23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/26 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1284/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1003/PESK tat-22 ta' Diċembru 2009,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK tipprevedi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta' membri tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD) u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-repressjoni vjolenti tat-28 ta' Settembru 2009 jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż. |
(2) |
Dawk il-miżuri jinkludu l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni kif ukoll projbizzjoni fuq il-forniment tal-assistenza teknika u dik finanzjarja u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir militari lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea jew għall-użu hemmhekk. Il-miżuri jinkludu wkoll projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir lir-Repubblika tal-Ginea li jista' jintuża għar-repressjoni interna. |
(3) |
Dawk il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Unjoni. |
(4) |
Kull ipproċessar ta' data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (2) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3). |
(5) |
Sabiex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tagħmir li jkun jista” jintuża għal repressjoni interna' tfisser l-oġġetti elenkati fl-Anness I; |
(b) |
“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħalma huma t-tagħlim, il-konsulenza, it-taħriġ, it-trasmissjoni ta' għarfien dwar ix-xogħol jew il-ħiliet professjonali jew is-servizzi ta' konsulenza; inklużi forom verbali ta' assistenza; |
(c) |
“servizzi ta' senserija” tfisser l-attivitajiet ta' persuni, entitajiet u sħubiji li jaġixxu bħala intermedjarji billi jixtru, ibiegħu jew jagħmlu arranġamenti għat-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija, jew jinnegozjaw jew jagħmlu arranġamenti għal transazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment ta' oġġetti u ta' teknoloġija; |
(d) |
“fondi” tfisser attiv u passiv finanzjarji ta' kull tip, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
(e) |
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess għal, jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafoll; |
(f) |
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; |
(g) |
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom; |
(h) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat. |
Artikolu 2
Għandu jiġi pprojbit:
(a) |
li jinbiegħ, jiġi fornut, trasferit jew esportat, direttament jew indirettament, tagħmir li jkun jista' jintuża għal repressjoni interna, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk; |
(b) |
li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk; |
(c) |
li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk; |
(d) |
li jkun hemm parteċipazzjoni, intenzjonata jew mhux intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c). |
Artikolu 3
Għandu jiġi pprojbit:
(a) |
li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (4), jew li jirrigwardaw il-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti inklużi f'dik il-lista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea jew għall-użu hemmhekk; |
(b) |
li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea inklużi, b'mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kull bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Repubblika tal-Ginea, jew għall-użu hemmhekk; |
(c) |
li jkun hemm parteċipazzjoni, intenzjonata jew mhux intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b). |
Artikolu 4
1. B'deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw:
(a) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, sakemm ikun maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), għall-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-immaniġġar ta' kriżijiet; |
(b) |
il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir jew ma' programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a); |
(c) |
il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir militari li ma joqtolx maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, għal programmi ta’ bini ta' istituzzjonijiet tan-NU, u għall-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU għall-immaniġġar ta' kriżijiet; |
(d) |
il-provvista ta' finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' vetturi li mhumiex tal-ġlied li jkunu ġew immanifatturati jew mgħammra b’materjal li jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea. |
2. L-ebda awtorizzazzjoni m'għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.
Artikolu 5
L-Artikoli 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-ilbies protettiv, inklużi l-ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 6
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, jew li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew għall-benefiċċju tagħhom.
3. L-Anness II għandu jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li, f'konformità mal-Artikolu 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala membri individwali tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD) jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom:
4. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jaħarbu mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 7
Il-projbizzjonijiet disposti fil-punt (b) tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 6(2) m'għandhomx iwasslu għal xi xorta ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.
Artikolu 8
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jitpoġġew għad-dispożizzjoni, skont il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li jkunu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma:
(a) |
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni li huma elenkati fl-Anness II, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi; |
(b) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-provvista ta' servizzi legali; |
(c) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma ta' rutina ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
2. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 9
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6 ikunu ġew inklużi fl-Anness II, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data; |
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b'dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; |
(c) |
ir-rahan jew sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II; u |
(d) |
ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. |
2. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 10
1. L-Artikolu 6(2) m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw il-kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'din it-transazzjoni.
2. L-Artikolu 6(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
(a) |
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 3 jkunu ġew inklużi fl-Anness II, |
sakemm dan l-imgħax, dħul, ħlas jew strumenti finanzjarji oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 6(1).
Artikolu 11
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew li jiġi rrifjutat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-dispożizzjoni, imwettaq bona fide abbażi tal-fatt li din l-azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, m'għandu jirriżulta fl-ebda tip ta' obbligu fuq il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.
