ta’ żraben bit-tikketta privata, li ma ppreżentax ruħu fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni, iżda li kkoopera fl-investigazzjoni billi ssottometta l-fehmiet tiegħu. Din l-informazzjoni tissuġġerixxi li l-livelli tal-profitt tal-importaturi taż-żraben bit-tikketta privata kienu b’mod ġenerali konsiderevolment iżjed baxxi mil-livelli tal-profitt ta’ ħafna mill-importaturi taż-żraben tad-ditta, iżda kienu għadhom għoljin u fil-firxa ta’ bejn 11 % sa 17 % matul l-RIP. Dan jikkonferma s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali li fiha din il-kategorija tal-importaturi rrapurtat li wettqet livell ta’ profitt medju ta’ 17 %. Min-naħa l-oħra, din l-analiżi raffinata wriet ukoll li għall-importaturi tax-xedd tas-saqajn tad-ditta, il-profitti żdiedu mill-investigazzjoni oriġinali. F’dik l-investigazzjoni, dawk l-importaturi kienu rrapurtaw bħala medja profitti ta’ madwar 10 % filwaqt li l-profitt tal-importaturi inklużi fil-kampjun tax-xedd tas-saqajn tad-ditta matul l-RIP kienu jammontaw għal iżjed minn 20 %. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li, in ġenerali, is-sitwazzjoni ekonomika tal-grupp tal-importaturi tax-xedd tas-saqajn bit-tikketta privata baqgħet fil-biċċa l-kbira tagħha l-istess mill-investigazzjoni oriġinali, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-importaturi tax-xedd tas-saqajn tad-ditta tidher li kompliet tjiebet.

(434)

Fi kwalunkwe każ, taħt kwalunkwe xenarju, il-livelli tal-profitt miksuba mill-importaturi inklużi fil-kampjun kienu relattivament għolja, u ma kinux juru tendenza ta’ tnaqqis wara l-2006. Qed jiġi osservat ukoll li l-livell ġenerali tal-profitti tal-importatur inklużi fil-kampjun, i.e. dejjem iżjed minn 10 %, jindikaw negozju pjuttost stabbli u sostenibbli.

(435)

L-investigazzjoni ma wasslet għall-ebda informazzjoni jew provi, li jindikaw li l-livell tal-profitt ta’ importaturi oħra jkun żviluppa f’direzzjoni differenti mit-tendenzi tal-profitt kif deskritt hawn fuq.

4.6.   L-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku wara l-RIP

(436)

Minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali li bdiet minnufih wara l-RIP, ġie meqjus xieraq li tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-importaturi lil hinn mill-RIP. F’diversi mis-sottomissjonijiet irċevuti, kienet saret referenza għall-impatt negattiv dirett li dan it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jkollu fuq is-settur, li jaggrava l-impatt negattiv tad-dazji anti-dumping. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni addizzjonali u kummenti provduti mill-partijiet, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament bħal Eurostat, intelliġenza fis-suq eċċ, toħroġ l-istampa li ġejja.

(437)

Mid-dejta statistika disponibbli, jidher li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jibqgħu neżlin, għalkemm it-tnaqqis hu moderat meta mqabbel mat-tnaqqis fil-perjodu mill-2005 sal-RIP (-15 % wara l-RIP). Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jibqgħu jiżdiedu. Fi kliem ieħor, il-proċess tax-xaqlib tal-produzzjoni mill-pajjiżi kkonċernati għal pajjiżi terzi għadu għaddej. Id-dejta tal-Eurostat turi wkoll żidiet b’saħħithom fil-prezzijiet tal-importazzjoni, notevolment f’dak li hu marbut ma’ xedd tas-saqajn mill-pajjiżi kkonċernati (+21.5 % meta mqabbla mal-RIP).

(438)

Ġiet rappurtata evoluzzjoni simili wara l-RIP mill-importaturi inklużi fil-kampjun, li baqgħu jżidu l-akkwisti tagħhom minn pajjiżi oħra u jnaqqsu l-akkwisti tagħhom mill-pajjiżi kkonċernati. In ġenerali, il-volumi impurtati tagħhom tal-prodott in kwistjoni baqgħu pjuttost stabbli. L-importaturi spjegaw li minħabba ż-żmien tal-proċess ta’ madwar sitt xhur, ix-xirjiet wara l-RIP kienu riżultat ta’ ordnijiet imqiegħda qabel il-bidu tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Il-prezzijiet tax-xiri medji tal-importaturi inklużi fil-kampjun f’Euro tal-prodott ikkonċernatżdiedu meta mqabbla mal-RIP, b’madwar 15 %. Ir-raġunijiet għal din iż-żieda fil-prezz kif rappurtata mill-importaturi kienu l-ewwel l-apprezzament tal-USD fl-aħħar tal-2008 u fil-bidu tal-2009 li żiedu l-ispejjeż tal-akkwisti tagħhom f’termini ta’ EUR tal-prodotti mill-pajjiżi kkonċernati u t-tieni nett, l-ispejjeż miżjuda tal-produzzjoni fil-pajjiżi kkonċernati, b’mod speċjali ż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol.

(439)

Peress li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid baqgħu stabbli jew żdiedu ftit biss, jidher li l-profitti tal-importaturi inklużi fil-kampjun fuq il-kummerċ fil-prodott taħt reviżjoni setgħu ġew affetwati iżjed. Barra minn hekk, l-importaturi qalu li minħabba l-ordnijiet tax-xiri avvanzati u t-tnaqqis sussegwenti fid-domanda, l-inventarji tagħhom żdiedu konsiderevolment. Madankollu, kalkolu tal-livelli tal-profitt wara l-RIP ibbażati fuq id-dejta tal-prezzijiet provduti juri li t-tnaqqis fil-profitt aktarx li jkun moderat (b’2 punti perċentwali, bejn wieħed u ieħor), li jirriżulta f’livelli tal-profitti ġenerali li xorta għadhom b’saħħithom.

(440)

Madankollu ssemma minn diversi importaturi li, mill-Ħarifa tal-2008, id-domanda tal-konsumatur battiet konsiderevolment u li din id-domanda batuta għadha ma ġietx riflessa fil-volumi tal-importazzjoni għax l-ordnijiet kienu saru minn sitt xhur sa disa’ xhur qabel, i.e. qabel it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Għaldaqstant, l-importaturi stennew tnaqqis iżjed konsiderevoli fil-volumi tal-importazzjoni fl-istaġun li jmiss. Barra minn hekk, diversi importaturi rrapurtaw li xi ktajjen tad-distribuzzjoni ewlenin jew qegħdin fi stat ta’ insolvenza jew għandom diffikultajiet finanzjarji li minħabba fihom ġew ikkanċellati l-ordnijiet, l-istokks tal-importaturi qed jiżdiedu u għandhom bżonn jagħtu skonti speċjali lill-klijenti tagħhom. Uħud mill-importaturi inklużi fil-kampjun kienu ħabbru pjanijiet ta’ ristrutturar maġġuri minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, waqt li oħrajn irrapurtaw li kienu qegħdin iżjed ma jmur jippruvaw jikkontrollaw l-ispejjeż tagħhom b’mezzi oħra.

(441)

Minn dak li ġie fuq imsemmi, jidher li sa Lulju tal-2009, l-impatt tal-kriżi kien għadu limitat f’termini tal-importazzjoni u l-volumi tal-bejgħ, peress li l-ordnijiet tqiegħdu qabel ma bdiet il-kriżi fil-livell tal-konsumatur u li kienu saru fuq il-bażi ta’ aspettattivi tal-konsum ottimistiċi. F’termini ta’ profittabilità, jidher li ħafna importaturi, sa issa, irnexxielhom jillimitaw l-impatt tal-kriżi ukoll billi ħadu diversi miżuri mmirati li jikkontrollaw l-ispejjeż.

4.7.   Effett probabbli jekk jinżammu l-miżuri

(442)

Jekk ikomplu l-miżuri, hu probabbli ħafna li dawn jolqtu l-importaturi iżjed fil-futur għax il-parametri ekonomiċi tbiddlu konsiderevolment: biż-żidiet fil-prezz tax-xiri li ġew riċentament osservati u t-tnaqqis ġlobali mistenni fil-konsum, l-effett tad-dazju anti-dumping għandu jsir iżjed evidenti milli kien fil-passat, anke jekk l-iżvilupp tar-rata tal-kambju ttaffi ż-żieda fil-prezz tax-xiri kif ġara matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, diversi importaturi indikaw li kienu seħħew żidiet importanti oħra fl-ispejjeż fil-pajjiżi kkonċernat, fosthom spejjeż tax-xogħol ogħla eċċ. Kollox ma’ kollox, il-profitti fuq il-prodott ikkonċernataktarx li jonqsu fil-futur qarib, iżda wkoll fil-biċċa l-kbira tagħhom minħabba żidiet fl-ispejjeż ġejjin minn dazji anti-dumping. Madankollu, peress li l-importaturi ġeneralment iġġeneraw marġini b’saħħithom dan it-tnaqqis f’kull probabbiltà m’għandux jipperikola dawn il-kumpaniji.

(443)

Kif muri mill-2005, l-importaturi probabbilment jibqgħu jew jibdew jakkwistaw kwantitajiet saħansitra ogħla minn pajjiżi terzi, peress li d-dazju anti-dumping għandu jaffetwahom iżjed. Fl-istess ħin, l-importaturi aktarx li għandhom jippruvaw jgħaddu proporzjon ogħla ta’ kwalunkwe żieda fl-ispejjeż ġenerali lill-bejjiegħa bl-imnut/distributuri. Madankollu, meta wieħed iqis l-importanza relattiva ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut/distributuri għall-importaturi (kif spjegat aħjar fil-premessa (472) hawn taħt), l-importaturi aktarx li mhux se jgħaddu kompletament ż-żidiet fl-ispejjeż li għad iridu jiġu lill-klijenti tagħhom. Dan ġie osservat ukoll fil-perjodu bejn Lulju tal-2008 – Marzu tal-2009.

(444)

L-effett tad-dazji anti-dumping miżmuma, f’perjodu ta’ domanda li dejjem tiċkien, prezzijiet tax-xiri li jiżdiedu u iżjed għarfien dwar l-ispejjeż min-naħa tal-konsumaturi, fuq l-importaturi madankollu għandu jkun differenti skont il-flessibbiltà tal-importatur. Qed jiġi mfakkar li xi importaturi diġà wrew flessibbiltà kbira fl-istrateġiji tal-akkwisti tagħhom u fit-taħlita tal-prodotti tagħhom (iżjed STAF u/jew żraben tad-drapp/tal-plastik u/jew aċċessorji). Dan jippermettielhom li jnaqqsu l-effett tad-dazju fil-futur. Importaturi oħra li jżommu l-kanali tal-akkwisti tagħhom fil-pajjiżi kkonċernati u li qed jiffukaw fuq ix-xedd tas-saqajn jistgħu fil-fatt jesperjenzaw tnaqqis globali fil-profitti u/jew fil-bejgħ.

4.8.   Kummenti

(445)

Kif imsemmi fil-premessi (60) et seq., diversi partijiet interessati allegaw l-esklużjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ żraben mill-ambitu tal-prodotti. Barra minn hekk, ħafna partijiet issottomettew li, jekk ma jkunx possibbli li jiġi rivedut l-ambitu tal-prodotti fl-investigazzjoni attwali, it-tipi ta’ żraben impurtati tagħhom għandhom jiġu esklużi mill-miżuri taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Dawn l-allegazzjonijiet tal-aħħar kienu bbażati l-iżjed fuq l-allegat nuqqas ta’ produzzjoni (kapaċità tal-produzzjoni u intenzjoni li tipproduċi) ta’ dawn it-tipi ta’ żraben fl-Unjoni, li jwassal għal tnaqqis fil-kompetizzjoni ma’ u ħsara għall-industrija tal-Unjoni, u l-ambjent ekonomiku mhux favorevoli li fihom il-miżuri jkollhom effett dejjem iżjed negattiv fuq l-importaturi, id-distributuri, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi fi ħdan il-Unjoni.

