|
17.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2009
tas-16 ta’ Diċembru 2009
li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat ta’ Konsulenza,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Ftuħ
|
(1) |
Fit-18 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“avviż ta’ ftuħ”), il-ftuħ ta’ proċediment antidumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Il-proċediment antidumping inbeda wara lment imressaq fit-2 ta’ Frar 2009 mill-produttur Komunitarju Smiths Detection Group Limited (‘il-kwerelant), li jirrappreżenta proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 80 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ dannu materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-kwerelant, produtturi oħrajn magħrufa fil-Komunità, l-uniku produttur esportatur magħruf fir-RPĊ, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, u produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika, li tqies kienu bħala pajjiż analogu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti Komunitarji kollha magħrufa tal-prodott ikkonċernat/simili. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
|
(4) |
Sabiex l-uniku produttur esportatur magħruf fir-RPĊ ikun jista’ jressaq talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk xtaq jagħmel dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produttur esportatur magħruf li huwa kkonċernat u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. L-uniku produttur esportatur magħruf fir-RPĊ ma talabx TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku iżda talab TI. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-partijiet l-oħrajn kollha li talbu dan fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. |
|
(6) |
Risposti għall-kwestjonarji waslu mingħand l-uniku produttur esportatur Ċiniż magħruf, mingħand żewġ produtturi Komunitarji, minn produttur fl-Istati Uniti li kienu maħsuba bħala pajjiż analogu u mingħand disa’ utenti Komunitarji. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-iskop tat-TES/TI u għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tad-dannu riżultanti u tal-interess Komunitarju. Żjarat ta’ verifika saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(8) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produttur esportatur fir-RPĊ li ma talabx TES, saret żjara ta’ verifika sabiex jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi ta’ dejta minn pajjiż analogu, l-Istati Uniti f’dan il-każ, fil-bini tal-kumpanija li ġejja: Rapiscan Systems Inc., Torrance, CA, l-Istati Uniti tal-Amerka |
1.3. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(9) |
L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami ta’ tendenzi rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”). Fir-rigward tat-tul tal-PI huwa nnutat li l-perjodu ta’ 18-il xahar intgħażel minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tal-prodott ikkonċernat/tal-prodott simili, jiġifieri l-eżistenza ta’ proċessi ta’ akkwist pubbliku/ta’ sejħiet għall-offerti li jinvolvu perjodi ta’ żmien twal biex titwettaq tranżazzjoni u l-għadd relattivament żgħir ta’ tranżazzjonijiet. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(10) |
ll-prodott ikkonċernat huwa sistemi għall-iskannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtroni jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 KeV jew aktar jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjonijiet alfa, beta jew gamma, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00 , ex 9022 29 00 , ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 u vetturi bil-mutur mgħammra b’sistemi bħal dawn li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(11) |
Dawk l-iskaners jikkostitwixxu sistemi ta’ skrining b’teknoloġija avvanzata għall-monitoraġġ tal-merkanzija. Dawn jgħinu sabiex itejbu s-sikurezza u s-sigurtà billi jindunaw b’konsenji, inter alia, ta’ splussivi, armi, materjal radjuattiv, narkotiċi, kuntrabandu u prodotti ffalsifikati. Huma għodda essenzjali għall-amministrazzjonijiet tad-dwana u għall-awtoritajiet tal-portijiet, kif ukoll għal ċerti kumpaniji tal-merkanzija bl-ajru u atturi privati oħrajn speċjalizzati fi kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza, sabiex jidentifikaw oġġetti suspettużi f’tagħbijiet magħluqa li jkunu qegħdin jivvjaġġaw bil-baħar, fuq l-art, bl-ajru jew bil-ferrovija. |
|
(12) |
Il-prodott ikkonċernat jeżisti f’konfigurazzjonijiet differenti skont l-oġġett li għandu jiġi skannjat u skont jekk għandhomx ikunu mobbli jew statiċi. Il-konfigurazzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin: sistemi stazzjonarji (li jkunu installati b’mod permanenti f’sit apposta), sistemi li jistgħu jitqiegħdu f’post ieħor (li jkunu sistemi ta’ skannjar ħfief li jimxu fuq binarji u li jistgħu jitqiegħdu f’post ieħor), sistemi fuq binarji, sistemi mobbli (li jkollhom skaners inkorporati f’vettura b’mutur), sistemi li minnhom jingħadda l-oġġett u sistemi ta’ portal. Fl-istess konfigurazzjoni, is-sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija għandhom l-istess karatteristiċi ġenerali fiżiċi, teknoloġiċi u ta’ prestazzjoni, iservu eżattament għall-istess skopijiet f’termini ta’ użu, jinbiegħu esklużivament lill-utenti finali u jiġu prodotti bl-użu tal-istess tip ta’ tagħmir. |
|
(13) |
L-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera talab li l-ambitu tal-prodott ikkonċernat għandu jitnaqqas b’mod radikali u għandu jinkludi biss ċerta parti tas-sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija bir-raġġi X, jiġifieri sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija mhux mobbli bbażati fuq l-użu ta’ raġġi X (b’sors ta’ raġġi X ta’ aktar minn 450 KeV), minbarra sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li fihom Enerġija Doppja Minsuġa (Interlaced Dual-Energy - IDE), teknoloġiji ta’ binokulari stereoskopiku (BS) u ta’ skannjar mgħaġġel. Kien sottomess li ċerti teknoloġiji mhumiex xjentifikament jew teknikament adattati għall-iskaners tal-merkanzija. Kien argumentat li, f’ċerti każijiet, it-teknoloġiji, l-użu aħħari u l-perċezzjoni tal-konsumaturi huma differenti. Il-kumpanija sostniet li t-teknoloġiji ta’ radjazzjoni alfa jew beta ma jistgħux jintużaw xjentifikament jew teknikament fl-iskaners tal-merkanzija. Hija argumentat ukoll li l-iskaners tal-merkanzija b’teknoloġija tan-newtroni u gamma mhumiex prodotti fil-Komunità. Barra minn hekk, hija ssottomettiet li ċerti skaners huma differenti (jiġifieri skaners tal-merkanzija mobbli, skaners tal-merkanzija b’teknoloġija ta’ skannjar mgħaġġel, skaners tal-merkanzija b’teknoloġija IDE u skaners tal-merkanzija li fihom teknoloġija BS, skaners tal-merkanzija b’ċertu livell ta’ enerġija) u għaldaqstant ma jistgħux ikunu ttrattati bħall-prodott ikkonċernat. Fl-aħħar nett ġie asserit li ċerti tipi tal-prodott huma differenti u li xi wħud mit-tipi tal-prodott mhumiex prodotti fir-RPĊ jew fil-Komunità. |
|
(14) |
