|
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2009
tas-17 ta’ Diċembru 2009
li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Ftuħ
|
(1) |
Fit-23 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) rċeviet ilment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
L-ilment tressaq skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (EUROMETAUX) (“l-ilmentatriċi”) f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ wajers tal-molibdenu. |
|
(3) |
L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ dannu materjali minn dan id-dumping li tqies li kienet suffiċjenti biex ikun iġġustifikat il-ftuħ ta’ proċediment. |
|
(4) |
Fis-8 ta’ April 2009, il-proċediment infetaħ bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(5) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-produtturi fir-RPĊ li jesportaw, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet fil-Komunità li kien magħruf li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-produttur Komunitarju li għamel l-ilment u lil produtturi Komunitarji oħrajn li kien magħruf li huma kkonċernati bil-ftuħ tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fl-iskadenza stipulata fl-avviż ta’ ftuħ. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew mismugħa. |
|
(6) |
Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES) jew għal trattament individwali (TI), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Grupp ta’ kumpaniji wieħed biss, li jikkonsisti f’Jinduicheng Molybdenum Co., Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Jinduicheng Molybdenum Mining Guangming Co., (“Jinduicheng group”), ippreżenta ruħu u talab TI. |
|
(7) |
Minħabba li kien jidher li kien hemm għadd kbir ta’ produtturi fir-RPĊ li jesportaw u ta’ importaturi u produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni indikat fl-avviż tal-bidu li jista’ jkun applikat it-teħid ta’ kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-importaturi Komunitarji magħrufa kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat. |
|
(9) |
Minħabba n-numru limitat ta’ risposti għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx neċessarju għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw jew għall-importaturi Komunitarji. |
|
(10) |
Kwestjonarji speċifiċi ntbagħtu lill-partijiet kollha li kien magħruf li huma kkonċernati, jiġifieri l-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi Komunitarji, l-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti fil-Komunità. Ġew irċevuti risposti minn grupp wieħed ta’ produtturi li jesportaw mir-RPĊ, il-produttur Komunitarju li kien qed iressaq l-ilment, importatur/kummerċjant wieħed u utent wieħed. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex ikun iddeterminat b’mod provviżorju d-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet verifiki fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(12) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ, li ħadd minnhom ma talab TES, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti:
|
1.3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(13) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Marzu 2005 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa wajer tal-molibdenu, li fih minn tal-inqas 99,95 % tal-piż ta’ molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li jaqbeż il-1,35 mm imma ma jaqbiżx l-4,0 mm, li joriġina fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “wajer tal-molibdenu”), bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00 . |
|
(15) |
Il-wajer tal-molibdenu jintuża prinċipalment fis-settur tal-karozzi għall-kisi tal-metalli permezz ta’ sprejjar termali ta’ partijiet tal-muturi li huma suġġetti għal tqagħbir qawwi, bħalma huma ċ-ċrieki tal-pistun, iċ-ċrieki tas-sinkronizzatur jew komponenti tat-trażmissjoni, biex tiżdied ir-reżistenza tagħhom kontra l-brix. |
2.2. Il-prodott simili
|
(16) |
Ma nstabu ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-wajer tal-molibdenu prodott mill-industrija tal-Komunità u mibjugħ fuq is-suq Komunitarju. Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi stat ta’ tranżizzjoni u li ebda esportatur ma talab TES, kif imsemmi fil-premessa (6), il-valur normali kellu jiġi stabbilit abbażi ta’ informazzjoni miksuba f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, l-Istati Uniti. Skont l-informazzjoni disponibbli, il-wajer tal-molibdenu prodott u mibjugħ fuq is-suq domestiku tal-Istati Uniti kif ukoll wajer tal-molibdenu esportat mill-Istati Uniti lejn swieq oħrajn, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi bħall-wajer tal-molibdenu prodott fir-RPĊ u esportat lejn il-Komunità. |
|
(17) |
Għaldaqstant qed jiġu provviżorjament konkluż li t-tipi kollha ta’ wajer tal-molibdenu huma simili fil-kuntest tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. It-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES)
|
(18) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafu minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi. |
|