(446)

F’dan ir-rigward, hu importanti li jiġi osservat li nstabet kompetizzjoni konsiderevoli bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-tip ta’ xedd tas-saqajn prodott fl-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (267) et seqq. Dan ifisser ukoll li għad hemm produzzjoni konsiderevoli ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda fl-Unjoni. B’mod iżjed ġenerali, qed jiġi osservat ukoll li l-ambitu tal-prodott ma jistax jiġi modifikat, estiż jew imnaqqas fil-kwadru ta’ reviżjoni tal-iskadenza irrispettivament mill-evoluzzjoni eventwali tat-tendenza tal-produzzjoni fil-Unjoni waqt l-eżistenza tal-miżura.

(447)

Minkejja dan, il-Kummissjoni kkuntattjat l-assoċjazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn rilevanti sabiex tingħata stampa iżjed ċara tat-tipi/kwantitajiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn li hu prodott fl-Unjoni. Mill-informazzjoni miġbura, jidher li ħafna miż-żraben li dwarhom saret l-allegazzjoni (għadhom) qed jiġu prodotti fl-Unjoni u li t-tendenza fil-produzzjoni ma nbidlitx konsiderevolment matul il-perjodu tal-miżuri eżistenti. L-informazzjoni miġbura ma tippermettix determinazzjoni ġenerali finali ta’ jekk ċertu tipi ta’ prodotti niche prodotti fl-Unjoni jkoprux id-domanda għal dawn il-prodotti.

(448)

Ħafna minn dawn il-prodotti huma prodotti niche speċifiċi mibjugħa lil konsumaturi speċjalizzati fi kwantitajiet żgħar, li għandhom kwalità għolja u karatteristiċi tekniċi kumplessi u li jappartjenu għall-kategorija tal-prezzijiet għolja i.e. żraben tal-irkib taż-żwiemel, żraben tal-brilli jew żraben ta’ daqsijiet speċjali/għal saqajn dojoq. Għaldaqstant dawn it-tipi ta’ prodotti bħala prinċipju jaqgħu fil-mudell tal-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-produtturi tal-Unjoni. Permezz tal-impożizzjoni jew iż-żamma tal-miżuri, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jiġu inkoraġġiti li jinvestu mill-ġdid f’dan it-tip ta’ produzzjoni ta’ prodotti niche jew li jżidu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni eżistenti tagħhom. Inkella ma jkun hemm l-ebda inċentiv għall-produtturi tal-Unjoni li jinvestu f’dawn il-linji ta’ prodotti. Barra minn hekk, peress li l-miżuri mhumiex intiżi li jwaqqfu l-importazzjonijiet u m’għamlux hekk fil-każ preżenti, hu ġustifikabbli li jkun hemm miżuri anti-dumping anke fuq dawn it-tipi ta’ prodotti niche, sakemm ma tkunx tista’ tinqata’ linja diviżorja bejn it-tipi differenti ta’ prodotti. Fi kwalunkwe każ, safejn il-prodotti niche huma kkonċernati, id-dejta limitata disponibbli tindika li s-sehem tagħhom fl-importazzjonijiet ġenerali hi limitata ħafna u li għaldaqstant l-impatt tal-miżuri fuq dawn it-tipi ta’ prodotti mhuwiex meqjus li hu sproporzjonat b’rabta mal-maġġoranza vasta tal-importazzjonijiet.

(449)

Ċertu importaturi tax-xedd tas-saqajn sportiv kif ukoll l-assoċjazzjoni tagħhom issottomettew li ma kienx hemm alternattiva vijabbli għall-akkwisti tagħhom fl-Unjoni.

(450)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi l-ewwel nett osservat li l-informazzjoni miġbura mill-assoċjazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn nazzjonali tissuġġerixxi li għad hemm produzzjoni konsiderevoli tax-xedd tas-saqajn fl-Unjoni, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li d-domanda taqbeż il-provvista f’dan is-settur. Anke jekk wieħed jassumi li m’hemmx biżżejjed produzzjon ta’ xedd tas-saqajn fl-Unjoni, l-investigazzjoni wriet li jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvista, bħal l-Indoneżja u l-Indja li joffru prezzijiet dejjem iżjed kompetittivi, kif muri hawn fuq.

(451)

Barra minn hekk ġie maqbul minn diversi importaturi inklużi fil-kampjun, notevolment id-ditti tax-xedd tas-saqajn globali akbar, li huma għandhom relazzjonijiet strateġiċi fuq perjodu taż-żmien twil ma’ ċertu gruppi ta’ fabbriki fir-RPĊ u l-Vjetnam fuq il-bażi ta’ kwalità għolja, standards soċjali, tas-sigurtà u ambjentali li ħadu s-snin biex jiġu kkultivati. Għaldaqstant, it-tibdil tas-sorsi permezz tar-rilokazzjoni tal-produzzjoni jwassal għal spejjeż għolja u żmien ta’ stennija twil (12 sa 18-il xahar).

(452)

F’dan ir-rigward hu importanti li jiġi sottolineat li l-miżuri anti-dumping ikkonċernati mhumiex projbittivi; fi kliem ieħor, il-fatt li l-miżuri jkunu ġew imposti – sabiex tiġi kkoreġuta d-distorzjoni fil-kummerċ – ma wassalx għal twaqqif fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u għal bżonn konsegwenti għall-importaturi li jakkwistaw minn pajjiżi oħra. Minkejja dak fuq imsemmi, l-investigazzjoni wriet li jeżisti livell sinifikanti ta’ flessibbiltà; l-importaturi normalment jixtru minn gruppi ta’ fornituri bil-bażijiet tal-produzzjoni f’diversi pajjiżi Asjatiċi. Dawn il-gruppi huma flessibbli u jistgħu jibdlu l-akkwisti tagħhom minn pajjiż għal ieħor, jekk ikun hemm inċentiv li jagħmlu hekk. Id-dettalji provduti permezz tal-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni dwar l-akkwisti tal-prodott in kwistjoni mill-2005, kif imqassra fuq bażi aggregata taħt il-premessa (417) hawn fuq, turi li ħafna mill-importaturi inklużi fil-kampjun, fi żmien sena sa sentejn, biddlu l-oriġini ta’ parti konsiderevoli tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda akkwistat minnhom. Importatur kbir mhux inkluż fil-kampjun irraporta wkoll importazzjonijiet miżjuda minn pajjiżi Asjatiċi oħra, minflok importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, l-informazzjoni fil-fajl turi li, għalkemm jista’ jkun hemm involuti spejjeż żejda, ix-xaqlib tal-produzzjoni minn pajjiż għal ieħor mhuwiex meqjus bħala skomdu u jidher li hu pjuttost komuni. L-argument għaldaqstant qed jiġi miċħud.

(453)

Ġie wkoll sottomess mill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi u xi importaturi li l-importaturi ma kienx għadhom f’pożizzjoni li jassorbu l-effett tad-dazji. Ġie allegat li matul il-perjodu 2006-RIP, l-effett negattiv tal-miżuri għall-konsumaturi kien (parzjalment) kumpensat bl-effett tal-iżvilupp tar-rata tal-kambju mill-2006, iżda, skont dawn is-sottomissjonijiet, it-teħid lura tal-iżvilupp tar-rata tal-kambju mill-aħħar tal-RIP kienet tagħmel żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid inevitabbli u tirriżulta fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi fil-ħwienet jekk jinżammu d-dazji.

(454)

Hu rikonoxxut li l-apprezzament tal-Euro meta mqabbel mad-dollaru Amerikan mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping kien konsiderevoli kif deskritt ukoll fil-premessa (432) hawn fuq. Fil-fatt l-iżvilupp tar-rata tal-kambju kien ta’ benefiċċju għall-importaturi tal-prodott ikkonċernat mill-aħħar tal-2005 sal-aħħar tal-RIP, peress li l-kuntratti mal-fornituri tagħhom huma normalment stabbiliti f’dollari Amerikani u l-Euro żdiedet fil-valur bi kważi 30 % meta mqabbla mad-dollaru Amerikan tul il-kors ta’ dak il-perjodu.

(455)

Fejn tidħol l-allegata inabbiltà tal-importaturi li jassorbixxu d-dazju minħabba l-iżvilupp tar-rata tal-kambju differenti sa minn nofs l-2008, li jwassal għal prezzijiet tal-importazzjoni ogħla f’Euro, għandu jiġi osservat li l-livell tal-profitt miksub mill-importaturi fil-kummerċ tal-prodott ikkonċernat, kif analizzat permezz tal-kampjun (ara t-tabella 22 t’hawn fuq), kien għadu b’saħħtu fl-RIP. Dan jissuġġerixxi li l-importaturi jkunu f’pożizzjoni li jibqgħu joperaw b’mod sostenibbli anke jekk f’ċertu perjodu l-iżviluppi tar-rata tal-kambju jkunu ta’ żvantaġġ għalihom. Barra minn hekk, fejn jidħlu l-iżviluppi tar-rata tal-kambju, m’hemmx sinjali li l-Euro tinsab fi kriżi meta mqabbla mad-Dollaru Amerikan; għall-kuntrarju, filwaqt li l-Euro ddepprezzat fir-rigward tad-Dollaru Amerikan minn Lulju sa Novembru tal-2008, reġgħet irkuprat minn dak iż-żmien. Għaldaqstant hu spekulattiv li wieħed jantiċipa depprezzament tal-Euro għall-perjodu taż-żmien qasir u medju. Fejn jidħlu il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut taż-żraben tal-ġilda, għandu jiġi barra minn hekk osservat li hemm diversi sorsi oħra għal xedd tas-saqajn tal-ġilda u dawn is-sorsi huma dejjem iżjed użati mill-importaturi. Għaldaqstant m’hemmx dejta fil-fajl li tindika n-neċessità għall-importaturi li jgħaddu kompletament dan id-dazju lill-bejjiegħa bl-ingrossa/bl-imnut, li mbagħad jirriżulta f’żidiet konsiderevoli fil-prezzijiet fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant, l-argument mhuwiex konvinċenti.

(456)

Uħud mill-importaturi, ħafna minnhom li jappartjenu għall-grupp ta’ produtturi tax-xedd tas-saqajn tad-ditta, issottomettew li l-miżuri jagħmlu ħsara “għall-valur tal-manifattura miżjud” minnhom fl-Unjoni permezz tal-attivitajiet konsiderevoli tagħhom fl-oqsma tad-disinn, l-iżvilupp, id-ditti u l-akkwisti. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni kkonfermat li fil-fatt ħafna importaturi ma jinnegozjawx sempliċiment fiż-żraben iżda huma involuti wkoll, fl-Unjoni, f’attivitajiet li jżidu l-valur bħal dawk fuq imsemmija. Dawn l-attivitajiet qed jiġġeneraw livell konsiderevolment għoli ta’ impjieg.

(457)

F’dan ir-rigward qed jiġi osservat li l-informazzjoni provduta mill-importaturi inklużi fil-kampjun ma tindikax tnaqqis fl-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji allokat għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu 2005 - RIP. Għall-kuntrarju, iċ-ċifri tal-impjieg aggregati tal-produtturi tax-xedd tas-saqajn tad-ditta inklużi fil-kampjun jindikaw minflok żieda żgħira f’dan l-impjieg. Dan isegwi mill-fatt li, skont l-iskop tagħhom, il-miżuri anti-dumping ma bblukkawx id-dħul fis-suq tal-Unjoni ta’ żraben tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ u l-Vjetnam, iżda minflok aġġustaw il-livell tal-prezz tagħhom sabiex jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet indaqs. Barra minn hekk, il-livell ta’ dazji f’dan il-każ hu modest u l-importaturi jistgħu, barra minn hekk, jaqilbu l-oriġini – kif fil-fatt għamlu f’xi każijiet. Minħabba dan, l-argument li l-miżuri anti-dumping ifixklu x-xogħolijiet ta’ livell għoli li dawn l-importaturi ġġeneraw fl-Unjoni qed jiġi miċħud.