L-investigazzjoni wriet li t-teknoloġiji kollha koperti mill-ambitu tal-prodott jistgħu jintużaw fi skaners tal-merkanzija u li t-tipi kollha tal-prodott iservu l-istess skop li huwa l-iskannjar tal-merkanzija bl-użu tal-istess karatteristika prinċipali ewlenija, jiġifieri l-emissjoni ta’ radjazzjoni kkonċentrata fl-iskannjar tal-merkanzija. Din hija r-raġuni għalfejn bidliet fis-sors jew fil-livell ta’ enerġija u kif ukoll il-fatt li ċerti teknoloġiji huma aktar adattati għal tipi speċifiċi ta’ oġġetti li għandhom ikunu skannjati (eż. oġġetti organiċi) ma jistgħux jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ ċertu tip ta’ merkanzija. Fl-istess waqt it-tipi kollha tal-prodott, irrispettivament mit-teknoloġiji, iservu biex jissodisfaw l-istess għan waħdieni tal-utent tal-prodott, li ma huwa xejn għajr l-iskannjar tal-merkanzija. Barra minn hekk, is-sejħiet għal offerti fl-Unjoni Ewropea tipikament ma jeskludu ebda tip ta’ teknoloġija, irrispettivament minn fejn jiġi magħmul il-prodott korrispondenti. Jidher ukoll li t-teknoloġiji b’radjazzjoni alfa u beta jistgħu jintużaw għall-iskannjar ta’ ċertu tip ta’ merkanzija. Fir-rigward ta’ tipi ta’ prodott mhux magħmulin fl-Unjoni Ewropea, huwa nnutat li dan mhuwiex rilevanti. Jirriżulta mill-prattika kostanti tal-Istituzzjonijiet li d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott hija bbażata fuq jekk id-diversi tipi għandhomx l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u essenzjalment l-istess użu finali. Li wieħed jillimita l-ambitu tal-prodott biss għal eżattament l-istess tipi tal-prodott magħmul mill-industrija Komunitarja jagħmel id-definizzjoni tal-prodott u kwalunkwe miżura antidumping inutli. Rigward l-istqarrija li ċerti skaners tal-merkanzija bir-raġġi X għandhom ikunu esklużi biss fuq il-bażi li huma kkombinati ma’ ċerti tipi ta’ teknoloġiji, għandu jiġi nnutat li l-eżistenza ta’ kwalunkwe karatteristika jew funzjoni addizzjonali ta’ skanner tal-merkanzija bir-raġġi X ma tpoġġix fid-dubju l-fatt li dan il-prodott jintuża fl-istess mod bħat-tipi l-oħrajn kollha tal-prodott ikkonċernat u għandu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi. Fir-rigward tad-distinzjoni bejn sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija mobbli u mhux mobbli, għandu jkun innutat li t-tnejn iservu l-istess għan, jużaw l-istess teknoloġija ewlenija u, fit-tnejn, it-teknoloġija ta’ skannjar hija integrata fi struttura akbar, kemm jekk tkun trakk kif ukoll installazzjoni permanenti. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-livelli ta’ enerġija, għandu jkun innutat li kemm livelli baxxi ta’ enerġija kif ukoll livelli għoljin jintużaw fl-iskannjar tal-merkanzija u li għaldaqstant, it-tipi kollha tal-prodott għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, sakemm il-livell ta’ enerġija jkun fil-limiti ddefiniti fl-avviż ta’ ftuħ. Jidher għalhekk illoġiku li wieħed jeskludi skaners tal-merkanzija b’ċertu livell ta’ enerġija b’mod speċjali meta wieħed jikkunsidra li s-sejħiet għall-offerti normalment ma jispeċifikawx il-livell ta’ enerġija u huwa f’idejn il-fornitur tal-iskaners tal-merkanzija biex jiddetermina l-livell xieraq fl-offerta tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, it-tipi kollha eżistenti huma kkunsidrati bħala prodott wieħed għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(15) |
Ġie sottomess ukoll li billi l-komponent ewlieni tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri l-aċċeleratur) mhuwiex prodott mill-kwerelant, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala produttur. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li skaners tal-merkanzija u aċċeleraturi huma prodotti differenti. Il-produzzjoni tal-aċċeleraturi hija tip ieħor ta’ negozju minħabba li l-aċċeleraturi jintużaw f’diversi setturi u applikazzjonijiet. L-iskannjar tal-merkanzija huwa biss applikazzjoni waħda għall-aċċeleraturi. Fid-dinja kollha, il-produtturi tal- iskaners tal-merkanzija normalment ma jipproduċux aċċeleraturi. Safejn taf il-Kummissjoni, Nuctech biss hija integrata vertikalment u tipproduċi wkoll il-prodott upstream. |
2.2. Prodott simili
|
(16) |
Il-prodott ikkonċernat fir-RPĊ, dak magħmul u mibjugħ fis-suq intern tal-Istati Uniti, li serva bħala l-pajjiż analogu, kif ukoll il-prodott magħmul u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità instabu identiċi f’termini ta’ karatteristiċi globali ġenerali fiżiċi u tekniċi. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda differenza fl-użu bejn dawk il-prodotti. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-prodotti ġeneralment jikkompetu fi proċessi ta’ sejħiet għall-offerti pubbliċi, fejn ikollhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti standard. Dawn is-sejħiet għall-offerti jiġu ppubblikati mill-awtoritajiet governattivi (normalment l-awtoritajiet tad-dwana li huma x-xerrejja/l-utenti tal-prodott). Is-sejħiet għall-offerti jinkludu speċifikazzjonijiet dettaljati tal-prodott li għandu jkun ikkonsenjat, xi kultant flimkien ma’ rekwiżiti konkreti fir-rigward tal-installazzjoni, appoġġ relatat mas-servizz u rekwiżiti ta’ manutenzjoni. Skont id-definizzjoni kull offerta magħmula minn produttur fi proċess ta’ sejħa għall-offerti normalment timplika li l-prodotti li jkunu qegħdin jikkompetu jkollhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu. Barra minn hekk, minħabba n-natura trasparenti tas-suq f’dak li jirrigwarda d-daqs (volum żgħir ta’ tranżazzjonijiet) u n-numru ta’ parteċipanti (numru żgħir ta’ parteċipanti), u r-rekwiżiti stretti stabbiliti fis-sejħa għall-offerti, il-possibbiltà li jkun hemm differenzi bejn il-prodotti tonqos b’mod konsiderevoli. |
|
(17) |
Għaldaqstant huwa provviżorjament konkluż li t-tipi kollha ta’ sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija huma l-istess fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Metodoloġija ġenerali
|
(18) |
Il-metodoloġija ġenerali stabbilita hawn taħt ġiet applikata għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ. |
3.2. Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)
|
(19) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet antidumping li jirrigwardaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jkun determinat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi esportaturi li wrew li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(20) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessa (4) hawn fuq, l-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ talab biss Trattament Individwali (“TI”). Dawn il-kriterji għaldaqstant ma ġewx investigati. |
3.3. Trattament Individwali (TI)
|
(21) |
Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk ikun hemm ħtieġa, għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għal referenza aktar faċli biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
|
(22) |
L-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ talab TI u pprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tat-talba tiegħu fil-limiti tal-iskadenzi mogħtija. |
|
(23) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u vverifikata waqt iż-żjara ta’ verifika, instab li hemm probabbiltà qawwija tal-eżistenza ta’ indħil mill-Istat fl-attivitajiet ta’ kummerċ ta’ din il-kumpanija rigward il-prodott ikkonċernat. L-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ ma kienx f’pożizzjoni li juri li huwa biżżejjed indipendenti mill-indħil tal-Istat minħabba li l-azzjonist li għandu l-kontroll tiegħu huwa sussidjarju ta’ università pubblika Ċiniża. Barra minn hekk, kull tibdil fl-istruttura tal-ishma tal-kumpanija jeħtieġ li jiġi approvat minn qabel mill-awtoritajiet statali minħabba li l-assi tal-Istat intużaw fil-kapital azzjonarju tal-kumpanija. Il-Kummissjoni nnutat ukoll l-eżistenza ta’ kuntratt marbut ma’ ftehim intergovernattiv bejn ir-RPĊ u pajjiż terz ieħor. Din hija indikazzjoni ulterjuri ta’ xi forma ta’ indħil mill-Istat fir-rigward tal-attivitajiet ta’ negozju tal-kumpanija u aktar speċifikament l-abbiltà li tiddetermina b’mod liberu l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ. |