(19) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessa (6) hawn fuq, il-Jinduicheng group talab biss Trattament Individwali (“TI”). Għaldaqstant dawn il-kriterji ma kinux investigati. |
3.2. It-trattament individwali (TI)
|
(20) |
Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju applikat għal pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk jikkwalifikaw biex jingħataw it-TI. |
|
(21) |
Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji qed ikunu elenkati f’forma mqassra hawn taħt:
|
|
(22) |
Fir-rigward tal-kriterju (c), instab li l-kumpanija li hija s-sid, Jingduicheng Molybdenum Co., Ltd, kienet proprjetà tal-Istat. Irriżulta li matul il-PI 20 % biss tal-ishma kienu jappartjenu lil persuni privati u li dawn l-ishma kienu jirrappreżentaw 2,4 % biss tad-drittijiet tal-vot. Il-bqija tat-80 % tal-ishma, b’97,6 % tad-drittijiet tal-vot, kienu jappartjenu lil intrapriżi li kienu proprjetà tal-Istat. |
|
(23) |
Abbażi tas-sejbiet ta’ hawn fuq, kien stabbilit b’mod provviżorju li l-Jinduicheng group ma setax jingħata TI kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Il-valur normali
|
(24) |
Fl-avviż ta’ ftuħ, kien maħsub li tintuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu. Produttur mill-Istati Uniti, Global Tungsten & Powders Corp (“Global Tungsten”), qabel li jikkoopera u pprovda l-informazzjoni kollha neċessarja bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-Jinduicheng group ikkontesta din l-għażla u ppropona produtturi li jinsabu fil-Messiku u fl-Indja. Madankollu, il-kumpaniji li kien ikkuntattjati jew irrifjutaw li jikkooperaw, bħal fil-każ tal-Indja, jew indikaw li ma kinux jipproduċu l-prodott simili. Għalhekk l-Istati Uniti kienet ikkonfermata bħala pajjiż analogu adegwat għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. |
|
(25) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi nnotat li minħabba li l- produttur tal-pajjiż analogu għamel biss bejgħ marġinali fuq is-suq domestiku tal-Istati Uniti, instab li ma kienx raġonevoli li jintużaw tali dejta ta’ bejgħ għall-għan li jiġi ddeteminat jew kostrutt il-valur normali. |
3.4. Il-Prezz tal-Esportazzjoni
|
(26) |
Kif spjegat fil-premessa (9), grupp ta’ kumpaniji wieħed biss, il-Jinduicheng group, li jirrappreżenta bejn 60 u 75 % (3) tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-Komunità, ikkoopera mal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, dan il-livell ta’ kooperazzjoni kien ikkunsidrat bħala baxx wisq. Konsegwentament, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet għall-produtturi Ċiniżi kollha kienu stabbiliti b’mod provviżorju abbażi taċ-ċifri rappurtati mill-grupp li kkoopera, ikkumplimentati bid-dejta tal-Eurostat dwar l-importazzjonijet, u aġġustati b’mod adattat kif spjegat fil-premessa (34) hawn taħt. |
3.5. Il-paragun
|
(27) |
Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ex xogħlijiet. Biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-prezz tat-trasport, spejjeż tal-ġarr bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, spejjeż anċillari u tat-tagħbija u tassazzjoni indiretta fejn applikabbli u ġġustifikata. |
3.6. Il-marġini tad-dumping
|
(28) |
Kif spjegat fil-premessa (23) hawn fuq, il-Jinduicheng group ma ssodisfax l-obbligi tat-TI kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Konsegwentament, kien stabbilit marġini tad-dumping għar-RPĊ kollha. |
|
(29) |
Fuq din il-bażi l-livell ta’ dumping għar-RPĊ kollha ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 68,4 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas. |
4. DANNU
4.1. Il-produzzjoni Komunitarja
|
(30) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li kien hemm żewġ produtturi fil-Komunità li jipproduċu l-prodott simili għas-suq maqbud. Produttur wieħed esprima pożizzjoni newtrali fir-rigward ta’ dan il-proċediment u pprovda dejta ġenerali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu. Il-produttur l-ieħor, li f’ismu tressaq l-ilment, ikkoopera b’mod sħiħ mal-investigazzjoni u pprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, sabiex titħares l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozji ta’ dak il-produttur, iċ-ċifri kollha relatati ma’ dejta sensittiva mogħtija hawn taħt ġew indiċjati jew mogħtija bħala medda. Iċ-ċifri fil-paranteżi jirreferu għal ċifri negattivi. |
|
(31) |
Fid-dawl tal-paragrafu preċedenti, il-volum tal-produzzjoni Komunitarja għall-finijiet tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku nħadem billi ngħaddu flimkien il-produzzjoni tal-produttur Komunitarju li kkoopera b’mod sħiħ mal-volum tal-produzzjoni tal-produttur Komunitarju l-ieħor. |
4.2. Id-definizzjoni ta’ industrija tal-Komunità
|
(32) |