4.9.   Konklużjoni

(458)

Fuq il-bażi tal-analiżi t’hawn fuq, ġie konkluż b’mod definittiv li, matul il-perjodu 2006-RIP, il-miżuri tal-anti-dumping kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, iżda dan l-impatt ma jitqiesx li hu sproporzjonat minħabba l-pożizzjoni globalment b’saħħitha tal-importaturi fis-suq li ġiet stabbilita fl-investigazzjoni. Id-deterjorazzjoni limitata tas-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi tidher li kompliet matul id-disa’ xhur wara l-RIP. Madankollu, is-settur jinsab b’mod ġenerali fi stat tajjeb u l-profitti miksuba fuq il-prodott taħt reviżjoni għadhom għolja. Għaldaqstant mhuwiex probabbli li ż-żamma tal-miżuri jkollha effett negattiv konsiderevoli fuq l-interessi tal-importaturi.

4.10.   Interess tad-distributuri/bejjiegħa bl-imnut

4.10.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(459)

L-informazzjoni disponibbli tindika li fis-suq tal-bejgħ bl-imnut/distribuzzjoni fl-Unjoni, madwar 60 % tax-xedd tas-saqajn kollu hu nnegozjat bid-distribuzzjoni speċjalista “tradizzjonali” li tikkonsisti f’bejjiegħa bl-imnut kbar li ħafna drabi jkunu qed jimpurtaw iż-żraben huma stess u l’hekk imsejħa gruppi tax-xiri u madwar 40 % tax-xedd tas-saqajn kollu hu nnegozjat b’distribuzzjoni “mhux speċjalista”, li tkun tikkonsisti f’supermarkits, ħwienet tal-ħwejjeġ kif ukoll stabbilimenti kbar. Hu stmat li s-settur tal-bejjiegħa bl-imnut/distributuri fl-Unjoni jimpjega madwar 140 000 persuna fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-konsumaturi. Għandu jiġi osservat li filwaqt li fl-Istati Membri tat-Tramuntana il-bejjiegħa bl-imnut l-iżjed kbar huma dominanti, fl-Istati Membri tan-Nofsinhar il-bejgħ bl-imnut spiss isir mill-SME’s.

(460)

Filwaqt li l-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut il-kbar ma xtaqux li jipparteċipaw fil-kampjun tal-importaturi u ma rrispondewx għall-kwestjonarju dettaljat tal-bejjiegħa bl-imnut, importatur/bejjiegħ bl-imnut wieħed kbir kif ukoll grupp ta’ bejjiegħa bl-imnut issottomettew rappreżentazzjonijiet bil-miktub u ngħataw smigħ. B’konsegwenza, l-uniku bejjiegħ bl-imnut li r-risposti tiegħu setgħu jiġu vverifikati kien Clark’s, li kkoopera bħala importatur.

(461)

Ġew irċevuti risposti għall-kwestjonarju tal-assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-ingrossa, distributuri u bejjiegħa bl-imnut mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Bejjiegħa bl-Imnut tal-Moda (AEDT), il-Koalizzjoni Ewropea tax-Xedd tas-Saqajn tad-Ditta (EBFC), il-Grupp Ewropew ta’ Barra (EOG), l-EuroCommerce li tirrappreżenta s-setturi tal-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa u l-kummerċ internazzjonali fl-Ewropa, il-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Oġġetti Sportivi (FESI), l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Barrani (FTA), l-assoċjazzjoni Olandiża tal-moda, il-bejjiegħa bil-imnut taż-żraben u sportivi MITEX, u Svenskt Sportforum. L-ebda katina ta’ supermarkits ma rrispondiet għall-kwestjonarju, madankollu Lidl provdiet informazzjoni dwar ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid tagħha tal-prodott ikkonċernat bejn l-2005 u l-2008. L-assoċjazzjonijiet u l-bejjiegħa bl-imnut ta’ hawn fuq opponew il-miżuri u kwalunkwe titwil tagħhom, u bażikament argumentaw li l-miżuri naqqsu l-profitti u kkawżaw ħafna bejjiegħa bl-imnut li jfittxu sorsi alternattivi tal-provvista. Huma allegaw ukoll li l-estensjoni tal-miżuri kienu jkunu ta’ ħsara għall-industrija Ewropea tax-xedd tas-saqajn li addattat b’suċċess għall-isfidi u l-opportunitajiet tas-swieq moderni li jagħmlu trasferiment tal-manifattura. Huma sostnew li l-miżuri ma evitawx delokalizzazzjoni massiva tal-produzzjoni li mhux se tiġi lura lejn l-Unjoni għax il-produtturi tal-Unjoni mhumiex kapaċi li jissodisfaw id-domanda għal għażla wiesgħa ta’ xedd tas-saqajn ta’ kwalità bi prezzijiet baxxi.

4.10.2.   Prezzijiet tax-xiri

(462)

Sabiex tiġi evalwata l-allegazzjoni ta’ marġini tal-profitti mnaqqsa mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, bħala l-ewwel pass, saret analiżi tal-prezzijiet tax-xiri tad-distributuri/bejjiegħa bl-imnut tal-prodott ikkonċernat meta mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ miksuba matul il-perjodu 2005 - RIP. Kif deskritt fil-premessa (425) t’hawn fuq, ibbażat fuq ir-risposti tal-kwestjonarju tal-importaturi inklużi fil-kampjun, jidher li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi, li huma daqs il-prezzijiet tax-xiri tad-distributuri/bejjiegħa bl-imnut, kienu stabbli jew żdiedu ftit biss matul il-perjodu 2005 - RIP.

4.10.3.   Prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid

(463)

Bħala t-tieni pass, ġie eżaminat l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid, u, minħabba n-nuqqas ta’ dejta preċiża sottomessa mill-bejjiegħa bl-imnut, l-informazzjoni nġabret mill-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri li flimkien kienu jirrappreżentaw 66 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Din l-informazzjoni tissuġġerixxi li l-iżvilupp tal-prezzijiet bl-imnut matul il-perjodu kkunsidrat kien, ġeneralment, wieħed ta’ żieda verament modesta, kif turi t-tabella t’hawn taħt:

Tabella 23

Prezzijiet medji tal-konsumatur f’ċertu Stati Membri (indiċjati)

 

2005

2006

2007

RIP

Il-Ġermanja

“xedd tas-saqajn”

100

99,2

100,3

100,9

L-Olanda

“xedd tas-saqajn”

100

100,7

101,4

103,1

“xedd tas-saqajn tat-tfal”

100

99,3

101,5

100,9

Franza

“chaussures de ville”

100

99,9

101,1

101,5

Ir-Renju Unit

“xedd tas-saqajn”

100

98,4

99,6

99,5

Spanja

“xedd tas-saqajn tan-nisa”

100

101,9

102,6

103,7

“xedd tas-saqajn tal-irġiel”

100

101,6

103,5

104,1

“xedd tas-saqajn tat-tfal”

100

100,9

102,6

103,3

L-Italja

“xedd tas-saqajn”

100

100,9

102,0

102,6

Sors: uffiċċji statistiċi nazzjonali.

(464)

Il-kategoriji ta’ żraben fuq imsemmija, għalkemm ma jaqblux eżatt mad-definizzjoni tal-prodott, huma dominati mill-prodott in kwistjoni u t-tendenzi t’hawn fuq għaldaqstant jistgħu jitqiesu bħala referenza valida għall-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-prodott ikkonċernat.

(465)

It-tendenzi t’hawn fuq ġew ikkonfermati aktar minn diversi partijiet interessati li ssottomettew li l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut kienu baqgħu relattivament stabbli għal perjodu itwal u fi kwalunkwe każ matul il-perjodu 2005 – RIP. Huma spjegaw il-fatt li l-prezzijiet taż-żraben fil-livell tal-bejgħ bl-imnut kienu stabbli għal perjodu tant twil minħabba (i) fatturi tal-ispejjeż favorevoli waqt il-bidla kontinwa tal-produzzjoni lejn pajjiżi bi spejjeż baxxi u l-iżvilupp favorevoli tar-rata tal-kambju u (ii) il-prinċipju tal-“punti tal-prezz” li hu applikat mill-bejjiegħa bl-imnut u l-intenzjoni tal-konsumaturi li jħallsu. Il-prinċipju tal-“punti tal-prezz” hu l-fatt li ż-żraben normalment jinbiegħu f’punti tal-prezz fissi u mhux fin-nofs, pereżempju kategorija taż-żraben tinbiegħ għal EUR 44,95, kategorija oħra iżjed ‘il fuq għal EUR 49,95, kategorija oħra iżjed ‘il fuq għal EUR 54,95 eċċ.

4.10.4.   Profittabilità

(466)

Peress li l-informazzjoni sottomessa mill-bejjiegħa bil-imnut ma kinitx dettaljata biżżejjed, ma kienx possibbli li tinkiseb direttament id-dejta tal-profittabilità tal-bejjiegħa bl-imnut. Madankollu, meta wieħed iqabbel l-iżvilupp tal-prezz tax-xiri tal-bejjiegħa bl-imnut, kif imsemmi fil-premessa (462) hawn fuq, mal-iżvilupp tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom, kif imsemmi taħt il-premessi (463) et seqq., m’hemmx sinjal ta’ marġini tal-profitt li qed jonqsu li huma attribwibbli għall-effett tal-ispejjeż tad-dazji hekk kif il-prezzijiet tax-xiri tal-prodott ikkonċernat baqgħu stabbli jew żdiedu ftit, filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid żdiedu ftit.

(467)

Fir-rigward tal-livell ġenerali tal-profitt tas-settur tal-bejgħ bl-imnut, hemm xi indikazzjonijiet li dan hu inqas mil-livell tal-profitt miksub mill-importaturi. Barra minn hekk, skont l-istampa speċjalizzata, xi reġjuni jidhru b’mod partikolari li huma iżjed kompetittivi u diffiċli mill-aspett tal-bejjiegħa bl-imnut (kompetizzjoni b’saħħitha, proċess konsolidat fis-suq, dipendenza qawwija fuq is-suq finanzjarju li hu xettiku mill-investiment u fallimenti strateġiċi). Fl-istess ħin, madankollu, waħda mill-ikbar ktajjen tal-bejgħ bl-imnut taż-żraben li toperaw fl-Unjoni rrapurtat profitti rekord fl-2008 fl-istampa u ħabbret pjanijiet ta’ espansjoni ambizzjużi.

(468)

Fir-rigward tal-profitti ġenerali tal-bejjiegħa bl-imnut, għandu jiġi osservat ukoll li l-effett tad-dazju anti-dumping hu, fi kwalunkwe każ, imtaffi bid-dħul miksub fuq il-prodotti l-oħra tagħhom bħal STAF, xedd tas-saqajn tal-ġilda minn oriġini oħra, tipi oħra ta’ xedd tas-saqajn u aċċessorji.

(469)

B’konklużjoni, l-argument tat-tnaqqis fil-profitti ma kienx sostanzjat mill-bejjiegħa bl-imnut matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni u anke s-sejbiet tal-investigazzjoni ma kinux jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni. Mill-informazzjoni disponibbli jidher li hu iżjed probabbli li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma affetwatx negattivament lill-bejjiegħa bl-imnut mill-2006 sal-RIP, jew sa punt limitat biss.