|
(24) |
F’dan ir-rigward huwa mfakkar li l-kumpanija Ċiniża inkwistjoni hija l-uniku produttur esportatur fir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kull dazju individwali stabbilit ikun ukoll id-dazju għall-pajjiż kollu minħabba li d-dazju antidumping għandu jkun impost fuq bażi mhux diskriminatorja fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-uniku sors li jipproduċi l-prodott ikkonċernat fir-RPĊ, li nstab li kien l-oġġett ta’ dumping u li qed jikkawża dannu. |
|
(25) |
B’kunsiderazzjoni ta’ dan, kif ukoll tal-fatt li ma jistgħux jinkisbu statistiċi eżatti ta’ importazzjoni/esportazzjoni għall-prodott ikkonċernat permezz tas-Sistema Armonizzata u n-Nomenklatura Magħquda, huwa stabbilit provviżorjament li l-uniku produttur esportatur li kkoopera ma setgħax jingħata TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Valur normali
3.4.1. Pajjiż analogu
|
(26) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq u sal-punt li l-TES ma setax jingħata lill-pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur preżunt f’pajjiż analogu. |
|
(27) |
Fl-avviż ta’ ftuħ l-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan. |
|
(28) |
Waslu kummenti mingħand l-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ li esprima xettiċiżmu rigward l-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq. L-argument ewlieni li sar kontra l-użu ta’ dan il-pajjiż analogu kien li s-suq ta’ akkwisti tal-gvern fl-Istati Uniti huwa ferm protett bl-enfażi fuq “Ixtri prodotti Amerikani”, li jwassal għal prezzijiet artifiċjali fis-suq tal-Istati Uniti. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni mill-produtturi fl-Istati Uniti. Ittri u kwestjonarji rilevanti ntbagħtu lil ħames kumpaniji magħrufa msemmija fl-ilment. Minn dawn il-kumpaniji kollha, produttur wieħed biss issottometta fl-iskadenza stipulata l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-valur normali u finalment qabel li jikkoopera mal-investigazzjoni. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni bagħtet noti ta’ tfakkir lill-kumpaniji Amerikani li kienu ġew ikkuntattjati fil-bidu. Hija staqsiet ukoll lill-kwerelant u lill-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ għal kummenti rigward l-għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. |
|
(31) |
L-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ issottometta li kumpanija waħda stabbilita fl-Istati Uniti u relatata mal-kwerelant mhijiex qiegħda tikkoopera mal-investigazzjoni fil-pajjiż analogu previst. Ġie argumentat li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tas-sussidjarja fil-pajjiż analogu,il-kwerelant għandu jkun ikkwalifikat bħala li ma kkooperax u l-proċediment għandu jieqaf. Il-kwerelant iddikjara li l-kumpanija relatata fl-Istati Uniti ma kinitx tikkwalifika bħala produttur fis-sens tar-regoli tal-KE tal-antidumping u għaldaqstant ma semmihiex fl-ilment. |
|
(32) |
L-argumenti mressqa mill-produttur esportatur li kkoopera mhumiex konvinċenti. L-eżistenza ta’ rabtiet sempliċi ta’ proprjetà bejn il-produtturi Komunitarji u produtturi f’pajjiż analogu possibbli ma jistgħux jitqiesu li huma fattur konvinċenti fl-għażla tal-pajjiż analogu. Dak li huwa importanti huwa jekk il-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż li huwa previst bħala pajjiż analogu possibbli, jistax jitqies bħala rappreżentattiv għall-esportazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Ma hemm l-ebda dmir għal kwalunkwe produttur f’pajjiż analogu li jikkoopera mal-investigazzjoni dwar l-antidumping tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ma ġiet sottomessa l-ebda informazzjoni speċifika li tissuġġerixxi li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-kumpanija relatata mal-kwerelant u li tinsab fl-Istati Uniti kien se jinfluwenza b’mod mhux xieraq l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni. Dan huwa saħansitra aktar ovvju minħabba li produttur wieħed fl-Istati Uniti mhux relatat ikkoopera mal-investigazzjoni. |
|
(33) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-Istati Uniti huma l-uniku suq ieħor minbarra r-RPĊ u l-Komunità fejn il-prodott ikkonċernat/prodott simili jiġi manifatturat. Intwera wkoll li l-Istati Uniti għandhom suq kompetittiv għall-prodott simili. Il-prodott simili jinbiegħ kemm lil klijenti privati kif ukoll lil korpi pubbliċi. |
|
(34) |
Il-bejgħ kollu lill-Gvern Amerikan huwa kopert mir-“Regolament Federali tal-Akkwist” li jirreferi għall-“Att dwar ix-Xiri ta’ Prodotti Amerikani” rigward l-akkwist ta’ provvisti minn barra. Permezz ta’ dan l-Att, il-Gvern Amerikan jagħti preferenza lil prodotti interni fix-xiri tiegħu sakemm il-pajjiż esportatur ma jkunx iffirma l-Ftehim tal-Kummerċ multilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern. L-Att dwar Ix-xiri ta’ Prodotti Amerikani fih eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta’ akkwist domestiku f’każ ta’ interess pubbliku u nuqqas ta’ disponibbiltà. L-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ sostna li r-Regolament Federali dwar l-Akkwisti u l-Att dwar Ix-xiri ta’ Prodotti Amerikani joħolqu distorsjoni fix-xiri ta’ materja prima, iżidu l-ispejjeż tax-xiri b’mod partikolari għal kumpaniji bbażati barra, u jipprevjenu kompetizzjoni effettiva fis-suq Amerikan. |
|
(35) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, instab li l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera kien ipparteċipa fl-imgħoddi fi proċedura waħda ta’ sejħa pubblika għall-offerti fl-Istati Uniti. L-investigazzjoni ma wriet l-ebda raġuni li twassal għall-konklużjoni li produtturi barranin, li huma firmatarji għall-Ftehim tal-Kummerċ multilaterali tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern, ma jistgħux jipparteċipaw fi proċeduri ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti fl-Istati Uniti taħt l-istess kundizzjonijiet. Għaldaqstant, l-argument li l-Istati Uniti ma setgħux jintużaw bħala pajjiż analogu minħabba r-Regolament Federali tal-Akkwisti ma jistax jiġi aċċettat. |
|
(36) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-volum ta’ produzzjoni tal-produttur Amerikan li kkoopera jirrappreżenta konsiderevolment aktar minn 5 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Rigward il-kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards tal-prodott simili fl-Istati Uniti, ma nstabux differenzi globali kbar meta mqabbla mal-prodotti Ċiniżi. Għaldaqstant, is-suq Amerikan kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ. |
|
(37) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq ġie konkluż provviżorjament li l-Istati Uniti jirrappreżentaw pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4.2. Determinazzjoni tal-valur normali
|
(38) |
Wara l-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, il-valur normali ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta vverifikata fil-bini tal-uniku produttur Amerikan li kkoopera. |
|
(39) |
Il-bejgħ domestiku tal-produttur Amerikan tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità mill-uniku produttur esportatur fir-RPĊ li kkoopera. |
|
(40) |
Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. Il-verifika li saret għand il-produttur Amerikan uriet li l-volum ta’ bejgħ tiegħu, mibjugħ bi prezz nett tal-bejgħ ugwali għal jew ogħla mill-prezz tal-unità, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ. Għaldaqstant, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku proprju għal kull tip ta’ prodott, ikkalkulat bħala medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott magħmul waqt l-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profittabbli jew le. |
|
(41) |
Huwa nnutat li l-produttur Amerikan li kkoopera pproduċa u biegħ fis-suq Amerikan biss tip wieħed tal-prodott simili waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(42) |
Għat-tipi ta’ prodott ikkonċernat li għalih ma seta’ jiġi kkalkulat l-ebda valur normali fuq il-bażi tad-dejta disponibbli fil-pajjiż analogu, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni verifikata mill-industrija Komunitarja għall-istess tip ta’ prodotti. Dan sar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku li jistipula li l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja jistgħu jintużaw bħal kwalunkwe bażi raġonevoli oħra meta jiġi ddeterminat il-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li m’għandhomx ekonomija tas-suq. |
3.5. Prezz ta’ esportazzjoni
|
(43) |
L-uniku produttur esportatur fir-RPĊ li kkoopera għamel bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità biss lil awtoritajiet pubbliċi wara l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. |
|
(44) |
L-investigazzjoni żvelat li l-kontabilità tal-kumpanija kienet defiċjenti b’mod li d-dettalji eżatti tal-bejgħ u tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ma setgħux jiġu stabbiliti b’ċertezza għal għadd ta’ tranżazzjonijiet. Il-kuntratti pubbliċi kienu jinkludu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq il-post, u spejjeż ta’ installazzjoni u ta’ servizz fil-Komunità li mhux dejjem setgħu jiġu intraċċati lura fil-kontabilità tal-kumpanija għalkemm dawn normalment għandhom ikunu disponibbli. Barra minn hekk, xi spejjeż relatati mal-esportazzjoni ma kinux riflessi eżatt fil-kontabilità tal-kumpanija biex b’hekk tqajmu dubji dwar il-kompletezza tagħhom. Għaldaqstant, ċerti aġġustamenti meħtieġa għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-fini ta’ tqabbil ġust mal-valur normali ma setgħux jiġu stabbiliti bil-grad mixtieq ta’ preċiżjoni. |
|
(45) |
Il-kumpanija ġiet infurmata dwar in-nuqqasijiet imsemmija qabel u l-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex jiġi stabbilit il-prezz ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-kumpanija ntalbet tikkummenta dwar dan iżda l-kummenti li waslu kienu ta’ natura ġenerali li ma kkontestawx il-problemi stabbiliti. |
|
(46) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat ġew stabbiliti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa għall-prodott ikkonċernat. |
3.6. Tqabbil
|
(47) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni sar fuq bażi ex fabbrika. |
|
(48) |
Bl-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-possibbiltà ta’ tqabbil tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fil-każ tal-produttur esportatur investigat fir-RPĊ, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż ta’ trasport u ta’ assigurazzjoni, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu, spejjeż ta’ awtorizzazzjonijiet u garanziji, kummissjonijiet, xogħlijiet ċivili u installazzjoni fuq il-post, u spejjeż ta’ servizz fejn applikabbli u ġġustifikati. F’dan ir-rigward, kif imsemmi taħt il-premessa (45), intużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku għall-istabbiliment tal-ispejjeż tas-servizzi. |
3.7. Marġini ta’ dumping
|
(49) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping għall-uniku produttur esportatur fir-RPĊ ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju mwieżen skont it-tip ta’ prodott bi prezz ta’ esportazzjoni medju mwieżen skont it-tip ta’ prodott kif stabbilit hawn fuq. |
|
(50) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, ma hemmx produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Għaldaqstant, il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu li għandu jkun stabbilit għar-RPĊ għandu jkun ugwali għall-marġini ta’ dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ. |
|
(51) |
Il-marġini ta’ dumping provviżorju għar-RPĊ, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 36,6 %. |
4. ĦSARA
4.1. Produzzjoni tal-Komunità
|
(52) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prodott simili huwa mmanifatturat fil-Komunità minn żewġ produtturi tal-Komunità b’siti ta’ manifattura fi Franza, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit. |
|
(53) |
Il-prodott tal-kumpaniji ta’ hawn fuq jirrappreżenta l-produzzjoni totali tal-Komunità. |
|
(54) |
Huwa mfakkar li f’dan il-każ hemm biss żewġ produtturi tal-Komunità u produttur esportatur wieħed biss li jirrappreżentaw is-sehem ewlieni tas-suq Komunitarju. Għaldaqstant, ma jistgħux jingħataw ċifri eżatti sabiex tiġi protetta l-informazzjoni proprjetarja tan-negozju. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-indikaturi huma mogħtija f’forom jew f’meded ta’ indiċi. |
4.2. Definizzjoni tal-industrija Komunitarja
|
(55) |
L-ilment tressaq f’isem produttur wieħed Komunitarju li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali magħrufa tal-prodott simili fil-Komunità. |
|
(56) |
Il-produttur Komunitarju l-ieħor ikkoopera fil-bidu mal-investigazzjoni billi ssottometta risposta għall-kwestjonarju iżda aktar tard ma kompliex jipparteċipa b’mod attiv fl-investigazzjoni. |
4.3. Konsum fil-Komunità
|
(57) |
Huwa mfakkar li mhemmx statistiċi tal-Eurostat dwar l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-partijiet kollha interessati kienu mitluba li jipprovdu informazzjoni dwar il-konsum fl-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni ġiet ivverifikata u mqabbla fejn kien possibbli mal-informazzjoni kollha disponibbli mingħand produtturi tal-prodott ikkonċernat fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, ma’ utenti tal-KE kif ukoll mal-informazzjoni dwar kuntratti u offerti mitlufa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-konsum Komunitarju b’hekk ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili magħmul mill-industrija Komunitarja, il-volum ta’ bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili magħmul mill-produttur Komunitarju l-ieħor magħruf u l-volum ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi. Id-data tal-iffirmar ta’ kuntratti ta’ bejgħ li rriżultaw minn proċedimenti ta’ sejħiet għall-offerti ntużat bħala d-data li permezz tagħha ġie ddeterminat jekk kinux qegħdin isiru tranżazzjonijiet f’perjodu speċifiku ta’ żmien. Fuq din il-bażi, il-konsum fil-Komunità żviluppa kif ġej:
|
||||||||||||||||||
|
(58) |
Il-konsum tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fil-Komunità rdoppja waqt il-perjodu kkunsidrat minħabba żieda fit-tħassib dwar is-sigurtà, u dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità. Ix-xiri ta’ ftit unitajiet ġie ffinanzjat mill-UE fil-qafas ta’ sensiela ta’ inizjattivi ta’ kontra l-frodi jew ta’ ħarsien tal-fruntieri. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat
|
(59) |
Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’mod sinifikanti tul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-importazzjonijiet fil-PI żdiedu b’mod sinifikanti mill-2004 ’il quddiem.