Artikolu 12
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi għandhom:
(a) |
ifornu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, lill-Kummissjoni; u |
(b) |
jikkoperaw ma' dik l-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni. |
2. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titpoġġa għad-disposizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew li tiġi riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.
Artikolu 13
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma' dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 14
L-Anness II għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi elenkati għall-fini tal-identifikazzjoni suffiċjenti tal-persuni kkonċernati.
Din l-informazzjoni tista' tinkludi:
a) |
il-kunjom u l-ismijiet mogħtija, inklużi psewdonimi u titoli, jekk ikun hemm; |
b) |
id-data u l-post tat-twelid; |
c) |
in-nazzjonalità; |
d) |
in-numri tal-passaport u tal-karti ta’ identità; |
e) |
in-numri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali; |
f) |
is-sess; |
g) |
l-indirizz jew informazzjoni oħra dwar fejn jinstabu; |
h) |
il-funzjoni jew il-professjoni; |
i) |
id-data tal-ħatra. |
L-Anness II jista' jinkludi wkoll informazzjoni għall-fini tal-identifikazzjoni kif imniżżel hawn fuq dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, sakemm din l-informazzjoni hija meħtieġa f'każ speċifiku għall-għan uniku li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika elenkata, inkwistjoni.
L-Anness II għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet għall-elenkar, bħall-impjieg.
Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li:
(a) |
temenda l-Anness II abbażi ta' deċizjonijiet meħuda dwar l-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK; u |
(b) |
temenda l-Anness III abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet individwali u speċifiċi għad-deċiżjonijiet meħuda skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, filwaqt li tipprovdi lill-individwu, lill-entità jew lill-korp ikkonċernati b' opportunità li jesprimu l-fehma tagħhom dwar din il-kwistjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 16
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni li japplikaw fil-każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fis-siti tal-Internet jew permezz tagħhom elenkati fl-Anness III.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
3. F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm ir-rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness III.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
(b) |
abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; |
(c) |
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li hija ċittadina ta' Stat Membru; |
(d) |
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru; |
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju mwettaq, totalment jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni. |
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.
(3) ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.
ANNESS I
LISTA TA' TAGĦMIR LI JISTA' JINTUŻA GĦAR-REPRESSJONI INTERNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1(A) U 2(A)
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
3. |
Vetturi kif ġej:
|
4. |
Sustanzi splożivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
|
6. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u software mfassal apposta għalihom. |
7. |
Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl, tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. |
8. |
Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’. |
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm. |
10. |
Tagħmir ta’ produzzjoni ddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista. |
ANNESS II
PERSUNI, ENTITAJIET U ORGANIŻMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…) |
Karigi |
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68 Pass.: R0001318 |
President tas-CNDD |
2. |
Ġeneral tad-Diviżjoni Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA |
d.t.t.: 01/01/46 Pass: R00009392 |
Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili |
3. |
Ġeneral Sékouba KONATÉ |
d.t.t.: 01/01/64 Pass: R0003405//R0002505 |
Ministru tad-Difiża Nazzjonali |
4. |
Kurunell Mathurin BANGOURA |
d.t.t.: 15/11/62 Pass.: R0003491 |
Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni |
5. |
Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA |
d.t.t.: 22/10/79 Pass: R0017873 |
Ministru u Segretarju Permanenti tas-CNDD (imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09) |
6. |
Kmandant Oumar BALDÉ |
d.t.t.: 26/12/64 Pass.: R0003076 |
Membru tas-CNDD |
7. |
Kmandant Mamadi (psewdonomu Mamady) MARA |
d.t.t.: 01/01/54 Pass: R0001343 |
Membru tas-CNDD |
8. |
Kmandant Almamy CAMARA |
d.t.t.: 17/10/75 Pass.: R0023013 |
Membru tas-CNDD |
9. |
Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO |
d.t.t.: 01/01/56 Pass.: R0001855 |
Membru tas-CNDD |
10. |
Kaptan Koulako BÉAVOGUI |
|
Membru tas-CNDD |
11. |
Logutenent Kurunell tal-Pulizija Kandia (psewdonomu Kandja) MARA |
Pass.: R0178636 |
Membru tas-CNDD Direttur tas-Sigurtà Nazzjonali ta' Labé |
12. |
Kurunell Sékou MARA |
d.t.t.: 1957 |
Membru tas-CNDD Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali |
13. |
Morciré CAMARA |
d.t.t.: 01/01/49 Pass.: R0003216 |
Membru tas-CNDD |
14. |
Alpha Yaya DIALLO |
|
Membru tas-CNDD Direttur Nazzjonali tad-Dwana |
15. |
Kurunell Mamadou Korka DIALLO |
d.t.t.: 19/02/62 |
Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs |
16. |
Kmandant Kelitigui FARO |
d.t.t.: 03/08/72 Pass.: R0003410 |
Ministru Segretarju Ġenerali għall-Presidenza tar-Repubblika |
17. |
Kurunell Fodeba TOURÉ |
d.t.t.: 07/06/61 Pass.: R0003417 /R0002132 |
Gvernatur ta' Kindja (dak li kien il-Ministru taż-Żgħażagħ, imkeċċi minn Ministru fis-07/05/09) |
18. |
Kmandant Cheick Sékou (psewdonomu Ahmed) Tidiane CAMARA |
d.t.t.: 12/05/66 |
Membru tas-CNDD |
19. |
Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO |
|
Membru tas-CNDD |
20. |
Logutenent Jean- Claude (magħruf bħala COPLAN PIVI) |
d.t.t.: 01/01/60 |
Membru tas-CNDD Ministru responsabbli għas-Sigurtà Presidenzjali |
21. |
Kaptan Saa Alphonse TOURÉ |
d.t.t: 03/06/70 |
Membru tas-CNDD |
22. |
Kurunell Moussa KEITA |
d.t.t.: 01/01/66 |
Membru tas-CNDD Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD responsabbli għar-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Repubblikani |
23. |
Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH |
|
Membru tas-CNDD |
24. |
Kmandant Bamou LAMA |
|
Membru tas-CNDD |
25. |
Is-Sur Mohamed Lamine KABA |
|
Membru tas-CNDD |
26. |
Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ |
|
Membru tas-CNDD |
27. |
Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA |
|
Membru tas-CNDD |
28. |
Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA |
d.t.t.: 01/01/68 Pass.: 7190 |
Membru tas-CNDD Ministru fil-Presidenza responsabbli għas-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju |
29. |
Kaptan Issa CAMARA |
d.t.t.: 1954 |
Membru tas-CNDD Gvernatur ta' Mamou |
30. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
d.t.t.: 26/02/57 Pass.: 13683 |
Membru tas-CNDD Ministru tas-Saħħa u tal-Iġjene Pubblika |
31. |
Mamady CONDÉ |
d.t.t.: 28/11/52 Pass.: R0003212 |
Membru tas-CNDD |
32. |
Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ |
|
Membru tas-CNDD |
33. |
Logutenent Kurunell Aboubacar Biro CONDÉ |
d.t.t.: 15/10/62 Pass.: 2443/R0004700 |
Membru tas-CNDD |
34. |
Bouna KEITA |
|
Membru tas-CNDD |
35. |
Idrissa CHERIF |
d.t.t.: 13/11/67 Pass.: R0105758 |
Ministru responsabbli għall-Komunikazzjonijiet fil-Presidenza u fil-Ministeru tad-Difiża |
36. |
Mamoudou (psewdonomu) Mamadou) CONDÉ |
d.t.t.: 09/12/60 Pass.: R0020803 |
Segretarju tal-Istat, Responsabbli għall-Missjonijiet, il-kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli |
37. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ |
|
Aide de Camp tal-President |
38. |
Ibrahima Khalil DIAWARA |
d.t.t.: 01/01/76 Pass.: R0000968 |
Kunsillier Speċjali ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité |
39. |
Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI |
|
Assistent ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité |
40. |
Is-Sur Papa Koly KOUROUMA |
d.t.t.: 03/11/62 Pass.: R11914/R001534 |
Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli |
41. |
Kmandant Nouhou THIAM |
d.t.t.: 1960 Pass.: 5180 |
Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kelliem tas-CNDD |
42. |
Kaptan tal-Pulizija Théodore (psewdonomu Siba) KOUROUMA |
d.t.t.: 13/05/71 Pass.: Service R0001204 |
Attaché tal-kabinett għall-Presidenza |
43. |
Is-Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA |
d.t.t.: 08/03/50 Pass: R0001747 |
Membru tas-CNDD |
44. |
Kaptan Mamadou SANDÉ |
d.t.t.: 12/12/69 Pass: R0003465 |
Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Ekonomijia u l-Finanzi |
45. |
Is-Sur Alhassane (psewdonomu Al-Hassane) Siba ONIPOGUI |
d.t.t.: 31/12/61 Pass: 5938/R00003488 |
Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Kontroll tal-Istat |
46. |
Is-Sur Joseph KANDUNO |
|
Ministru responsabbli għall-Verifiki, it-trasparenza u l-Governanza tajba |
47. |
Is-Sur Fodéba (psewdonomu Isto) KÉIRA |
d.t.t.: 04/06/61 Pass: R0001767 |
Ministru taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Promozzjoni tal-Impjieg fost iż-Żgħażagħ |
48. |
Kurunell Siba LOHALAMOU |
d.t.t.: 01/08/62 Pass: R0001376 |
Ministru tal-Ġustizzja, Għassies tas-Siġilli |
49. |
Dr. Frédéric KOLIÉ |
d.t.t.: 01/01/60 Pass : R0001714 |
Ministru tal-Amministrazzjoni tat-Territorju u l-Affarijiet Politiċi |
50. |
Is-Sur Alexandre Cécé LOUA |
d.t.t.: 01/01/56 Pass: R0001757 / diplomatiku: R 0000027 |
Ministru tal-Affarijiet Barranin u taċ-Ċittadini tal-Ginea li jgħixu barra mill-pajjiż |
51. |
Is-Sur Mamoudou (psewdonomu Mahmoud) THIAM |
d.t.t.: 04/10/68 Pass: R0001758 |
Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija |
52. |
Is-Sur Boubacar BARRY |
d.t.t.: 28/05/64 Pass: R0003408 |
Ministru tal-Istat fil-Presidenza responsabbli għall-Kostruzzjoni, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Wirt Arkitetturali Pubbliku |
53. |
Demba FADIGA |
d.t.t.: 01/01/52 Pass: Dokument ta' residenza FR365845/365857 |
Membru tas-CNDD, Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju. Responsabbli għar-relazzjonijiet bejn is-CNDD u l-Gvern |
54. |
Is-Sur Mohamed DIOP |
d.t.t.: 01/01/63 Pass: R0001798 |
Membru tas-CNDD Gvernatur ta' Conarky |
55. |
Is-Surġent Mohamed (psewdonomu Tigre) CAMARA |
|
Membru tal-forzi tas-sigurtà fil-kamp tal-Gwardja Presidenzjali ‘Koundara’ |
56. |
Is-Sur Habib HANN |
d.t.t.: 15/12/50 Pass: 341442 |
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza fis-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
57. |
Is-Sur Ousmane KABA |
|
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
58. |
Is-Sur Alfred MATHOS |
|
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
59. |
Kaptan Mandiou DIOUBATÉ |
d.t.t.: 01/01/60 Pass: R0003622 |
Direttur tal-uffiċċju tal-istampa fil-Presidenza Kelliem tas-CNDD |
60. |
Cheik Sydia DIABATÉ |
d.t.t.: 23/04/68 Pass: R0004490 |
Membru tal-Forzi Armati Direttur tas-Servizzi ta' Intelligence u ta' Investigazzjoni fil-Ministru tad-Difiża |
61. |
Is-Sur Ibrahima Ahmed BARRY |
d.t.t.: 11/11/61 Pass: R0048243 |
Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni tal-Ginea |
62. |
Is-Sur Alhassane BARRY |
d.t.t.: 15/11/62 Pass: R0003484 |
Gvernatur tal-Bank Ċentrali |
63. |
Is-Sur Roda Namatala FAWAZ |
d.t.t.: 06/07/47 Pass: R0001977 |
Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
64. |
Dioulde DIALLO |
|
Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
65. |
Kerfalla CAMARA |
|
KPC PDG tal-Gui. Co. Pres Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
66. |
Dr. Moustapha ZABATT |
d.t.t.: 06/02/65 |
Tabib u Konsulent Personali tal-President |
67. |
Aly MANET |
|
Moviment ‘Dadis Doit Rester’ |
68. |
Louis M’bemba SOUMAH |
|
Ministru tax-Xogħol, ir-Riforma Amministrattiva u s-Servizz Pubbliku |
69. |
Cheik Fantamady CONDÉ |
|
Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura |
70. |
Boureima CONDÉ |
|
Ministru tal-Agrikoltura u t-Trobbija tal-Bhejjem |
71. |
Mariame SYLLA |
|
Ministru tad-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali |
ANNESS III
Siti tal-Internet li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 12 u 17 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities
IL-GREĊJA
http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/
SPANJA
www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/felelos_illetekes_hatosagok.htm
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
www.minbuza.nl/nl/Onderwerpen/Internationale_rechtsorde/Internationale_Sancties/Bevoegde_instanties_algemeen
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.mne.gov.pt/mne/pt/AutMedidasRestritivas.htm
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
http://www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission |
Directorate-General for External Relations |
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP |
Unit A.2. Crisis Management and Peace Building |
CHAR 12/108 |
B-1049 Brussels |
Belgium |
Tel.: (+32-2) 296 61 33 / 295 55 85 |
Fax: (+32-2) 299 08 73 |