4.10.5.   L-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku wara l-RIP

(470)

L-informazzjoni limitata disponibbli dwar l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku wara l-RIP fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tax-xedd tas-saqajn juri marġini li qed jonqsu u tnaqqis fid-domanda matul l-ewwel disa’ xhur wara l-RIP. Madankollu, l-informazzjoni ġiet sottomessa biss minn kumpanija waħda, li topera l-iżjed f’reġjun speċifiku wieħed, li qed topera wkoll bħala importatur u li għaldaqstant tista’ titqies li tirrappreżenta s-settur tal-bejgħ bl-imnut in ġenerali. Barra minn hekk, l-istampa speċjalizzata rrappurtat titjib konsiderevoli tas-sitwazzjoni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut taż-żraben f’dak ir-reġjun (b’volumi tal-bejgħ u dħul li qed jiżdiedu) minn nofs l-2009. B’konsegwenza, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni rappreżentattiva mis-settur tal-bejgħ bl-imnut, l-ebda konklużjonijiet finali ma jistgħu jittieħdu dwar l-impatt eżatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

4.10.6.   Effett probabbli jekk jinżammu l-miżuri

(471)

Fl-isfond tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali, hu probabbli li l-konsum tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda għandu jonqos u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata minn konsumaturi li huma dejjem iżjed sensittivi għall-prezz għandha tiżdied fil-perjodu taż-żmien qasir sa medju. Min-naħa l-oħra, l-importaturi aktarx li jippruvaw jgħaddu mill-inqas parzjalment iż-żidiet fil-prezz tagħhom lill-bejjiegħa bl-imnut. Għaldaqstant is-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha l-bejjiegħa bl-imnut, jiġifieri mdeffsa bejn l-importaturi u l-konsumaturi tista’ twassal għal sitwazzjoni dejjem iżjed diffiċli.

(472)

Dawk il-bejjiegħa bl-imnut/distributuri li joperaw fi swieq kompetittivi ħafna u li jakkwistaw iż-żraben tal-ġilda l-iżjed mill-pajjiżi kkonċernati jistgħu, f’dan ix-xenarju, jispiċċaw f’sitwazzjoni fraġli meta wieħed iqis l-ispejjeż relattivament għolja tagħhom u l-marġini netti relattivament baxxi tagħhom. Tħassir tal-miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat joffri lil dawn il-kumpaniji serħan f’dan ix-xenarju. Għal dawk il-bejjiegħa bl-imnut/distributuri, madankollu, li qed jakkwistaw ukoll minn pajjiżi terzi/l-Unjoni u li għandhom taħlita tal-prodotti iżjed diversifikata, l-impatt taż-żidiet possibbli fil-prezzijiet aktarx li għandu jidher li hu inqas fid-dħul. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li minkejja li jinsabu f’pożizzjoni tas-suq partikolari, l-importanza tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-gruppi tal-bejgħ bl-imnut hi konsiderevoli biżżejjed biex twaqqaf l-importaturi milli jgħaddu kompletament iż-żidiet fl-ispejjeż.

(473)

Bħala konklużjoni, dawk il-bejjiegħa bl-imnut li jibqgħu jakkwistaw l-iżjed il-prodott ikkonċernat, għandhom isofru iżjed minn titwil tal-miżuri filwaqt li dawk il-bejjiegħa bl-imnut b’mudell tan-negozju mħallat u flessibbli, li jaqilbu l-akkwisti tagħhom għal sorsi iżjed alternattivi u jiddervisifikaw it-taħlita tal-prodotti tagħhom, aktarx li għandhom jiġu affetwati inqas – għalkemm jistgħu jsofru iżjed milli waqt l-RIP.

4.10.7.   Kummenti

(474)

Ġie maqbul li l-miżuri kienu kkawżaw li ħafna iżjed bejjiegħa bl-imnut ifittxu sorsi alternattivi tal-provvista. L-informazzjoni fil-fajl turi li xi bejjiegħa bl-imnut biddlu l-akkwisti tagħhom, iżda ħadd mill-bejjiegħa bl-imnut jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma rrappurtaw li kien hemm nuqqasijiet ta’ provvista jew anke diffikultajiet biex jinstabu sorsi alternattivi wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għaldaqstant, filwaqt li fil-fatt diversi bejjiegħa bl-imnut fittxew sorsi alternattivi, l-informazzjoni tissuġġerixxi li kellhom suċċess biex isibu sorsi alternattivi tal-provvista. Filwaqt li ġie rikonoxxut li dan l-isforz kien jieħu ż-żmien għal xi bejjiegħa bl-imnut, dan jitqies li hu effett indirett, mhux sproporzjonali tal-impożizzjoni tal-miżuri meta mqabbla mal-benefiċċji għall-produtturi Ewropej li jsofru minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

(475)

Ġie sottomess minn diversi partijiet interessati li l-fatturi tal-ispejjeż favorevoli li kienu fis-seħħ matul il-perjodu kkunsidrat, kif imqassra fil-premessa (465) hawn fuq, kienu ntemmu. Minflok, mit-tmiem tal-RIP, l-iżvilupp tar-rata tal-kambju żviluppa negattivament u l-ispejjeż tal-produzzjoni fir-RPĊ u l-Vjetnam kienu qed jiżdiedu mill-ġdid. B’konsegwenza ta’ dan, jekk jinżammu l-miżuri, dan iġib is-sitwazzjoni tal-bejgħ bl-imnut f’sitwazzjoni diffiċli, għax ikollhom jitilgħu ‘l fuq il-punti tal-prezzijiet. Dan jirriżulta mhux biss fi prezzijiet ogħla fil-livell tal-bejgħ bl-imnut iżda wkoll f’inqas dħul u, minħabba l-ispiża fissa għolja, tnaqqis qawwi fil-profitt.

(476)

Kif imsemmi fil-premessa (454) hawn fuq, hu ferm spekulattiv li jiġi antiċipat deprezzament tal-Euro fil-perjodu taż-żmien qasir u medju. Barra minn hekk, filwaqt li l-ispejjeż li qed jiżdiedu fir-RPĊ aktarx li jaffetwaw il-pożizzjoni tal-importaturi, l-argument mhuwiex validu għall-bejjiegħa bl-imnut għax l-informazzjoni fuq il-fajl tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importaturi għall-bejjiegħa bl-imnut, matul il-perjodu kkunsidrat u wara l-RIP, juru li ż-żidiet fil-prezzijiet ġew mgħoddija lill-bejjiegħa bl-imnut sa ċertu limitu biss. Dan jindika pożizzjoni tas-suq ġeneralment b’saħħitha għall-bejjiegħa bl-imnut.

(477)

Għaldaqstant, filwaqt li hu rikonoxxut li l-prinċipju tal-“punti tal-prezz” hu użat ħafna fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tax-xedd tas-saqajn u li jippermetti li żidiet żgħar fil-prezz jattiraw inqas attenzjoni mill-konsumatur, m’hemmx indikazzjonijiet fil-fajl li l-bejjiegħa bl-imnut huma ffaċċjati b’żieda ġenerali konsiderevoli fil-prezzijiet tax-xiri tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, m’hemmx provi fil-fajl li se jkun hemm bżonn, b’mod ġenerali, li jitmexxew ‘il fuq il-punti tal-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, anke jekk ikollhom jagħmlu hekk għal ċertu mudelli speċifiċi, l-effett ta’ dan ikun jista’ jiġi newtralizzat billi jinbidlu s-sorsi jew it-taħlita tal-prodotti. Minħabba dan, l-argument ġie miċħud.

4.11.   Konklużjoni

(478)

Bħala konklużjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni limitata disponibbli, m’hemmx indikazzjonijiet li l-miżuri kellhom effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tad-distributuri/bejjiegħa bl-imnut matul il-perjodu 2006-RIP. Meta wieħed iqis l-effetti probabbli tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku wara l-RIP, notevolment minħabba l-pożizzjoni mdeffsa tal-bejjiegħa bl-imnut bejn l-importaturi u l-konsumaturi u l-profitti modesti possibbli tal-bejjiegħa bl-imnut, ma jistax madankollu jiġi eskluż li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut li primarjament qed ibiegħu l-prodott ikkonċernat se tiddeterjora. Madankollu qed jiġi osservat li l-bejjiegħa bl-imnut huma ħielsa li jakkwistaw il-prodotti tagħhom minn oriġini oħra u li jiddiversifikaw il-prodotti offruti sabiex ikunu jistgħu jnaqqsu l-effetti tad-dazji anti-dumping fid-dħul tagħhom. In ġenerali, il-bejjiegħa bl-imnut jinsabu f’pożizzjoni iżjed favorevoli fis-suq minn produtturi tal-Unjoni, għax għandhom din il-flessibbiltà fuq deskritta filwaqt li l-prodotturi tal-Unjoni huma totalment esposti għall-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-prodotti importati li huma oġġett ta’ dumping.

4.12.   Interess tal-konsumaturi

4.12.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(479)

Il-Kummissjoni kkuntattjat 39 assoċjazzjoni tal-konsumaturi fil-Komunità biex tinfurmahom dwar il-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza. Dawn l-assoċjazzjonijiet ġew b’mod espliċitu mistiedna jispjegaw il-pożizzjoni tagħhom fuq il-miżuri eżistenti u li jipprovdu kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tkun rilevanti għall-investigazzjoni. Tliet organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ppreżentaw ruħhom bħala parti interessata u ssottomettew kummenti bil-miktub.

(480)

Żewġ assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi nazzjonali wrew l-appoġġ tagħhom għall-miżuri anti-dumping. Waħda minnhom speċifikament semmiet li, anke bil-miżuri imposti, il-prezzijiet tax-xedd tas-saqajn mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu baxxi ħafna. L-organizzazzjoni tal-konsumaturi Ewropej BEUC opponiet il-miżuri, u argumentat inter alia li l-miżuri kienu ta’ ħsara għall-konsumatur.

(481)

F’dan ir-rigward, fl-investigazzjoni oriġinali, l-impatt fuq il-konsumaturi kien previst li hu limitat meta wieħed iqis li r-rati tad-dazju relattivament moderati jkunu mnaqqsa fis-saffi differenti tal-katina tad-distribuzzjoni u ma jiġux mgħoddija kompletament lill-konsumaturi. Madankollu, tfassal xenarju tal-“agħar każ”, i.e. ġiet stmata mgħoddija kompluta lill-konsumatur. L-istima fil-każ oriġinali kienet żieda massima ta’ prezzijiet tal-konsumatur bi 2 %, jew ta’ EUR 1 kull par.

(482)

Ir-riżultati tal-investigazzjoni tar-reviżjoni fil-fatt urew li l-prezzijiet tal-konsumatur taż-żraben tal-ġilda żdiedu ftit biss minn meta ġew imposti l-miżuri (ara l-premessi (463et seqq.). Iż-żieda fil-prezzijiet medji tal-bejgħ bl-imnut taż-żraben kif rappurtata mill-uffiċċji statistiċi nazzjonali tal-grupp ta’ Stati Membri rappreżentattivi msemmija f’dawk il-premessi u fit-tabella 23 hi bejn -0,5 % u +4,1 %, li hi inqas mill-inflazzjoni rappurtata f’dak il-perjodu.

(483)

Fuq il-bażi tal-analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjoni, ġie stabbilit ukoll li l-prezzijiet tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda mir-RPĊ u l-Vjetnam baqgħu relattivament baxxi, anke wara ż-żieda tad-dazji anti-dumping (ara l-premessa (422) hawn fuq). Għaldaqstant, mill-informazzjoni fuq il-fajl, ma jidhirx li l-miżuri kienu ta’ ħsara għall-konsumaturi sa livell konsiderevoli.

4.12.2.   Kummenti oħra

(484)

Diversi partijiet interessati argumentaw li l-miżuri kienu ta’ ħsara għall-konsumaturi, u li wasslu għal prezzijiet ogħla. Ġie argumentat ukoll minn ċertu importaturi li l-impatt tal-miżuri fuq il-konsumaturi jsir iżjed notevoli issa li ma setgħux jassorbixxu iżjed id-dazji.