|
||||||||||||||||||
|
(60) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni jvarja b’mod konsiderevoli minn importazzjoni għall-oħra minħabba li l-konfigurazzjoni tas-sistema għandha impatt kbir fuq il-prezz medju tal-unità. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ prezzijiet medji tal-unità mhuwiex sinifikanti bħala tali.
|
||||||||||||||||||
|
(61) |
Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, żdied b’aktar minn erba’ darbiet fil-perjodu kkunsidrat. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat ukoll li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, tul il-perjodu kkunsidrat, jikkostitwixxu l-maġġoranza kbira tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea.
|
||||||||||||||||||||||||
4.4.2. It-twaqqigħ fil-prezz
|
(62) |
Sabiex jiġi analizzat it-twaqqigħ fil-prezz, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera ġew imqabbla mal-prezzijiet tal-offerta tal-industrija Komunitarja matul il-PI, fuq il-bażi ta’ konfigurazzjonijiet komparabbli tal-prodott. Dan it-tqabbil sar għat-tranżazzjonijiet kollha fejn kemm l-industrija Komunitarja kif ukoll il-produttur esportatur ippreżentaw offerta u fejn dawn l-offerti saru bl-istess termini u ġew aċċettati mill-awtorità li tiddeċiedi. Il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja ġew aġġustati f’livell ex-works nett, u pparagunati mal-prezzijiet CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropeaflimkien mad-dazji applikabbli. |
|
(63) |
Fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produttur esportatur li kkoopera, il-marġini medju peżat li nstab ta’ twaqqigħ fil-prezz, imfisser bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, huwa bejn 20 u 25 %. |
4.5. Is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja
4.5.1. Kummenti preliminari
|
(64) |
B’mod konformi mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li jinfluwenzaw l-istat tal-industrija Komunitarja. |
|
(65) |
Ta’ min jinnota li dan it-tip ta’ negozju huwa “ffukat l-aktar fuq l-għerf u l-għarfien” pjuttost milli “jagħmel ħafna użu mill-magni” u huwa bbażat fuq il-produzzjoni skont l-ordni. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta wieħed jinterpreta numru ta’ indikaturi tad-dannu u jistabbilixxi l-importanza tagħhom għall-iskopijiet ta’ analiżi tad-dannu. L-indikaturi msemmija jinkludu informazzjoni dwar il-prezzijiet medji, il-profitt fuq l-assi, l-indikaturi tal-ħażniet, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità. Fir-rigward tal-prezzijiet medji, l-informazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala sinifikanti minħabba l-volumi baxxi u d-differenzi fid-diversi tipi ta’ sistemi ta’ skannjar minn sena għall-oħra. Dwar il-profitt fuq l-assi u l-indikaturi tal-ħażniet, l-informazzjoni pprovduta ma tagħtix stampa eżatta minħabba li tal-ewwel huwa bbażat fuq assi li diġà ġew deprezzati filwaqt li tal-aħħar huma riflessjoni ta’ suq ibbażat fuq bejgħ skont l-ordni. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità huma wkoll indikaturi li għandhom biss rilevanza limitata minħabba li l-prodotti ġeneralment isiru meta jiġu assigurati l-kuntratti wara l-proċess tas-sejħiet għall-offerti. |
4.5.2. L-indikaturi tad-dannu
Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità
|
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Produzzjoni |
100 |
75 |
89 |
163 |
166 |
|
Kapaċità |
100 |
82 |
83 |
168 |
222 |
|
Użu tal-kapaċità |
100 |
92 |
107 |
97 |
75 |
|
Indiċi: 2004=100 Sors: Risposti għall-kwestjonarju |
|||||
|
(66) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdied b’66 %. Din ix-xejra pożittiva hija dovuta prinċipalment għall-bejgħ tajjeb tal-esportazzjoni tal-prodott simili. L-industrija Komunitarja żiedet b’aktar mid-doppju l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul l-istess perjodu għall-istess raġuni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità tal-industrija Komunitarja naqas b’25 %. Il-ħażniet
|
||||||||||||||||||
|
(67) |
Il-livell ta’ ħażniet tal-industrija Komunitarja varja ’l fuq u ’l isfel matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, il-produzzjoni għas-suq tal-prodott simili ssir b’ordni u l-ħażniet tan-negozju dejjem jinżammu fil-livell minimu possibbli. Il-volum tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(68) |
Il-bejgħ tal-industrija Komunitarja naqas matul il-perjodu kkunsidrat u fil-PI kien kważi n-nofs tal-volum oriġinali tiegħu. L-industrija Komunitarja tilfet 73 % tas-sehem tagħha mis-suq bejn l-2004 u t-tmiem tal-PI. |
|
(69) |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja nnifisha jiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-iskaner mibjugħ u n-numru ta’ unitajiet mibjugħa għal kull kuntratt f’kull perjodu. Għaldaqstant, it-tqabbil taċ-ċifri matul il-perjodu kkunsidrat ma għandu l-ebda siwi. Il-profittabilità
|
||||||||||||||||||
|
(70) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja bdiet tagħmel it-telf. Is-sitwazzjoni kienet partikolarment ħażina matul il-PI. Huwa evidenti li l-livelli ta’ profittabilità osservati fl-2007 u matul il-PI poġġew f’dubju s-sopravvivenza tal-industrija Komunitarja. L-investimenti, il-profitt fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila ta’ tkabbir tal-kapital
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(71) |
L-investimenti baqgħu baxxi tul il-perjodu kkunsidrat. Parti kbira mill-investimenti kienet iddedikata għall-manutenzjoni tal-bini operattiv tal-industrija Komunitarja. Il-livell akbar ta’ investiment osservat fl-2007 jirrigwarda privattiva ġdida sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min ifakkar li dan in-negozju huwa ffukat ħafna fuq l-għarfien. |
|
(72) |
Ir-redditu fuq l-investiment, imfisser f’termini tal-profitti netti tal-industrija Komunitarja u l-valur nett tal-kontabilità tal-investimenti tagħha juri tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, iżda mhuwiex indikatur tajjeb tad-dannu għaliex jirrifletti prinċipalment assi li diġà kienu ġew deprezzati. |
|
(73) |
Il-qagħda tal-likwidità tal-industrija Komunitarja marret ħafna għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Ix-xogħol, il-produttività u l-pagi
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(74) |
In-numru ta’ impjegati tal-industrija Komunitarja involuti fil-prodott simili żdied matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-prestazzjoni tajba tal-esportazzjoni tal-kwerelant. Il-prezz medju tax-xogħol għal kull ħaddiem żdied sabiex kien jirrifletti l-livell ta’ paga ta’ ħaddiema iżjed ikkwalifikati. |
|
(75) |
