|
22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1269/2009
tal-21 ta’ Diċembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 243/2007 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-addittiv għall-għalf fl-għalf għall-qżieqeż għat-tismin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2) il-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotti mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv għall-għalf fil-kategorija ta’ addittivi żootekniċi għall-użu fuq il-ħnienes miftuma, u fuq il-qżieqeż u t-tiġieġ għat-tismin. |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi, il-BASF SE, ippreżenta applikazzjoni fejn jitlob li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-qżieqeż għat-tismin billi jitnaqqas il-kontenut minimu tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni kienet akkompanjata mid-dejta relevanti li ssostni din it-talba għall-bidla. |
|
(3) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Lulju 2009, l-Awtorità kkonkludiet li hemm biżżejjed provi għas-sostenn tal-effikaċja tal-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) fuq il-qżieqeż għat-tismin bil-kontenut minimu ta’ 100 FTU għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ (3). |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 243/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 243/2007, fis-seba’ kolonna, bl-intestatura kontenut minimu, il-kliem “280 FTU” huwa mibdul bi “100 FTU” (*1).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1184, p. 1.
(*1) 1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera mikromole wieħed ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta b’pH ta’ 5.5 u 37 °C.