(485)

Kif imsemmi fil-premessa (482) hawn fuq, dawn id-dazji anti-dumping jidhru li ma wasslux għal żieda notevoli fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut. Fir-rigward tal-inabbiltà allegata tal-importaturi li jassorbixxu d-dazji, l-analiżi ta’ wara l-RIP diġà tagħti xi indikazzjonijiet f’dan ir-rigward. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa (438) hawn fuq, matul il-perjodu bejn Lulju 2008 sa Marzu 2009, il-prezzijiet tax-xiri tal-importaturi żdiedu sew filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom baqgħu stabbli jew l-iżjed l-iżjed żdiedu ftit. Dik l-informazzjoni tissuġġerixxi li l-importaturi ma jkollhomx neċessarjament bżonn li jgħaddu ż-żieda fl-ispejjeż għal-livell li jmiss fil-katina tad-distribuzzjoni. L-argument għaldaqstant hu miċħud.

(486)

Parti interessata waħda qalet li l-miżuri jirriżultaw/kienu rriżultaw f’għażla mnaqqsa tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda għall-konsumaturi, notevolment nuqqas ta’ żraben tal-ġilda ta’ livell medju/sa baxx bi prezzijiet li jintlaħqu. Din l-allegazzjoni kienet diġà saret matul l-investigazzjoni oriġinali.

(487)

L-allegazzjoni t’hawn fuq ma ġietx sostanzjata. Barra minn hekk, minħabba l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut stabbli fuq perjodu taż-żmien twil, mhuwiex probabbli li l-konsumaturi jitilfu l-interess fil-prodott in kwistjoni għal raġunijiet ta’ evoluzzjoni tal-prezz. Ġie osservat ukoll li għajr assoċjazzjoni waħda li ddikjrat li l-miżuri jwasslu għal inqas għażla għall-konsumaturi mingħajr ma jissostanzjaw dan l-argument b’evidenza, l-ebda bejjiegħ bl-imnut jew assoċjazzjoni tal-bejgħ bl-imnut oħra ma lmentaw dwar għażla mnaqqsa jew tnaqqis fil-provvista. Anke jekk l-investigazzjoni kkonfermat li l-għażla tal-konsumaturi kienet iċċaqalqet ftit mill-prodott in kwistjoni, meta wieħed iqis it-tnaqqis modest fil-konsum taż-żraben tal-ġilda osservat matul il-perjodu kkunsidrat u d-domanda miżjuda għal żraben tad-drapp, dan jista’ madankollu jkun attribwit għal tendenzi tal-moda li jinbidlu minflok għal għażla mnaqqsa ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda.

5.   KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS TAL-UNJONI

(488)

Minn dan isegwi li parti konsiderevoli tal-produtturi fl-industrija tal-Unjoni tejbet is-sitwazzjoni tagħha mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping u ppruvat il-vijabbiltà tagħha billi adattat il-mudelli tan-negozju tagħha għall-isfidi tas-suq globalizzat. Jekk jinżammu l-miżuri, dawn għandhom jippermettu iżjed żmien biex jitkompla dan il-proċess. Jekk jitneħħew il-miżuri, il-pressjoni fuq il-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq il-prodotti ta’ livell medju sa’ baxx aktax li jkollha wkoll impatt fuq il-prodotti ta’ livell ogħla u eventwalment taffetwa x-xedd tas-saqajn tal-ġilda kollu. F’dan ix-xenarju, hu probabbli li iżjed produtturi tal-Unjoni jfallu meta wieħed iqis li minħabba d-daqs primarjament żgħir sa medju tagħhom, huma finanzjarjament iżjed vulnerabbli.

(489)

Min-naħa l-oħra, l-impatt tad-dazji anti-dumping mill-2006 sal-RIP fuq l-importaturi, bejjiegħa bl-imnut/distributuri u konsumaturi ma kienx sproporzjonat. Jekk ikomplu l-miżuri u fuq il-preżunzjoni li d-domanda tal-konsumaturi għandha tkompli tbatti u fid-dawl tal-kriżi ekonomika, l-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-parteċipanti kollha f’kull probabbiltà jkun ogħla milli fil-passat. Madankollu, meta wieħed iqis l-istat ġeneralment b’saħħtu u l-flessibbiltà pruvata tal-importaturi u l-pożizzjoni fis-suq ġeneralment b’saħħitha tal-bejjiegħa bl-imnut/distributuri li jistgħu jiddiversifikaw it-taħlita tal-prodott tagħhom konsiderevolment, tista’ ssir preżunzjoni li dawn l-operaturi m’għandhomx isofru sproporzjonalment fit-terminu qasir sa medju. Fir-rigward tal-konsumaturi, ma kienx hemm żieda notevoli fil-prezz meta wieħed iqis l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping u, anke meta wieħed iqis ir-riżultati tal-analiżi ta’ wara l-RIP, m’hemmx indikazzjonijiet li l-prezzijiet tal-konsumatur għandhom jiżdiedu sproporzjonalment fil-futur.

(490)

Bħala konklużjoni, l-investigazzjoni tar-reviżjoni ma żvelatx raġunijiet konvinċenti għala m’għandhomx jinżammu l-miżuri anti-dumping.

L.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI WARA L-IŻVELAR

(491)

Waslu għadd ta’ kummenti wara l-iżvelar tas-sejbiet. Madankollu, dawn ma kinux tali li setgħu jbiddlu l-konklużjonijiet. L-argumenti ewlenin li tqajmu kienu dawn li ġejjin.

1.   L-INTERESS TAL-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(492)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi, waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li ma kinux il-miżuri anti-dumping li għenu lill-industrija tal-Unjoni, iżda l-isforzi ta’ ristrutturar biss. Din id-dikjarazzjoni ma saritx biss mingħajr ma ġiet issostanzjata aktar, iżda tinjora wkoll is-sejbiet oġġettivi ta’ din l-investigazzjoni tar-reviżjoni. B’mod partikolari, din tinjora l-koinċidenza fiż-żmien bejn l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, minn mindu ġew imposti l-miżuri, iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u bi prezz baxx, waqfet u l-importazzjonijiet ikkombinati naqsu minn sehem mis-suq ta’ 35.5 % għal 28.7 %. Dan it-tnaqqis fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq is-suq tal-Unjoni taffa l-pressjoni fuq il-prezz ikkawżata minn dan ix-xedd tas-saqajn bi prezz baxx u għen lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha ta’ ristrutturar.

(493)

Ġie enfasizzat ukoll li l-Unjoni ma tistax tiżgura produzzjoni bil-massa u minħabba n-nuqqas konsegwenti ta’ ekonomiji ta’ skala din ma tkunx tista’ tissodisfa d-domanda qawwija fl-Unjoni għal żraben orħos. L-ewwel nett, ta’ min josserva li din id-dikjarazzjoni ma ġietx issostanzjata. It-tieni, fost il-produtturi tal-Unjoni, hemm ukoll għadd ta’ produtturi akbar ta’ żraben ta’ firxa inferjuri bi prezzijiet ta’ bejgħ aktar baxxi, li wħud minnhom ġew analizzati fil-kampjun. Barra minn hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi l-volumi meħtieġa, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-importaturi l-kbar magħżula fil-kampjun ma jordnawx biss mingħand fornitur wieħed biss, iżda jixtru wkoll volumi relattivament iżgħar mingħand diversi fornituri. Dan, flimkien mal-effetti tal-“mudell ta’ raggruppament” kif stabbilit fit-taqsima E.2., li permezz tiegħu jingħaqdu l-ħaddiema ta’ diversi kumpaniji iżgħar, għandu b’mod loġiku jippermetti wkoll lill-industrija tal-Unjoni tipproduċi volumi akbar. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni qed tiġi miċħuda.

(494)

Żewġ partijiet interessati ddikjaraw li l-qagħda tal-produtturi tal-Unjoni li jittrasferixxu x-xogħol b’mod globali ma ġietx analizzata fl-istess dettall kif sar għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Madankollu, ta’ min jinnota li l-analiżi inkludiet valutazzjoni tal-partijiet kollha interessati skont safejn dawn ikkooperaw fl-investigazzjoni. Pereżempju, l-interess ta’ produttur tal-Unjoni kbir li ġie eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-volumi ta’ importazzjoni tiegħu, (ara l-premessa (402) et seqq) ġie eżaminat relattivament fid-dettall. Ta’ min jinnota wkoll li l-kumpaniji fl-Unjoni li trasferew il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi għandhom teknikament jitqiesu fl-investigazzjoni anti-dumping bħala importaturi u l-qagħda tal-importaturi ġiet meqjusa u analizzata b’mod sħiħ fil-premessa (409) et seqq.

(495)

Waħda mill-partijiet osservat li kien hemm valutazzjoni żbaljata tal-interessi tal-produtturi tal-Unjoni li qabel kienu inklużi fil-kampjun, billi xi wħud minnhom kienu allegatament kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri. Madankollu, dan mhuwiex korrett, billi anki l-kumpanija li ma ratx il-benefiċċju għaliha stess, għenet biex tnaqqas l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Kumpanija oħra semmiet biss li hu diffiċli għaliha, fil-kriżi ekonomika, biex tipprevedi l-effett preċiż tad-dazji anti-dumping fil-ġejjieni, iżda din il-kumpanija ma semmietx li d-dazji kienu mingħajr mertu. Għaldaqstant, anki l-partijiet li ma semmewx b’mod espliċitu li kienu bbenefikaw direttament mill-miżuri, osservaw li l-miżuri ġabu magħhom il-benefiċċju indirett ta’ tnaqqis tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Vjetnam.

(496)

Għaldaqstant, hu kkonfermat b’mod definittiv li ġeneralment il-produtturi tal-Unjoni bbenefikaw mill-miżuri u wrew il-kapaċità tagħhom li jtejbu l-qagħda tagħhom ladarba l-miżuri jkunu taffew l-effetti ta’ ħsara tad-dumping.

2.   L-INTERESS TAL-IMPORTATURI MHUX RELATATI

(497)

Bosta partijiet interessati kkritikaw b’mod ġenerali li l-interessi ta’ dawk li għamlu l-ilmenti b’mod anonimu jitħarsu filwaqt li l-interessi tal-importaturi, tal-operaturi ekonomiċi oħra kif ukoll tal-konsumaturi jiġu fil-biċċa l-kbira injorati. Ta’ min jinnota li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping, b’mod ġenerali, instab li kienet ta’ ġid għall-produtturi tal-Unjoni u ma nstabitx li kienet sproporzjonatament negattiva għall-operaturi l-oħra kollha rilevanti. L-allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn dawk il-partijiet hi, madankollu, miċħuda b’mod qawwi billi l-istess trattament ġie offrut lill-partijiet kollha fl-investigazzjoni u l-interessi kollha tal-operaturi ekonomiċi li kkooperaw bħal importaturi, bejjiegħa bl-imnut, produtturi tal-Unjoniesterni u l-konsumaturi ġew meqjusa u analizzati bir-reqqa fl-investigazzjoni.

(498)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-profitti tal-importaturi ma jkunux għolja biżżejjed biex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż tal-importazzjoni, l-iżviluppi fir-rati tal-kambju, l-ispiża biex wieħed jaqleb għal sorsi oħra ta’ forniment u d-dazji anti-dumping. Din id-dikjarazzjoni madankollu ma ġietx issostanzjata biżżejjed. Kif jidher fit-tabella 22, id-daqs tal-profitt tal-importaturi, i.e. madwar 20 %, huwa tali li jidher li jħallilhom spazju biex ikopru l-ispejjeż imsemmija qabel.