L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-produttur Komunitarju li kkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni kienet tirrappreżenta aktar minn 80 % tal-wajer tal-molibdenu prodott fil-Komunità matul il-PI. Għaldaqstant kien ikkunsidrat li din il-kumpanija kienet tikkwalifika biex tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja għall-finijiet tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Minħabba li l-produttur Komunitarju juża sena fiskali mill-1 ta’ Marzu sat-28 ta’ Frar tas-sena sussegwenti, id-dejta kollha ta’ hawn taħt hija ppreżentata għas-snin fiskali (“SF”) pjuttost milli għal snin kalendarji (pereżempju SF2005 tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2004 sat-28 ta’ Frar 2005). Madankollu, id-dejta użata fl-IP, kif imsemmi fil-premessa (13), tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009. Id-dejta dwar l-importazzjonijiet ġiet stabbilita fuq l-istess bażi. |
4.3. Il-konsum Komunitarju
|
(34) |
Il-konsum Komunitarju kien stabbilit billi ngħaddew flimkien il-volum totali ta’ bejgħ tal-produtturi fil-Komunità u l-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi miġbura mill-Eurostat. Huwa mfakkar li l-kodiċi NM li taħtu huwa ddikjarat il-prodott ikkonċernat jinkludi wkoll prodotti oħra minbarra dak ikkonċernat. Fin-nuqqas ta’ statistika speċifika dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, id-dejta tal-Eurostat kienu aġġustati skont il-metodu ssuġġerit fl-ilment. Dan il-metodu nstab li kien kredibbli biex tinkiseb dejta dwar il-prodott ikkonċernat. |
|
(35) |
Id-dejta deskritta fit-Tabella 1 turi li d-domanda għall-prodott ikkonċernat fil-Komunità naqset b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din żdiedet b’4 % sal-2008, u wara niżlet b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika, u affettwat b’mod partikolari s-settur tal-karozzi. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||
4.4. L-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ
4.4.1. Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet
|
(36) |
Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (34) hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat kien ibbażat fuq dejta mill-Eurostat, aġġustati skont il-metodu ssuġġerit fl-ilment. Abbażi ta’ dan, l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet din li ġejja: Tabella 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(37) |
L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn 36 tunnellata metrika fl-2005 għal 116-il tunnellata metrika fl-2008, jiġifieri b’aktar minn tliet darbiet. Wara l-livell massimu li ntlaħaq fl-2008, dawn l-importazzjonijet naqsu fil-PI b’mod konformi mal-evoluzzjoni tal-konsum Komunitarju. Madankollu, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fis-suq Komunitarju kważi ttrippla bejn l-2005 u l-PI. |
|
(38) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ kien fl-aktar livell baxx tiegħu fl-2005. Dan laħaq massimu fl-2006 u wara naqas progressivament b’19 % bejn l-2006 u l-PI. |
4.4.2. Tnaqqis sostanzjali fil-prezz
|
(39) |
Għall-finijiet tal-analiżi tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, il-prezzijiet medji mwieżna tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal-livell ex-xogħlijiet, kienu mqabbla mal-prezzijiet medji mwieżna tal-importazzjonijet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustament adegwat għal spejjeż u dazji doganali ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(40) |
Il-paragun wera li matul il-perjodu tal-PI l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, b’minn 30 sa 35 %, meta espressi bħala perċentwal ta’ dawn tal-aħħar. |
4.5. Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja
4.5.1. Kummenti preliminari
|
(41) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Komunità kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-industrija Komunitarja mill-2005 sat-tmiem tal-PI. |
4.5.2. Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
Tabella 3
|
|
2005 |
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
|
Indiċi tal-produzzjoni |
100 |
98 |
96 |
73 |
67 |
|
Indiċi tal-kapaċità |
100 |
100 |
100 |
100 |
100 |
|
Indiċi tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità |
100 |
98 |
96 |
73 |
67 |
|
Sors: Risposta għall-kwestjonarju. |
|||||
|
(42) |
Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja naqset progressivament bi 33 % matul il-perjodu kkunsidrat b’konformità ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi b’aktar minn tliet darbiet matul l-istess perjodu. Fl-ewwel stadju, bejn l-2005 u l-2008 il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja tnaqqset b’27 %. Din ix-xejra ta’ tnaqqis kienet ikkonfermata bejn l-2008 u l-PI meta l-produzzjoni niżlet bi 8 % addizzjonali. |
|
(43) |
Minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet l-istess xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3. Volum ta’ bejgħ, sehem tas-suq, tkabbir u prezzjijiet medji tal-unità fil-Komunità
|
(44) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirrapreżentaw il-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità f’forma indiċjata. Tabella 4
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(45) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fuq is-suq Komunitarju naqas b’mod sinifikanti bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien ħafna akbar mit-tnaqqis fil-konsum (– 10 %) matul l-istess perjodu. Konsegwentament l-industrija Komunitarja tilfet ukoll sehem sostanzjali tas-suq fl-istess perjodu. |