Il-produttività, espressa f’termini ta’ produzzjoni għal kull ħaddiem, żdiedet b’21 % tul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa riflessjoni taż-żieda fl-attività għas-swieq mhux tal-UE. |
4.5.3. Il-kobor tad-dumping
|
(76) |
Minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt tal-marġinu attwali ta’ dumping fuq is-suq Komunitarju ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(77) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ żdiedet b’mod konsiderevoli. F’termini ta’ volum, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat laħqu livelli għoljin ħafna sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul l-istess perjodu żdied b’440 %. |
|
(78) |
L-analiżi tal-indikaturi ekonomiċi tal-industrija Komunitarja żvelat li hemm dannu f’termini ta’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ (– 47 %), fil-prezz tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq (– 73 %). Dan kellu impatt negattiv dirett ulterjuri fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja. Il-indikaturi finanzjarji jikkonfermaw li l-ġejjieni tal-industrija Komunitarja huwa f’riskju u li l-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat timpediha milli żżid il-volumi u/jew il-prezzijiet tal-bejgħ għal livelli li bihom tista’ tirkupra s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. |
|
(79) |
Id-dannu ġie vvalutat għall-industrija Komunitarja sħiħa (indikaturi makro-ekonomiċi). Fuq din il-bażi, ma ġewx identifikati differenzi sinifikanti bejn il-kwerelant u l-bqija tal-industrija Komunitarja. |
|
(80) |
Fid-dawl ta’ dan, ġie provviżorjament stabbilit li proporzjon importanti tal-industrija Komunitarja ġarrab dannu fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. IL-KAWŻALITÀ
5.1. Introduzzjoni
|
(81) |
B’mod konformi mal-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżawx dannu lill-industrija Komunità f’livell suffiċjenti sabiex jitqies bħala dannu materjali. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa apparti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
5.2. L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
|
(82) |
L-ewwel nett, huwa mfakkar li l-investigazzjoni żvelat li s-sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija importati mill-pajjiż ikkonċernat jikkompetu direttament mal-prodotti magħmula u mibjugħa mill-industrija Komunitarja, mhux l-anqas għaliex jikkompetu fil-proċeduri tat-tfigħ tal-offerti. |
|
(83) |
Iż-żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat wasslet għal deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja. Dan id-deterjorament kien jinkludi, fost l-oħrajn, tnaqqis fil-bejgħ u l-livelli tal-prezzijiet tal-produzzjoni Komunitarja mibjugħa fil-Komunità matul l-istess perjodu. |
|
(84) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu kkunsidrat żdied b’440 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja naqas b’iżjed minn żewġ terzi. Dawn il-bidliet negattivi għall-industrija Komunitarja seħħew kontra l-isfond ta’ konsum Komunitarju li bejn wieħed u ieħor irdoppja bejn l-2004 u l-PI. |
|
(85) |
L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u għalhekk bir-raġun jista’ jiġi konkluż li huma kienu responsabbli għat-trażżin tal-prezzijiet li wassal biex is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija Komunitarja tmur għall-agħar. |
|
(86) |
Minħabba l-koinċidenza li ġiet stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja u, min-naħa l-oħra, it-telf fil-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni, it-tnaqqis fl-ishma tas-suq u d-depressjoni tal-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kellhom rwol determinanti fil-qagħda ħażina tal-industrija Komunitarja. |
5.3. L-effetti ta’ fatturi oħra
5.3.1. Il-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja
|
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
|
Bejgħ esportat tal-produzzjoni Komunitarja |
100 |
83 |
42 |
96 |
108 |
|
Prezz tal-bejgħ għall-esportazzjoni |
100 |
76 |
56 |
35 |
65 |
|
Indiċi: 2004=100 Sors: Risposti għall-kwestjonarju |
|||||
|
(87) |
Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja żdied matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira (bejn 90 u 95 %) tal-volum totali ta’ produzzjoni Komunitarja fil-PI. Matul il-PI, l-industrija Komunitarja biegħet il-prodott ikkonċernat kemm lil klijenti mhux relatati kif ukoll lil klijenti relatati. Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja li ma sarx fl-UE jikkonsisti minn tipi ta’ prodotti identiċi għal dawk mibjugħa fl-UE. L-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja ġeneralment kienu jħallu profitt matul il-perjodu kkunsidrat għalkemm il-profittabilità tagħhom turi xejra ’l isfel. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni niżlu iżda xorta baqgħu ogħla mill-prezzijiet fil-Komunità. Il-prestazzjoni qawwija fl-esportazzjoni tissuġġerixxi li din it-tip ta’ industrija hija vijabbli u kompetittiva. |
|
(88) |
Għalhekk, il-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja għenha sabiex issostni n-negozju tagħha u ma kkontribwiex għad-dannu materjali mġarrab. |
5.3.2. Kompetizzjoni bejn il-produtturi Komunitarji
|
(89) |
It-tieni produttur fil-Komunità huwa relatat ma’ produttur Amerikan stabbilit tal-prodott ikkonċernat. Dan il-produttur ma mmanifatturax il-prodott ikkonċernat fil-bidu tal-perjodu kkonċernat. Huwa daħal biss fis-suq fl-2007 u rebaħ żewġ kuntratti matul il-PI. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-kuntratti mogħtija huma relatati ma’ sejħa għall-offerti li fiha pparteċipa biss dan il-produttur u mal-għoti ta’ kuntratt li kien ir-riżultat ta’ kontestazzjoni legali. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatat tat-tieni produttur fil-Komunità jsegwu mudell simili għal dak tal-kwerelant. Għalhekk, kwalunkwe dannu kkawżat lill-kwerelant li huwa osservat b’mod ċar fid-deterjorament tal-indikaturi tad-dannu matul il-perjodu kkunsidrat, ma setax jiġi attribwit lil dan l-attur ġdid fis-suq Komunitarju. |
5.3.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(90) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu kważi ineżistenti matul il-PI, l-istess bħal matul il-perjodu kkunsidrat. Din hija l-konklużjoni li toħroġ mis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati, ladarba l-istatistiċi rilevanti tal-Eurostat mhumiex dettaljati biżżejjed biex juru biss il-prodott ikkonċernat jew stima ġusta. L-informazzjoni rilevanti turi li kien hemm biss xi importazzjonijiet sporadiċi mill-Istati Uniti li ma setgħux jikkawżaw dannu lill-industrija Komunitarja minħabba n-numru insinifikanti tagħhom.