(499)

Ġie ddikjarat li ċ-ċifra tal-impjiegi mogħtija għall-importaturi, i.e. madwar 23 000 persuna, hija baxxa wisq billi ma tinkludix “impjiegi b’valur miżjud” fl-Unjoni. Madankollu, dan mhuwiex veru. Iċ-ċifra tal-impjiegi tal-importaturi ġiet ikkalkolata fuq il-bażi taċ-ċifri tal-impjiegi verifikati tal-importaturi inklużi fil-kampjun li kienu jinkludu wkoll impjiegi b’valur qawwi miżjud, bħall-iddisinjar, marketing, riċerka u żvilupp, l-użu tal-marka (branding) eċċ, li huma attribwiti għall-prodott ikkonċernat. Iċ-ċifri kollha tal-impjiegi verifikati ġew miżjuda u mqabbla mal-volum ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat tal-importaturi inklużi fil-kampjun. Imbagħad, dan ir-riżultat ġie kkalkolat mal-volum tal-importazzjoni globali mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, iċ-ċifra tal-impjiegi stabbilita inkludiet ukoll “impjiegi b’valur miżjud” sinifikanti fl-Unjoni.

(500)

Xi partijiet iddikjaraw li l-argument li l-importaturi jistgħu faċilment jaqilbu s-sorsi ta’ forniment huwa fil-fatt żbaljat u sempliċistiku. Waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li ma kien hemm l-ebda sors alternattiv ta’ forniment. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li qatt ma ġie ddikjarat li kien se jkun faċli li wieħed jaqleb is-sorsi ta’ forniment. Il-Kummissjoni ma tiċħadx li t-tibdil tal-fornituri jista’ jġib miegħu spejjeż żejda u jeħtieġ iż-żmien u li xi importaturi għandhom relazzjonijiet fit-tul mal-fornituri tagħhom. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-importaturi inklużi fil-kampjun u importatur ieħor mhux inkluż fil-kampjun, wieħed, madankollu, jista’ jikkonkludi fil-premessa (452) tar-Regolament li kien jeżisti livell sinifikanti ta’ flessibbiltà u li kull sforz addizzjonali biex jitbiddlu s-sorsi ma kienx tali li seta’ jżomm dawk l-operaturi milli jagħmlu dan. Tabilħaqq, dawk l-importaturi żiedu b’mod konsiderevoli l-forniment tagħhom minn pajjiżi terzi kif jidher fit-tabella 19. L-istess xejra ġiet osservata għal importaturi mhux inklużi fil-kampjun, minħabba li l-Eurostat uriet żieda ta’ 4 punti perċentwali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (it-tabella 7).

(501)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tintensifika t-tnaqqis fl-impjiegi fl-Unjoni, ċertament fir-rigward tal-importaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut. Din id-dikjarazzjoni ma ġietx issostanzjata mill-partijiet interessati. Barra minn hekk, il-fajl juri li, fir-rigward tal-importaturi inklużi fil-kampjun, l-impjiegi relatati mal-prodott ikkonċernat żdiedu b’6 % mill-2005 sal-RIP.

(502)

Ġie ddikjarat li analiżi tal-benefiċċji potenzjali tas-sospensjoni tal-miżuri għall-importaturi kienet nieqsa. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li fuq il-bażi tat-test tal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, għandu jiġi analizzat jekk hemmx raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti l-miżuri anti-dumping. Fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ skadenza dan ifisser li għandu jiġi analizzat jekk jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jinżammux il-miżuri, i.e. għandhom jiġu identifikati l-effetti negattivi ta’ titwil ta’ dawk il-miżuri u dawn l-effetti għandhom jiġu bbilanċjati mal-benefiċċji tal-industrija tal-Unjonibiex jiġi vvalutat jekk dawk l-effetti negattivi humiex sproporzjonati. Għaldaqstant, mil-lat legali, ix-xenarju oppost, i.e. li l-miżuri jitħallew jiskadu, irid biss jiġi analizzat aktar jekk hemm indikazzjonijiet speċifiċi fil-każ li dan ikun jikkostitwixxi piż sproporzjonat għall-importaturi, il-bejjiegħa bl-imnut jew il-konsumaturi. Ma nstabux indikazzjonijiet bħal dawn. Madankollu, u għas-saħħa tal-argument biss, dan li ġej jista’ jintqal dwar l-effetti probabbli fuq l-importaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi jekk il-miżuri jiskadu. Fir-rigward tal-importaturi, l-investigazzjoni wriet li parti tat-telf tagħhom ta’ profitabbiltà mill-2005 sal-RIP tista’ tkun attribwita għad-dazji anti-dumping imħallsa. Jekk il-miżuri jiskadu u l-ispejjeż l-oħra jibqgħu stabbli, dawn l-ispejjeż jgħibu u f’dan ir-rigward, il-livelli ta’ profitt jistgħu jiżdiedu għal livell ogħla minn dak ta’ madwar 20 % li nstab matul l-investigazzjoni. Għall-bejjiegħa bl-imnut, mhuwiex ċar mill-informazzjoni fil-fajl jekk dawn jibbenefikawx minn skadenza tal-miżuri, għax l-importaturi inklużi fil-kampjun mhux dejjem adattaw il-prezzijiet tagħhom ta’ bejgħ mill-ġdid f’każ li l-prezzijiet tal-importazzjoni jaqgħu, kif jista’ jidher minn tqabbil tal-prezz tal-importazzjoni medju aritmetiku u l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid medju aritmetiku mill-2007 sal-RIP.

Fir-rigward tal-effett fuq il-konsumaturi, hu saħansitra inqas probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet, billi l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli minkejja ċ-ċaqliq fil-prezzijiet fil-livell ta’ importazzjoni mill-2005 sal-RIP. Barra minn hekk, x’aktarx ukoll li l-konsumaturi ma jibbenefikawx permezz ta’ għażla akbar billi ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li turi li l-għażla għall-konsumaturi ġiet affettwata mill-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping. F’kull każ, dan kollu ma jistax ibiddel il-konklużjonijiet globali li ma hemmx raġunijiet konvinċenti biex ma jinżammux il-miżuri.

(503)

Xi wħud mill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom iddikjaraw li l-impatt tal-kriżi ġie sottovalutat u li l-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku se jkomplu sejrin lura. L-ewwel nett, dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx issostanzjati biżżejjed billi ma tressqet l-ebda dejta konkreta relatata mal-prodott. Kif iddikjarat fil-premessa (436) et seqq. tar-Regolament, l-impatt tal-kriżi ġie analizzat sa Ġunju 2009 fuq il-bażi tal-aħjar dejta disponibbli i.e. intbagħat kwestjonarju addizzjonali biex tiġi eżaminata speċifikament din il-kwistjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura, saret analiżi prudenti tad-dejta miksuba u jidher ċar li din l-analiżi hija prinċipalment ibbażata fuq dejta sa Ġunju 2009. Għaldaqstant, ma jistax jinqata’ barra li l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq il-konsum u l-prezzijiet huwa agħar milli kien sa Ġunju 2009, iżda xorta jista’ jiġi konkluż li billi l-livell ta’ profitt kien ferm ogħla minn 15 %, l-importaturi x’aktarx li ma jkunux affettwati b’mod sproporzjonat mill-effett iżolat tad-dazji anti-dumping.

Dan hu aktar minnu billi l-qagħda tas-suq wara Ġunju 2009 wriet sinjali mħallta b’sinjali ta’ titjib f’xi Stati Membri. Għaldaqstant, ma jidhirx f’dan l-istadju li l-impatt tal-kriżi ġie sottovalutat serjament. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li meta titqies id-dejta ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni marret ferm lil hinn mill-obbligi legali tagħha għax l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni, normalment, ma għandhiex titqies.

(504)

Fl-aħħar nett, xi partijiet tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li xi tipi ta’ prodotti għandhom jiġu esklużi mill-miżuri anti-dumping mil-lat tal-interess tal-Unjoni billi fl-Unjoni hemm biss produzzjoni negliġibbli ta’ xedd tas-saqajn sportiv u estern, b’mod partikolari. Ġie allegat li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni jkun jikkostitwixxi ċirkustanzi mibdula li jridu jitqiesu fir-reviżjoni ta’ skadenza. L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li mhuwiex possibbli li jiġi modifikat l-ambitu tal-miżuri fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku kif ġie ddikjarat fil-premessa (61) ta’ dan ir-Regolament. Anki jekk wieħed jassumi li jkun legalment possibbli, li mhuwiex il-każ, hu osservat li din id-dikjarazzjoni ta’ tnaqqis fil-produzzjoni diġà saret fl-investigazzjoni oriġinali u ġiet ikkonfutata fil-premessi (28) u (38) tar-Regolament definittiv. Billi dawk il-partijiet ma ppreżentaw l-ebda evidenza ġdida ssostanzjata biex turi sa liema punt il-produzzjoni tal-UE ta’ dawn it-tipi ta’ xedd tas-saqajn naqset b’rabta mal-investigazzjoni oriġinali, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda u s-sejbiet kif deskritti fil-premessa (450) ta’ dan ir-Regolament huma b’dan ikkonfermati.

3.   L-INTERESS TAD-DISTRIBUTURI/TAL-BEJJIEGĦA BL-IMNUT

(505)

Waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li l-analiżi ddistingwiet b’mod artifiċjali bejn l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u li l-interess tal-kumpaniji integrati li jkollhom jieħdu fuqhom il-piż kollu tal-miżuri ma kienx meqjus. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-unika kumpanija li kkooperat bħala bejjiegħ bl-imnut kienet fil-fatt importatur/bejjiegħ bl-imnut integrat, kif hu indikat fil-premessa (450) hawn fuq, u għalhekk, l-ispeċifiċità ta’ dawk il-kumpaniji integrati kienet irrappreżentata kemm fost l-importaturi inklużi fil-kampjun kif ukoll fl-analiżi tal-bejjiegħa bl-imnut. It-tieni, l-informazzjoni kollha pprovduta minn bejjiegħa bl-imnut oħra li ma kkooperawx bis-sħiħ fl-investigazzjoni, tqieset ukoll. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset u analizzat l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-kumpaniji integrati. Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjoni li l-interess tal-kumpaniji integrati ma kienx meqjus, ma tistax tiġi aċċettata.

(506)

Xi partijiet interessati esprimew kritika ġenerali billi ddikjaraw li l-impatt tal-miżura fuq il-bejjiegħa bl-imnut ma ġietx analizzata f’biżżejjed dettall. Din id-dikjarazzjoni ma ġietx issostanzjata. Kif deskritt fil-premessa (459) et seqq., il-Kummissjoni, b’mod proattiv u ripetut, ippruvat tiġbor informazzjoni mill-bejjiegħa bl-imnut iżda għajr għal importatur/bejjiegħ bl-imnut wieħed integrat li kkoopera bħala importatur, l-ebda katina tal-bejgħ bl-imnut ma aċċettat li tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Minkejja l-kooperazzjoni limitata tal-bejjiegħa bl-imnut, l-analiżi qieset, safejn hu possibbli, l-informazzjoni kollha disponibbli fis-settur tal-bejgħ bl-imnut bħal sottomissjonijiet bil-miktub minn partijiet interessati, informazzjoni pprovduta fis-seduti ta’ smigħ, għarfien tas-suq, studji u l-istampa speċjalizzata. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjoni li l-impatt tal-miżuri fuq il-bejgħ bl-imnut ma ġiex analizzat f’biżżejjed dettall, għandha tiġi miċħuda.