|
(46) |
Prezzijiet medji ex-xogħlijiet tal-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Komunità segwew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Matul dan il-perjodu, ġiet osservata żieda żgħira fl-2007 b’paragun mal-2006, b’mod konformi maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima f’dik is-sena partikolari, u sussegwentement il-prezzijiet tal-bejgħ reġgħu naqsu. B’mod ġenerali l-industrija Komunitarja kellha tbaxxi l-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha fuq is-suq Komunitarju bi 8 %. |
4.5.4. Ħażniet
|
(47) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taħt jirreferu għall-volum tal-ħażniet fl-aħħar ta’ kull perjodu. Tabella 5
|
||||||||||||||||||
|
(48) |
Il-ћażniet żdiedu b’133 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti d-diffikultà li dejjem qed tiżdied tal-industrija biex tbigћ il-prodotti tagћha fis-suq tal-Komunità. It-tnaqqis fil-ħażniet osservat bejn l-2006 u l-2007 segwa t-tendenza tal-konsum Komunitarju matul l-istess perjodu. |
4.5.5. Impjiegi, salarji u produttività
|
(49) |
L-evoluzzjoni tal-impjiegi, s-salarji u l-produttività kienet kif ġej. Tabella 6
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(50) |
L-industrija Komunitarja naqqset drastikament in-numru ta’ ħaddiema tagħha bejn l-2005 u l-PI. Dan kien ir-riżultat tat-tnaqqis kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-isforzi mwettqa mill-industrija Komunitarja biex tkabbar l-effiċjenza fil-produzzjoni u tagħti spinta lill-produttività. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ tkabbir fl-effiċjenza kien għalhekk rifless fil-produttività li kient pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(51) |
Il-livelli medji tas-salarji wrew żieda fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat iżda mbagħad tbaxxew bejn l-2007 u l-PI. |
4.5.6. Profitt u fluss ta’ flus
|
(52) |
Il-livelli tal-profitt u likwidità mill-bejgħ ta’ wajer tal-molibdenu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tas-sena 2007. Tabella 7
|
||||||||||||||||||||||||
|
(53) |
Il-profitt mar għall-agħar b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI, meta laħaq l-aktar livell baxx tiegħu. L-investigazzjoni indikat li t-titjib fil-profitt fl-2007 kienet mabut mal-iżvilupp pożittiv fil-konsum Komunitrarju, l-isforzi tal-industrija Komunitarja għat-tkabbir fl-effiċjenza u li l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-prezzjijiet tal-bejgħ tagħha f’dik is-sena. |
|
(54) |
Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, kienet fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-evoluzzjoni tal-profitt. B’mod ġenerali, l-investigazzjoni wriet li l-likwidità marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.7. L-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti u l-ћila li jiżdied il-kapital
|
(55) |
Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja investiet b’mod sinifikanti fis-settur tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, mill-2006 ‘il quddiem, l-investimenti kellhom jitnaqqsu. |
|
(56) |
L-investigazzjoni wriet li l-ħila tal-industrija Komunitarja biex iżżid il-kapital segwiet l-istess xejra tal-profitt tagħha. Tabella 8
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.8. Daqs tal-marġini tad-dumping
|
(57) |
Il-marġini tad-dumping ikkonstatat, indikat hawn fuq fil-premessa (32), kien ogħla mil-livell de minimis b’mod sinifikanti. Barra dan, minħabba li l-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping b’mod partikolari matul il-perjodu tal-PI, l-impatt tal-maġini attwali tad-dumping fuq is-suq Komunitarju ma setax jitqies bħala negliġibbli. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(58) |
Bejn l-2005 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied b’aktar minn 150 %, u laħaq sehem tas-suq ta’ 27,0 % sat-tmiem tal-perjodu kkunsidrat. Matul il-PI, l-importazzjoni mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi u li kienu l-oġġett ta’ dumping kienu qed inaqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità. Il-medja mwieżna tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet laħqet massimu li tvarja bejn 30 u 35 % matul il-PI. |
|
(59) |
Matul l-istess perjodu, filwaqt li l-konsum Komunitarju naqas b’10 %, il-volum tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqas bi 32 %. Is-sehem tas-suq tiegħu niżel bi 17-il punt perċentwali u l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu kellhom jitnaqqsu bi 8 % biex jiġi mnaqqas it-telf fil-bejgħ u s-sehem tas-suq. |
|
(60) |
Konsegwentement, il-qagħda tal-industrija Komunitarja marret għall-agħar b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni naqset bi 33 %, l-istess bħall-utilizzazzjoni tal-kapaċità, u laħqet livell baxx ħafna fil-PI u l-livell tal-ħażniet żdied b’aktar mid-doppju. Id-deterjorament tal-qagħda tal-industrija Komunitarja fil-perjodu kkunsidrat kienet ikkonfermata wkoll mill-iżvilupp negattiv fil-profitt, il-likwidità, l-impjiegi u l-investimenti. |
|
(61) |
Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, kien konkluż b’mod provviżorju li l-industrija Komunitarja ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Introduzzjoni
|
(62) |
Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarja sa punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi oħra magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin jikkaġunaw ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun żgurat li l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
5.2. L-effetti tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping
|
(63) |
Id-deterjorament fil-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja seħħ fl-istess żmien maż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping. Il-volum tagħhom kiber b’aktar minn 150 % bejn l-2005 u l-PI u s-sehem tas-suq tagħhom kważi ttrippla matul il-perjodu kkunsidrat. F’dak il-perjodu, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu b’mod konsiderevoli bi 32 %. Fl-istess żmien intilfet parti sinifattiva tas-sehem tas-suq u kważi l-indikaturi kollha l-oħra ta’ dannu, bħalma huma l-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti, il-profitt, il-likwidità u l-impjiegi wrew xejriet sinifikanti ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(64) |
Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żdiedu fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, dawn baqgħu jinżlu b’mod kostanti u sinifikanti b’19 % fil-bqija tal-perjodu. Minkejja li l-industrija Komunitarja baxxiet il-prezzijiet tagħha bi 8 %, l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping baqgħu kostantament taħt il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, u naqqsuhom b’mod sostanzjali b’bejn 30 u 35 % matul il-PI. |
|
(65) |
Fil-kuntest tal-qagħda ekonomika negattiva, b’mod partikolari matul il-PI, marbuta mal-kriżi ekonomika li partikolarment laqtet lill-industrija tal-karozzi, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu b’mod konsiderevoli bi tliet darbiet aktar mill-konsum Komunitarju. Dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fis-sehem tas-suq li ntrebaħ kollu mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Fl-istess żmien il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqsu f’daqqa wkoll u l-ħażniet telgħu b’mod drammatiku b’aktar minn 100 %. |
|
(66) |
Għaldaqstant kien ikkunsidrat li fil-kuntest ekonomiku negattiv, il-volum għoli ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping kellhom impatt sinifikanti negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI. |
5.3. L-effett ta’ fatturi oħra
|
(67) |
Il-fatturi l-oħra eżaminati fl-analiżi tal-kawżalità kienu l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju, l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-industrija Komunitarja, u b’mod partikolari l-prezzijiet tal-materja prima (Moly-Oxide), il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodi kkunsidrat. |
5.3.1. Żvilupp tad-domanda
|
(68) |
L-investigazzjoni wriet li d-domanda fis-suq Komunitarju naqset b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-ewwel stadju l-konsum żdied b’4 % bejn l-2005 u l-2008 u mbagħad, fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u l-impatt tagħha fuq is-settur tal-karozzi, naqas b’14 % bejn l-2008 u l-PI. |
|
(69) |
Kif spjegat fil-premessa (65) hawn fuq, meta l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqsu konsiderevolment aktar (– 32 %) mill-konsum Komunitarju (– 10 %). Is-sehem tas-suq kollu mitluf mill-industrija Komunitarja ntrebaħ mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum ma tistax tispjega d-deterjorament drammatiku fil-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI. |
5.3.2. Prezzijiet tal-materja prima fis-suq Komunitarju
|
(70) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż tal-unità tagħha b’6 %. Għandu jiġi nnotat li l-prezz tal-Moly-Oxide, il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, wera xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-qagħda ekonomika negattiva u t-telf finanzjarju mġarrab matul il-PI ma jistgħux jiġu attribwiti għal żidiet fl-ispejjeż imma pjuttost għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ (– 8 %) fil-perjodu. |
5.3.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(71) |
L-investigazzjoni tad-dannu ffokat fuq l-analiżi tal-qagħda tal-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità, li huwa s-suq prinċipali ta’ dik l-industrija. L-analiżi tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha bħala fattur li seta’ ikkaġuna ħsara wriet li l-bejgħ bl-esportazzjoni li sar mill-industrija Komunitarja baqa’ relattivament modest matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-bejgħ totali tagħha matul il-PI. Tabella 9
|
||||||||||||||||||||||||
|
(72) |
Anki jekk kien hemm xejra ta’ tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat b’konformità mal-qagħda negattiva madwar id-dinja kollha fis-settur tal-karozzi mill-2008, is-suq Komunitarju kien minn dejjem is-suq prinċipali tal-industrija Komunitarja. Għalhekk, kwalunkwe impatt negattiv tat-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjoni fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja seta’ jkun biss negliġibbli. |