|
||||||||||||||||||
5.3.4. L-industrija Komunitarja ma ppreżentatx offerta għall-proċessi kollha ta’ tfigħ tal-offerti li saru matul il-PI
|
(91) |
Huwa mfakkar li s-suq Komunitarju huwa fornut prinċipalment b’sejħiet għall-offerti. Minħabba n-natura trasparenti tas-suq, ġie osservat li xi dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti huma r-riżultat ta’ proċess ta’ skambju ta’ fehmiet bejn l-awtorità aġġudikanti u l-produtturi qabel il-pubblikazzjoni tal-offerta bħala tali. Għalhekk, f’dawn il-każijiet, it-termini tas-sejħa għall-offerti jistgħu jidhru li jiskoraġġixxu atturi oħra milli jipparteċipaw fil-proċeduri tat-tfigħ tal-offerti. L-investigazzjoni kkonfermat li la l-industrija Komunitarja u lanqas l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera ma ppreżentaw offerta f’kull proċess ta’ tfigħ tal-offerti. L-industrija Komunitarja ppreżentat offerti biss meta hija setgħet tissottometti offerta kummerċjali raġonevoli. Ma nstab l-ebda fattur konvinċenti sabiex jissuġġerixxi li d-dannu ċar osservat matul il-perjodu kkunsidrat kien jirriżulta mill-fatt li l-industrija Komunitarja ma pparteċipatx f’offerti li ma kinux meqjusa opzjonijiet kummerċjali raġonevoli. |
5.3.5. L-impatt ta’ fatturi mhux relatati mal-prezz tal-prodott ikkonċernat
|
(92) |
L-investigazzjoni wriet li l-offerti jistgħu ma jkoprux biss il-prodott ikkonċernat iżda wkoll elementi oħra bħall-manutenzjoni, servizzi jew xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, il-prezz mhuwiex dejjem l-uniku kriterju għall-aġġudikazzjoni. L-awtoritajiet ta’ aġġudikazzjoni jistgħu jintroduċu kriterji oħra, apparti mill-prezz, bħal pereżempju kriterji relatati ma’ kapaċitajiet tekniċi żejda tal-prodott jew elementi addizzjonali mhux relatati mal-prodott. Madankollu, anki jekk il-kriterji tal-aġġudikazzjoni jinkludu dawn l-elementi, l-investigazzjoni wriet li l-punti relatati mal-prezz jammontaw għal parti sinifikanti tal-punti li jistgħu jingħataw. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ebda awtorità ta’ aġġudikazzjoni ma eskludiet offerta abbażi li din ma kinitx tinkludi xi elementi żejda. Fi kliem ieħor, ir-rekwiżiti essenzjali dejjem kienu sodisfatti. L-elementi addizzjonali ġeneralment ma jiġux mingħajr prezz. Il-fatt li l-esportatur ikkonċernat, f’xi każijiet offra elementi addizzjonali lil hinn minn dak li kien meħtieġ, juri sempliċement il-livell baxx u dannuż tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(93) |
Meta wieħed iqis dan kollu, kienu biss l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, li setgħu kkawżaw dannu materjali lill-industrija Komunitarja. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(94) |
Bħala konklużjoni, ġie provviżorjament ikkonfermat li d-dannu materjali lill-industrija Komunitarja, li huwa kkaratterizzat minn tnaqqis fil-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-fl-Unjoni Ewropea kif ukoll riżultati finanzjarji negattivi, kien ikkawżat mill-importazzjonijiet ikkonċernati li huma l-oġġett ta’ dumping. L-andament fl-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-kompetizzjoni bejn il-produtturi Komunitarji u l-kwistjonijiet imsemmija qabel relatati mal-offerti, ma kellhomx effett sinifikanti fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija Komunitarja. |
|
(95) |
Minħabba l-analiżi ta’ hawn fuq li ddistingwiet u sseparat sewwa l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, hawnhekk huwa kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jreġġgħux lura l-fatt li d-dannu stmat irid jiġi attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
6. L-INTERESS KOMUNITARJU
6.1. Kummenti ġenerali
|
(96) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u b’mod konformi mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u wkoll il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri ġew ikkunsidrati fuq il-bażi tal-evidenza kollha ppreżentata. |
6.2. L-interess tal-industrija Komunitarja
|
(97) |
L-analiżi tad-dannu wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja sofriet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Iż-żieda fil-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, f’dawn l-aħħar snin ikkawżat trażżin tal-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ fis-suq Komunitarju u telf fis-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja. Dan impedixxa lill-industrija Komunitarja milli tikseb livelli ta’ profittabilità proporzjonali mas-saħħiet kompetittivi tagħha. |
|
(98) |
Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa ovvju li l-pożizzjoni finanzjarja diġà ħażina tal-industrija Komunitarja tkompli sejra lura u eventwalment twassal għall-għeluq tal-industrija Komunitarja. Il-miżuri jimpedixxu żieda sostanzjali ulterjuri ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, li jippermetti lill-industrija Komunitarja li, tal-anqas, iżżomm il-pożizzjoni attwali tagħha fis-suq. L-investigazzjoni wriet li kwalunkwe żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, tinkiseb għad-dannu dirett tal-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat ukoll li s-suq għall-prodott ikkonċernat huwa probabbli li jikber aktar fuq perjodu medju għal twil minħabba l-importanza dejjem akbar tal-politika dwar is-sigurtà u l-implimentazzjoni ġejjiena minn pajjiżi mhux fil-UE (prinċipalment l-Istati Uniti) tal-iskannjar obbligatorju tal-esportazzjonijiet qabel ma dawn iħallu l-punt tat-tluq tagħhom fl-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, l-industrija Komunitarja għandha interess ċar li ma tarax il-pożizzjoni tagħha teħżien aktar sabiex tibbenefika mill-iżviluppi pożittivi ġejjiena msemmija qabel, fis-suq. |
|
(99) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri għandha treġġa’ lura l-prezz tal-importazzjoni għal livell mhux dannuż, u hekk tippermetti lill-industrija Komunitarja li tikkompeti f’ċirkustanzi kummerċjali ġusti, fuq il-bażi ta’ vantaġġ komparattiv xieraq. |