(507)

Għadd ta’ partijiet iddikjaraw li l-Kummissjoni ma qisitx l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-profitabbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut. Waħda mill-partijiet argumentat li d-dejta tal-profitabbiltà miġbura mir-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku tal-bejjiegħa bl-imnut kbar fl-Unjoni turi qagħda ta’ tħassib kbir li l-analiżi injorat. Fl-istess vena, xi partijiet qiesu li l-effetti serji tal-kriżi ekonomika fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut ma ġewx meqjusa. Ġie argumentat li għalkemm waħda mill-akbar katini ta’ bejgħ bl-imnut taż-żraben irrapportat profitti rekord fl-2008, din hija eċċezzjoni għar-regola u l-bejjiegħa bl-imnut iżgħar ibatu b’mod qawwi. F’dan ir-rigward, hu enfasizzat li kien hemm kooperazzjoni limitata ħafna mill-bejjiegħa bl-imnut, billi bejjiegħ bl-imnut/importatur wieħed biss ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, la qabel u lanqas wara l-iżvelar ma ġiet ippreżentata informazzjoni speċifika dwar il-profitt tal-bejjiegħa bl-imnut, fejn għandu x’jaqsam ix-xedd tas-saqajn tal-ġilda jew il-prodott ikkonċernat. Minkejja dan, il-Kummissjoni qieset u analizzat varjetà ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni, bħal sottomissjonijiet mill-bejjiegħa bl-imnut, informazzjoni dwar is-suq, rapporti għall-istampa li indikaw varjabbiltà wiesgħa ta’ profitti fis-settur tal-bejgħ bl-imnut: filwaqt li xi bejjiegħa bl-imnut tabilħaqq jidhru li esperjenzaw tnaqqis fil-mar.ġnijiet u dgħufija fid-domanda, l-istampa speċjalizzata rrapportat żieda fil-bejgħ u fid-dħul għal oħrajn. Għaldaqstant, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku msemmija mill-partijiet ta’ hawn fuq tqieset iżda ntwera li din tagħti biss stampa parzjali u għalhekk intużat varjetà ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni li indikat firxa usa’ ta’ profitti. Għaldaqstant, l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq il-bejjiegħa bl-imnut ġie analizzat safejn hu possibbli fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Id-dikjarazzjoni li l-profitabbiltà tal-bejjiegħa bl-imnut ma ġietx analizzata b’mod korrett għandha għalhekk tiġi miċħuda.

(508)

Xi partijiet oġġezzjonaw għal referenza għal-livell ġenerali ta’ profitabbiltà tas-settur tal-bejgħ bl-imnut u għal fatturat miksub dwar xedd ieħor tas-saqajn għaliex iqisu li dawn huma irrilevanti għall-investigazzjoni. Waħda mill-partijiet argumentat li jekk jiġi ddikjarat mill-awtorità tal-investigazzjoni li l-effett tal-miżuri fuq il-bejjiegħa bl-imnut ittaffa mill-bejgħ ta’ prodotti oħra, kellha ssir analiżi simili għall-produtturi tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li l-bejjiegħa bl-imnut u l-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili jinsabu f’sitwazzjoni differenti billi jipproduċu prinċipalment xedd tas-saqajn tal-ġilda filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut normalment ikollhom portafoll usa’ ta’ prodotti oħra. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-premessa (472) et seqq għadhom validi.

(509)

Xi partijiet ikkontestaw l-akkuratezza taċ-ċifri tal-impjiegi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u qiesu li aktar impjiegi jinsabu f’riskju mingħajr ma ssostanzjaw dan l-argument. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ċ-ċifra tal-impjiegi tas-settur tal-bejgħ bl-imnut kif indikat fil-premessa (459) ġiet ikkalkolata fuq il-bażi taċ-ċifra tal-impjiegi verifikata, b’rabta mal-funzjoni tal-bejgħ bl-imnut u allokata lill-prodott ikkonċernat, tal-uniku importatur/bejjiegħ bl-imnut li kkoopera. Imbagħad saret stima billi ġiet estrapolata ċ-ċifra tal-impjiegi msemmija hawn fuq, fuq il-bażi tal-volumi mibjugħa minn din il-kumpanija kif imqabbla mat-total ta’ volumi tal-prodott ikkonċernat, mibjugħ fis-suq tal-UE. Din l-istima mbagħad ġiet kontroverifikata mas-sottomissjonijiet minn partijiet oħra u ma’ sorsi ta’ għarfien tas-suq li kkonfermaw id-daqs stabbilit mill-Kummissjoni. L-argument għalhekk ġie miċħud.

(510)

Ġie argumentat minn bosta partijiet li kien diffiċli għal bejjiegħa bl-imnut biex jaqilbu s-sorsi, b’mod partikolari għall-SMEs, billi dawn kellhom relazzjonijiet twal u ta’ fiduċja u l-ispiża biex jaqilbu l-fornituri u d-dewmien involut jistgħu jkunu projbittivi. Xi partijiet argumentaw li fit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li hawn bħalissa, l-ispejjeż ta’ rilokazzjoni kienu partikolarment ibsin biex jiġu assorbiti għall-bejjiegħa bl-imnut. F’dan ir-rigward hu rikonoxxut li t-tibdil tas-sorsi jista’ jikkawża xi problemi għal xi bejjiegħa bl-imnut fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabitx li l-ispejjeż u d-dewmien involuti fit-tibdil tas-sorsi ta’ forniment kienu projbittivi. Fil-fatt, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ssuġġeriet li diversi bejjiegħa bl-imnut fittxew fornimenti alternattivi u qalbu s-sors mingħajr effett sproporzjonatament negattiv. Għaldaqstant, l-argument ta’ hawn fuq ma jistax jiġi aċċettat.

(511)

Waħda mill-partijiet osservat li ż-żieda fl-ispejjeż tax-xedd tas-saqajn tal-ġilda mir-RPĊ u l-Vjetnam, minbarra l-miżuri, wasslu biex ma baqax kompetittiv li wieħed ikompli jixtri minn dawn il-pajjiżi. L-argument li x-xiri mill-pajjiżi kkonċernati ma għadux kompetittiv ma kienx issostanzjat u ma jidhirx li hu kompatibbli mal-konklużjoni li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għad għandhom sehem mis-suq ikkombinat ta’ 28 % matul l-RIP. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li hemm spejjeż oħra li qed jiżdiedu fil-pajjiżi kkonċernati li għandhom influwenza fuq id-deċiżjonijiet dwar is-sorsi tal-importaturi tikkonferma s-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa (402) et seqq. li jidher li hemm fatturi oħra apparti d-dazju anti-dumping li għandhom impatt fuq id-deċiżjoni tal-importaturi/bejjiegħa bl-imnut li jaqilbu l-fornimenti. Billi hemm bosta fatturi oħra involuti, mhuwiex possibbli li jiġi attribwit l-impatt kollu negattiv għall-miżuri.

(512)

Bosta partijiet iddikjaraw li ma tqiesx biżżejjed li l-punti tal-prezz tal-konsumatur żammew liż-żidiet żgħar fil-prezz milli jgħaddu għand il-konsumaturi. Din id-dikjarazzjoni fil-fatt ikkonfermat is-sejba tal-Kummissjoni li ż-żidiet fil-prezz għall-bejjiegħa bl-imnut kienu żgħar wisq biex iwasslu għal xi effett sinfikanti fil-livell tal-konsumatur. F’dan ir-rigward qed issir referenza għall-premessa (477).

(513)

Waħda mill-partijiet saħqet li l-analiżi ma qisitx il-ġlieda ħarxa tal-prezzijiet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. Dan l-argument ġie miċħud billi l-kompetizzjoni qawwija fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tqieset fl-analiżi kif deskritta fil-premessa (467).

4.   L-INTERESS TAL-KONSUMATURI

(514)

Bosta partijiet argumentaw li ż-żidiet fil-prezz tal-konsumatur kienu ogħla minn dawk li nstabu fl-investigazzjoni u, jekk il-miżuri jiġu estiżi, il-prezzijiet tal-konsumaturi jkomplu jiżdiedu. Oħrajn ikkontestaw l-akkuratezza taċ-ċifri użati mill-Kummissjoni għall-prezzijiet tal-konsumatur fejn allegaw li dawn ma koprewx l-Istati Membri kollha u inkludew prodotti oħra apparti l-prodott ikkonċernat. Żewġ partijiet ilmentaw li l-informazzjoni ta’ sorveljanza tal-industrija dwar il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ippreżentata minn waħda minnhom ma ġietx meqjusa. Ta’ min ifakkar f’dan ir-rigward li l-informazzjoni kollha ppreżentata dwar il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ġiet analizzata fl-investigazzjoni, u saret referenza għall-premessi (463) et seqq..

Fil-fatt, il-Kummissjoni użat għadd ta’ sorsi biex tistabbilixxi l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut, jiġifieri l-informazzjoni mill-partijiet li kkooperaw (prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tal-bejjiegħa bl-ingrossa, prezzijiet tax-xiri u prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi/bejjiegħa bl-imnut li kkooperaw u bejjiegħa oħra bl-imnut li ppreżentaw l-informazzjoni); dikjarazzjonijiet minn għadd ta’ partijiet interessati li l-prezzijiet tal-konsumatur ma żdidux kif ukoll informazzjoni minn sorsi ta’ statistika. Dan is-sors tal-aħħar, ippreżentat fit-tabella 23, instab li kien aktar affidabbli mill-informazzjoni tas-sorveljanza tal-industrija dwar il-prezzijiet ta’ bejgħ bl-imnut imsemmija hawn fuq għar-raġunijiet li ġejjin. Fil-fatt, id-dejta ppreżentata minn din il-parti tqieset aktar limitata u inqas rappreżentattiva billi kien fiha biss parti żgħira ħafna tal-ambitu tal-prodott u ħalliet barra suq tal-konsumatur importanti, jiġifieri r-Renju Unit, suq tal-bejgħ bl-imnut kompetittiv ħafna skont il-partijiet interessati. B’kuntrast, l-informazzjoni ppreżentat fit-tabella 23 inġabret mill-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali (inkluż ir-Renju Unit li rrapporta tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-konsumatur bejn l-2005 u l-RIP) u kienet iddominata mill-prodott ikkonċernat. F’kull każ, l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati waqt l-investigazzjoni wriet żidiet moderati fil-prezzijiet jew saħansitra tnaqqis. Minħabba dawn ir-raġunijiet, l-argumenti ta’ hawn fuq kellhom jiġu miċħuda.

(515)

Waħda mill-partijiet iddikjarat li l-konsumaturi kellhom diffikultajiet biex jiksbu prodotti ta’ kwalità għolja u bi prezz raġjonevoli. Dan l-argument ma ġiex issostanzjat u għaldaqstant qiegħed jitwarrab.

(516)

Waħda mill-partijiet argumentat li t-tnaqqis fil-konsum ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda wera l-impatt negattiv tal-miżuri fuq il-konsumaturi, mingħajr, madankollu, ma ssotanzjat dan l-argument. Kif deskritt fil-premessa (482), il-prezzijiet tal-konsumatur baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli u għalhekk, ma kien hemm l-ebda impatt negattiv fuq il-konsumatur. Il-Kummissjoni sabet għadd ta’ fatturi li wasslu għal tnaqqis fil-konsum ta’ xedd tas-saqajn tal-ġilda, inkluż tibdil fix-xejra tal-moda, u għalhekk ma kienx possibbli li jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum ikun attribwit għall-miżuri. Għaldaqstant, l-argument ta’ hawn fuq qiegħed jitwarrab.

5.   KUMMENTI OĦRA WARA L-IŻVELAR

(517)

Żewġ partijiet iddikjaraw li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni ma kienx komplut billi l-interessi tal-fornituri tas-servizzi loġistiċi tal-Unjoni (kumpaniji eċċ) ma tqisux fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li l-ebda operatur ma ppreżenta ruħu u talab biex il-fehmiet tiegħu jiġu meqjusa u l-ebda informazzjoni ma ġiet ippreżentata f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni mhijiex kompluta f’dan ir-rigward hija miċħuda. Fl-istess vena, xi partijiet iddikjaraw li l-effetti pożittivi tal-iskadenza tal-miżuri għandhom jiġu analizzati taħt il-profil tal-interess tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ din id-dikjarazzjoni, wieħed jirreferi għall-ispjegazzjoni mogħtija fil-premessa (502) tar-Regolament għaliex din l-analiżi mhijiex meqjusa neċessarja mil-lat legali f’dan il-każ.