5.3.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(73) |
In-numru ta’ produtturi ta’ wajer tal-molibdenu huwa limitat ħafna fid-dinja kollha. Minbarra r-RPĊ, is-sors prinċipali ta’ importazzjonijiet ġewwa l-Komunità huwa l-Istati Uniti. Barra dan kien hemm importazzjonijiet negliġibbli mill-Indja u l-Ġappun matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(74) |
Abbażi tad-dejta tal-esportazzjoni mibgħuta mill-uniku produttur fl-Istati Uniti tal-prodott simili, li kkoopera mal-investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodott ikkonċernat kienu jirrappreżentaw bejn 15 sa 20 % tas-suq Komunitarju matul il-PI imma b’mod ġenerali dawn l-importazzjonijiet naqsu b’21 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis prinċipali, li laħaq massimu ta’ 17 %, seħħ bejn l-2008 u l-PI. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità d-dejta fit-Tabella 9 hawn taħt hija ppreżentata f’forma indiċjata. Tabella 10
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(75) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li matul il-PI, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti mhux biss kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet ta’ importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping, imma kienu fl-istess medda tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja, li jissuġġerixxi li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti setgħu kienu affetwati wkoll mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant kwalunkwe impatt negattiv tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fuq is-suq Komunitarju ma kinux tali li tinbidel l-opinjoni li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kienu l-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. |
5.3.5. Produttur ieħor fil-Komunità
|
(76) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, deher li l-produttur Komunitarju l-ieħor kellu bejgħ limitat fis-suq Komunitarju. Għaldaqstant, il-preżenza ta’ dak il-produttur fis-suq Komunitarju ma setgħetx tkun il-kawża tad-dannu li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
5.4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(77) |
Id-dannu li ġarrbet l-industrija Komunitarja mmaterjalizza prinċipalment fil-forma ta’ telf fil-produzzjoni, fil-volumi tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. It-telf ta’ ekonomiji tal-iskala minħabba utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità wassal għal qagħda ekonomika ġeneralment negattiva għall-industrija Komunitarja. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ġiegħlet lill-industrija Komunitarja biex tbaxxi l-prezzijiet tagħha bi 8 % u għalhekk dgħajfet il-qagħda finanzjarja tagħha b’mod partikolari matul il-PI. |
|
(78) |
Id-deterjorament tal-qagħda tal-industrija Komunitarja seħħ fl-istess żmien taż-żieda drastika fil-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet li kostantament naqqsu b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja. Dan jispjega għalfejn l-importazzjonijiet Ċiniżi ggwadanjaw sehem tas-suq konsiderevoli fuq is-suq Komunitarju. |
|
(79) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkaġunaw dannu lill-industrija Komunitarja wera li ebda minnhom ma seta’ kellu xi impatt negattiv sinifikanti fuq dik l-industrija u ma setax ikun suffiċjenti biex tinbidel l-opinjoni li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kienu l-kawża tas-sitwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità matul il-PI. |
|
(80) |
Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi l-oħra kollha magħrufa dwar il-qagħda tal-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, kien konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
6. INTERESS TAL-KOMUNITÀ
6.1. Osservazzjoni preliminari
|
(81) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk kinux jeżistu raġunijiet b’saħħithom li setgħu jwasslu biex jiġi konkluż li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu imposti miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi u l-kummerċjanti kollha li ssemmew fl-ilment. Risposti għall-kwestjonarji kienu rċevuti mingħand kummerċjant wieħed u utent wieħed. |
|
(82) |
Abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-partijiet li kkooperaw, intlaħqu l-konklużjonijiet provviżorji li ġejjin. |
6.2. L-interessi tal-industrija Komunitarja
|
(83) |
Il-wajer tal-molibdenu huwa prodott kruċjali fin-negozju kollu tal-produttur li ressaq l-ilment. Huwa essenzjalment negozju ta’ volum fejn huma meħtieġa volumi suffiċjenti biex isostnu l-produzzjoni ta’ aktar prodotti b’valur miżjud fl-istess katina ta’ produzzjoni, użati pereżempju fl-industrija tat-tidwil. In-negozju ta’ volum huwa essenzjalment meħtieġ biex iżomm baxxi l-ispejjeż fissi tal-unità. |
|