(518)

Il-gvern Vjetnamiż u l-Vietnam Leather and Footwear Association iddikjaraw li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tnaqqas l-effett tal-programmi ta’ għajnuna mogħtija mill-Unjoni. L-impożizzjoni jew it-titwil tad-dazji anti-dumping hu konsegwenza normali u teknika tal-fatt li l-esportaturi Vjetnamiżi nstabu li kienu involuti fi prattiki ta’ dumping ta’ ħsara. Kull konsiderazzjoni politika bħal dik imressqa tinsab barra mill-qafas legali u għalhekk hi irrilevanti. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kunflitt bejn li l-Unjoni tagħti għajnuna għall-iżvilupp lill-Vjetnam f’diversi oqsma u l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping wara investigazzjoni fil-fond imwettqa skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ.

M.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

(519)

Fid-dawl tal-affarijiet imsemmija, il-miżuri anti-dumping dwar ix-xedd tas-saqajn tal-ġilda għandhom jinżammu. Minkejja dan, u mingħajr ma wieħed jinsa l-fatt li ġiet stabbilita l-kontinwazzjoni tad-dumping u li l-interess tal-Unjoni jsejjaħ għall-impożizzjoni ta’ miżuri, il-proċedura preżenti hi karatterizzata b’ċirkostanzi partikolari kif imsemmija fil-premessi (324) sa (326) hawn fuq, li għandhom jiġu wkoll riflessi b’mod ċar sakemm idumu l-miżuri anti-dumping. L-investigazzjoni wriet li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tal-ħsara għall-perjodu taż-żmien qasir/medju, sakemm jitlesta l-proċess tal-aġġustament tal-industrija tal-Unjoni. Id-dewmien tal-miżuri għaldaqsant għandu jiġi limitat għal 15-il xahar.

(520)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku, l-estensjoni tal-miżuri wara reviżjoni ta’ skadenza normalment tkun tapplika għal ħames snin, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi jew raġunijiet speċifiċi li jeżiġu perjodu iqsar. Fil-każ attwali l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet għaddejja minn tibdil sinifikanti fil-perjodu meqjus. B’mod partikolari, instab li parti waħda mill-industrija kienet qed tadatta l-mudell tan-negozju tagħha maż-żieda fil-profitti li qarrbu l-profitt fil-mira. Dan il-grupp ukoll instab li qed jespandi b’mod sinifikanti kemm f’termini ta’ fatturat u kemm ta’ volum, b’mod li qed jassorbi gradwalment parti konsiderevoli tal-grupp l-ieħor tal-industrija li ma għaddiex minn tibdil sinifikanti fil-mudell tan-negozju tiegħu.

(521)

Fuq il-bażi ta’ dawn l-iżviluppi misjuba, jitqies li f’dan il-waqt, rigward il-perjodu wara dak stipulat fil-premessa(519), il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tal-ħsara ma tistax tibqa’ aċċertata. Għaldaqstant, jitqies xieraq li jiġi propost għall-miżuri tul ta’ żmien itwal minn dak il-perjodu.

(522)

Qed jiġi mfakkar li l-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali ġew estiżi bir-Regolament (KE) Nru 388/2008 (8) għal importazzjonijiet tal-istess prodott, ikkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le. Ma tressaq l-ebda element ġdid f’dan ir-rigward fil-qafas ta’ din ir-reviżjoni. Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 16.5 % u applikabbli għal importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ għandu għaldaqstant jiġi estiż għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le.

N.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(523)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni tad-dazji fuq ir-RPĊ u l-Vjetnam. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentanza sussegwenti għall-iżvelar. Il-kummenti orali u miktuba sottomessi mill-partijiet tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi ġew modifikati b’dan il-mod.

Minn dan isegwi li d-dazji anti-dumping għandhom jinżammu għal 15-il xahar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi hawnhekk impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tax-xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda jew ġilda komposta, minbarra xedd tas-saqajn sportiv, xedd tas-saqajn li jinvolvi teknoloġija speċjali, papoċċi u xedd tas-saqajn ieħor ta’ ġewwa u xedd tas-saqajn b’maskaretta protettiva, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM: 6403 20 00 , ex 6403 51 05 , ex 6403 51 11 , ex 6403 51 15 , ex 6403 51 19 , ex 6403 51 91 , ex 6403 51 95 , ex 6403 51 99 , ex 6403 59 05 , ex 6403 59 11 , ex 6403 59 31 , ex 6403 59 35 , ex 6403 59 39 , ex 6403 59 91 , ex 6403 59 95 , ex 6403 59 99 , ex 6403 91 05 , ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 05 , ex 6403 99 11 , ex 6403 99 31 , ex 6403 99 33 , ex 6403 99 36 , ex 6403 99 38 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00  (9).

Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

“xedd tas-saqajn sportiv” għandu jfisser xedd tas-saqajn skont it-tifsira tas-sottointestatura nota 1 għal Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1031/2008 (10);

 

“xedd tas-saqajn li jinvolvi teknoloġija speċjali” għandu jfisser xedd tas-saqajn li għandu prezz tas-CIF għal kull par ta’ mhux inqas minn EUR 7.5, għall-użu f’attivitajiet sportivi, b’suletta iffurmata b’saff wieħed jew iżjed, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b’mod speċjali biex jassorbu l-impatt ta’ movimenti vertikali jew laterali u b’karatteristiċi tekniċi bħal kuttunar ermetiku li fih gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta’ densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 ;

 

“xedd is-saqajn b’maskaretta tas-swaba’ protettiva” għandu jfisser xedd is-saqajn li fih maskaretta tas-swaba’ protettiva b’reżistenza għall-impatt ta’ mill-anqas 100 ġul (11) u li jaqa’ fil-kodiċi NM: ex 6403 51 05 , ex 6403 51 11 , ex 6403 51 15 , ex 6403 51 19 , ex 6403 51 91 , ex 6403 51 95 , ex 6403 51 99 , ex 6403 59 05 , ex 6403 59 11 , ex 6403 59 31 , ex 6403 59 35 , ex 6403 59 39 , ex 6403 59 91 , ex 6403 59 95 , ex 6403 59 99 , ex 6403 91 05 , ex 6403 91 11 , ex 6403 91 13 , ex 6403 91 16 , ex 6403 91 18 , ex 6403 91 91 , ex 6403 91 93 , ex 6403 91 96 , ex 6403 91 98 , ex 6403 99 05 , ex 6403 99 11 , ex 6403 99 31 , ex 6403 99 33 , ex 6403 99 36 , ex 6403 99 38 , ex 6403 99 91 , ex 6403 99 93 , ex 6403 99 96 , ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 ;

 

“papoċċi u xedd tas-saqajn ieħor ta’ ġewwa” għandu jfisser dak ix-xedd tas-saqajn li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00 .

3.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazji anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Golden Step

9,7  %

A775

Il-kumpaniji l-oħra kollha

16,5  %

A999

Il-Vjetnam

Il-kumpaniji kollha

10,0  %

4.   Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 16.5 % u applikabbli għal importazzjonijiet mill- “kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed jiġi hawnhekk estiż għal importazzjonijiet tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 ikkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li oriġinaw mill-Makaw SAR sew jekk le. Il-kodiċijiet TARIC għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Makaw SAR huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

5.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ 15-il xahar.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)   ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1.

(3)   ĠU C 75, 26.3.2008, p. 25.

(4)   ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.

(5)  Meta wieħed iqis li s-sottokuntrattar intra-Unjoni ta’ produzzjoni sħiħa jew parzjali hu komuni fl-Unjoni, il-kunsiderazzjonijiet ġeografiċi kellhom jikkunsidraw ukoll il-limitu safejn is-sjieda tal-proċess tal-produzzjoni jingħata lil kumpaniji fl-Istati Membri in kwistjoni jew jekk il-produzzjoni kinitx iżjed ibbażata fuq arranġamenti ta’ sottokuntrattar jew ħlas ta’ tariffi fejn is-sjieda tal-oġġetti kompluti tibqa’ għand il-parti li tkun ordnat is-servizz.

(6)  Minħabba l-bżonn tal-protezzjoni tal-identità ta’ dawk li lmentaw kif indikat fil-premessa (40) u iżjed ‘il quddiem, ċifra eżatta tal-piż relattiv ta’ din il-kumpanija b’rabta mal-kumplament tal-kampjun ma setgħetx tingħata għax din setgħet tagħti indikazzjonijiet dwar l-identità tal-kumpanija.

(7)  Studju tas-suq tas-CBI “Is-suq tax-xedd tas-saqajn fl-UE.”. April 2008.

(*1)  Sa minn Settembru tal-2007, l-importazzjonijiet mill-Makaw, li jinstabu li qed jevitaw il-miżuri tal-anti-dumping, huma inklużi fid-dejta tar-RPĊ. Il-volumi tal-importazzjoni jikkorrispondu għal 3.7 miljun fl-2007 u 6.4 miljun fl-RIP. Għall-iskop tal-analiżi, l-importazzjonijiet tal-Makaw minn Settembru tal-2007 tqiesu bħala importazzjonijiet Ċiniżi. Minkejja dan, anke mingħajr dawn l-importazzjonijiet, il-valutazzjoni ma tinbidilx, meta wieħed iqis il-volum u l-valuri involuti.

(*2)  Prezz tal-iżbark simulat = CIF + dazju tal-importazzjoni + dazju anti-dumping (sa mis-7 ta’ April 2006) + tariffi għall-proċeduri doganali

(8)   ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1.

(9)  Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hi determinata bil-kombinazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċijiet NM korrispondenti meħuda flimkien.

(10)   ĠU L 291, 31.10.2008.

(11)  Ir-reżistenza għall-impatt għandha titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.


ANNESS

Kodiċi TARIC għal xedd tas-saqajn bil-partijiet ta’ fuq tal-ġilda jew ġilda komposta kif definit fl-Artikolu 1.

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC għal importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina u l-Vjetnam

Kodiċi TARIC għal importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Makaw

6403 20 00

20 , 80

20

6403 51 05

15 , 18 , 95 , 98

15 , 95

6403 51 11

91 , 99

91

6403 51 15

91 , 99

91

6403 51 19

91 , 99

91

6403 51 91

91 , 99

91

6403 51 95

91 , 99

91

6403 51 99

91 , 99

91

6403 59 05

15 , 18 , 95 , 98

15 , 95

6403 59 11

91 , 99

91

6403 59 31

91 , 99

91

6403 59 35

91 , 99

91

6403 59 39

91 , 99

91

6403 59 91

91 , 99

91

6403 59 95

91 , 99

91

6403 59 99

91 , 99

91

6403 91 05

15 , 18 , 95 , 98

15 , 95

6403 91 11

95 , 98

95

6403 91 13

95 , 98

95

6403 91 16

95 , 98

95

6403 91 18

95 , 98

95

6403 91 91

95 , 98

95

6403 91 93

95 , 98

95

6403 91 96

95 , 98

95

6403 91 98

95 , 98

95

6403 99 05

15 , 18 , 95 , 98

15 , 95

6403 99 11

91 , 99

91

6403 99 31

91 , 99

91

6403 99 33

91 , 99

91

6403 99 36

91 , 99

91

6403 99 38

91 , 99

91

6403 99 91

95 , 98

95

6403 99 93

25 , 28 , 95 , 98

25 , 95

6403 99 96

25 , 28 , 95 , 98

25 , 95

6403 99 98

25 , 28 , 95 , 98

25 , 95

6405 10 00

81 , 89

81