(84) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji tal-antidumping ikollu impatt negattiv ulterjuri fuq in-negozju tal-wajer tal-molibdenu u jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi jimbuttaw lill-industrija Komunitarja ‘l barra mis-suq fir-rigward tal-wajer tal-molibdenu. |
|
(85) |
Huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni tal-miżuri proposti jippermettu li l-industrija Komunitarja żżid il-volumi tal-produzzjoni, tirbaħ lura mill-ġdid parti mis-suq mitluf għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u għaldaqstant tirkupra mid-dumping dannuż. |
|
(86) |
B’konklużjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tal-antidumping ikunu jippermettu li l-industrija Komunitarja tikseb il-vijabilità tan-negozju tagħha tal-wajer tal-molibdenu u konsegwentament is-settur kollu li jiddependi fuq l-eżistenza ta’ dan il-prodott essenzjali. |
6.3. L-interess tal-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti fil-Komunità
|
(87) |
Minkejja li kienu kkuntattjati bosta partijiet, inklużi assoċjazzjonijiet ta’ importaturi u utenti u kumpaniji individwali, il-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx wisq. |
|
(88) |
L-investigazzjoni wriet li hemm kummerċjanti li jiksbu l-wajer tal-molibdenu jew mill-industrija Komunitarja jew mill-produtturi Ċinizi u jbiegħuh mill-ġdid direttament lill-industrija tal-karozzi. Xi operaturi oħrajn jipprovdu servizzi lill-industrija tal-karozzi. Ta’ min jinnota li ma kienx hemm utent wieħed fl-industrija tal-karozzi li ppreżenta ruħu fl-investigazzjoni. Dan deher li jappoġġja l-affermazzjoni tal-industrija Komunitarja li s-sehem tal-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat mill-ispejjeż totali tal-industrija tal-karozzi huwa estremament baxx. |
|
(89) |
Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet importaturi magħrufa msemmija mill-ilmentatur. Filwaqt li importatur wieħed iddikjara b’mod espliċitu li ma xtaqx jipparteċipa fl-investigazzjoni, importatur ieħor ma għamel ebda reazzjoni għat-talba tagħna. Kummerċjant wieħed biss, li jinsab fil-Ġermanja, ippreżenta ruħu u pprovda kooperazzjoni. |
|
(90) |
Intbagħtu wkoll kwestjonarji lit-18-il utent imsemmija mill-ilmentatur. Madankollu utent wieħed biss, li jinsab l-Italja, li kien ikopri bejn 35 u 50 % tal-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu mir-RPĊ matul il-PI, ikkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(91) |
Fir-rigward tal-interessi tal-importaturi u kummerċjanti, skont id-dejta pprovduta mill-kummerċjant li wera kooperazzjoni, dan ġab il-wajers tal-molibdenu esklużivament mingħand produtturi Komunitarji. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri proposti ma għandhiex taffettwa l-attivitajiet tiegħu. |
|
(92) |
Il-livell baxx ta’ interess muri mill-importaturi u l-kummerċjanti Komunitarji tal-prodott ikkonċernat kien jindika li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji proposti tal-antidumping ma kienx se jkollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tagħhom. |
|
(93) |
Fir-rigward tal-utent li wera kooperazzjoni u li jinsab fl-Italja, l-investigazzjoni wriet li dan kien jimporta volumi kbar ta’ wajers tal-molibdenu mir-RPĊ. Din il-kumpanija tipprovdi servizzi ta’ kisi prinċipalment għall-industrija tal-karozzi. In-negozju li jinvolvi l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta bejn 15 u 25 % tal-bejgħ totali tiegħu. |
|
(94) |
Għalhekk aktarx li l-impożizzjoni tad-dazju provviżorju tal-antidumping propost iżżid l-ispejjeż tad-diviżjoni tal-kisi ta’ dak l-utent. Madankollu dan ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-profitt ġenerali tal-kumpanija. Fix-xenarju tal-agħar sitwazzjoni, jekk wieħed jassumi li dan l-utent ma jkunux kapaċi jgħaddi xi parti miż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tiegħu, il-profitt miksub matul il-perjodi tal-PI fil-livell tad-diviżjoni jsir kemxejn negattiv, u fil-livell ta’ kumpanija, il-profitt miksub matul il-PI jitnaqqas bi ftit punti perċentwali. |
|
(95) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq jidher ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping ikollha impatt negattiv fuq id-diviżjoni tal-kisi ta’ dan l-utent speċifiku li qed iġib il-prodotti tiegħu esklużivament mir-RPĊ. Madankollu, minħabba li dan l-utent għandu pożizzjoni b’saħħitha f’dan in-negozju speċjalizzat, f’termini ta’ fiduċja u sigurtà tal-provvisti lejn il-klijenti tiegħu, huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi mill-anqas parti miż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tiegħu u/jew jixtri l-wajers tal-molibdenu minn sorsi oħrajn. Dan inaqqas parti mill-impatt negattiv tal-miżuri proposti. |
|
(96) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, kien provviżorjament konkluż li, meta wieħed iqis kollox, l-effett tal-miżuri antidumping ma jkollux impatt negattiv sinifikanti fuq il-qagħda ġenerali tal-utenti tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. |
6.4. Il-kompetizzjoni u l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ
|
(97) |
L-investigazzjoni wriet li hemm numru limitat ta’ operaturi li jipproduċu u jbiegħu l-prodott ikkonċernat mad-dinja kollha. Għalhekk kien eżaminat jekk hemmx xi riskju li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping tista’ twassal għal effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ fis-suq Komunitarju u b’mod partikolari nuqqas fil-provvista. Anki jekk huwa probabbli li l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-molibdenu Ċiniżi jonqsu mal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping, jidher li ma jkun hemm ebda riskju ta’ xi nuqqas fis-suq Komunitarju minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja għandha kapaċità ħielsa li tissodisfa d-domanda tas-suq. Barra dan jeżistu xi sorsi alternattivi ta’ provvisti, bħalma huma l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. |
|
(98) |
Billi d-dazju tal-antidumping propost għandu jistabbilixxi mill-ġdid livell ta’ kompetizzjoni ġusta, jista’ ikun mistenni li l-produtturi Ċiniżi li jesportaw ikunu jistgħu jkomplu jbiegħu l-wajer tal-molibdenu fil-Kommunità, għalkemm bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara. |
|
(99) |
Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri antidumping, kif spjegat fil-premessa (86) hawn fuq, l-industrija Komunitarja ma tkunx kapaċi ssostni aktar telf fil-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq prinċipali tagħha. Għalhekk is-sopravivenza tagħha f’settur li jmur lil hinn mill-prodott simili jkun f’riskju. Minħabba li l-industrija Komunitarja tissupplixxi aktar minn 50 % tas-suq Komunitarju, ikunu hemm probabbiltà kbira li l-għajbien tagħha jwassal għal skarsezza tal-wajer tal-molibdenu fis-suq Komunitarju, tal-inqas sal-punt meta l-importazzjonijiet ikunu ħadu post il-bejgħ tal-industrija Komunitarja. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Kommunitarju
|
(100) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, qed jiġi konkluż provviżorjament li b’mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess Komunitarju, ma hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex ma gћandhomx jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-RPĊ. |
7. MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTIDUMPING
7.1. Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu
|
(101) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu riżultanti, il-kawżalita u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet mir-RPĊ li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(102) |
Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn id-dazji, ġew ikkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja. |
|
(103) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Huwa mfakkar li s-sena 2007 kienet sena matul il-perjodu kkunsidrat meta l-industrija Komunitarja għamlet profitt. Għalhekk, il-marġini tal-qligħ qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien fil-limiti ta’ 0-5 %, fuq il-bażi tal-profitt miksub fis-sena msemmija. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx dannu għal-prodott simili gћall-industrija tal-Komunità. |
|
(104) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz medju mwieżen tal-importazzjonijiet, aġġustat għall-ispejjeż u d-dazji doganali ta’ wara l-importazzjoni, kif kien stabbilit għall-kalkoli tat-tnaqqis sostanzjali fil-prezz, mal-prezz li ma jagħmilx dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan il-paragun kienet imbagħad espressa bħala perċentwal tal-valur totali tal-importazzjoni. |
7.2. Miżuri provviżorji
|
(105) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ‘il fuq, huwa meqjus li skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dazju tal-antidumping provviżorju għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fuq il-livell tal-anqas mill-marġini tad-dumping u mill-maġini tad-dannu, skont ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għanda għaldaqstant tkun stabbilita fuq il-livell tal-marġini tad-dannu misjub. |
|
(106) |
Id-dazju antidumping propost huwa skont kif ġej:
|
8. ŻVELAR
|
(107) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq jiġu żvelati lill-partijiet interessati kollha, liema partijiet jiġu mistiedna jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment. Il-kummenti tagħhom jiġu analizzati u meħuda f’kunsiderazzjoni fejn jixraq qabel ma jsiru kwalunkwe determinazzjonijiet definittivi. Barra dan, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju provviżorju tal-antidumping qed ikun impost fuq importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, li ta’ mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-preżent ikklassifikati bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102 96 00 10).
2. Ir-rata tad-dazju provviżorju tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun 65,3 %.
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingћajr preġudizzju gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(3) Abbażi ta’ paragun tal-esportazzjonijiet totali tal-Jinduicheng group ma’ dejta aġġustati tal-Eurostat tal-kodiċi NM relevanti. Għal raġunijet ta’ kunfidenzjalità, il-proporzjon tal-esportazzjonijiet tiegħu mit-total tal-kwantità importata mir-RPĊ jingħata bħala medda.