|
(100) |
Għaldaqstant ġie provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija Komunitarja. |
6.3. L-interess tal-importaturi/distributuri
|
(101) |
L-impatt probabbli tal-miżuri fuq l-importaturi/distributuri ma ġiex ikkunsidrat minħabba li mhuwiex magħruf li jeżistu importaturi/distributuri mhux relatati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. |
6.4. L-interess tal-fornituri upstream
|
(102) |
L-ebda fornitur upstream ma ppreżenta ruħu jew ipprovda informazzjoni skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
6.5. L-interess tal-utenti u l-konsumaturi
|
(103) |
Ma daħlux rappreżentazzjonijiet minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-bidu ta’ din il-proċedura. Għalhekk, u billi l-prodott ikkonċernat ma jintużax fil-produzzjoni ta’ oġġetti għall-konsumatur, l-analiżi ġiet limitata għall-effett tal-miżuri fuq l-utenti. |
|
(104) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-awtoritajiet tad-Dwana kollha fil-Komunità. Wara l-pubblikazzjoni tal-proċedura ma ppreżentawx ruħhom utenti oħra. L-awtoritajiet tad-Dwana u l-Awtoritajiet tal-Portijiet ta’ Malta, il-Belġju, l-Olanda, ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja u s-Slovakja kkooperaw fl-investigazzjoni għalkemm kull wieħed minnhom fi grad differenti. Dawn l-utenti jirrappreżentaw fatturat ta’ kważi sitt miljuni tal-prodott ikkonċernat u 15 % tal-konsum Komunitarju matul il-PI. L-investigazzjoni wriet li matul il-PI, l-utenti msemmija xtraw ħames unitajiet tal-prodott ikkonċernat mingħand l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, wieħed minn produttur Amerikan u xejn mill-industrija Komunitarja. |
|
(105) |
Huwa nnotat li matul il-perjodu kkunsidrat, xi utenti kellhom diversi sorsi ta’ forniment. Wieħed mill-utenti esprima tħassib dwar il-possibbiltà li jakkwista malajr u skont il-ħtiġijiet tiegħu, il-prodott ikkonċernat. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-industrija Komunitarja żgur tkun f’pożizzjoni li tforni, kif għamlet fl-imgħoddi, l-operazzjonijiet Ewropej ta’ kwalunkwe utent, meta jitqies li ż-żmien li jgħaddi bejn l-iskedar ta’ sejħa għall-offerti u l-għoti ta’ kuntratt għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li tirrispondi għal kwalunkwe domanda mingħajr l-ebda problema notevoli. |
|
(106) |
Żewġ utenti li kkooperaw kienu mħassba dwar l-impatt negattiv li l-miżuri seta’ jkollhom kemm fuq il-kompetizzjoni kif ukoll fuq l-istimolu ta’ soluzzjonijiet innovattivi, iżda ma pprovdew l-ebda evidenza konkreta li setgħet tissostanzja din l-affermazzjoni. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat ukoll li kwalunkwe impożizzjoni ta’ miżuri antidumping hija mmirata sabiex issewwi prattiċi kummerċjali inġusti u mhux biex twaqqaf il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, in-numru ta’ atturi involuti f’dan is-suq partikolari u t-tip ta’ prodotti magħmula (“iffukati fuq l-għerf”) jassiguraw li l-innovazzjoni se tibqa’ waħda mill-iżjed prijoritajiet importanti tal-atturi fis-suq. |
|
(107) |
It-tħassib ġenerali ewlieni tal-utenti Komunitarji huwa li l-miżuri jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-baġits tagħhom u jżidu l-prezz tal-investiment mill-amministrazzjonijiet tad-Dwana. Madankollu, xi utenti jirrappurtaw li kwalunkwe proċeduri relatati mad-dwana u, għalhekk, kwalunkwe dazji antidumping għandhom jiġu assorbiti mill-bejjiegħ tal-prodott ikkonċernat. Dan jista’ jikkostitwixxi assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, is-sehem globali tal-prodott ikkonċernat fil-baġit tal-utenti għandu jkun wieħed baxx. |
|
(108) |
Barra minn hekk, il-prodott ikkonċernat huwa kkunsidrat investiment ta’ assi fiss minħabba l-perjodu twil ta’ ħajja utli tiegħu (normalment iżjed minn 10 snin). Għalhekk, kwalunkwe dazju antidumping li jitħallas għandu jinfirex tul il-perjodu ta’ ħajja utli tal-iskanner tal-merkanzija. |
|
(109) |
L-investigazzjoni ma wriet l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri se jkollhom impatt fuq l-attivitajiet tal-utenti jew fuq in-numru ta’ impjegati li jħaddmu dawn it-tip ta’ sistemi, fuq il-persunal tad-dwana jew fuq il-persunal responsabbli għal kwalunkwe servizzi anċillari. |
|
(110) |
Ġie argumentat ukoll li l-awtoritajiet pubbliċi fil-UE josservaw regoli stretti għall-akkwist pubbliku li jiggarantixxu proċeduri tal-għażla trasparenti. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku mhumiex imfassla sabiex jirribattu prattiċi ta’ dumping. Għall-kuntrarju, l-eżistenza ta’ suq tabilħaqq trasparenti jagħmel evidenti kwalunkwe tentattiv ta’ prattiċi kummerċjali inġusti u jinforza l-ħtieġa li jiġu rranġati l-istess kundizzjonijiet fis-suq. |
|
(111) |
L-industrija Komunitarja żgur se tkun f’pożizzjoni li tgawdi minn kwalunkwe miżura b’ekonomiji akbar ta’ skala minħabba żieda fil-produzzjoni u l-bejgħ. |
|
(112) |
Fid-dawl ta’ dan, huwa kkunsidrat li, fiċ-ċirkustanzi preżenti, l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra r-RPĊ mhix se taffettwa lill-utenti Komunitarji b’mod sinifikanti. |
6.6. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(113) |
Wara li ġew eżaminati d-diversi interessi involuti, ġie provviżorjament konkluż li, minn perspettiva globali tal-interess Komunitarju, l-ebda interess ma huwa akbar mill-interess tal-industrija Komunitarja li jiġu imposti provviżorjament miżuri bil-għan li jkunu eliminati l-effetti distortivi tal-kummerċ li jirriżultaw mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
7. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING
|
(114) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tad-dumping, id-dannu konsegwenti u l-interess Komunitarju, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ sabiex ma jitħalliex li ssir aktar ħsara lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
7.1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
|
(115) |
Il-livell tal-miżuri provviżorji antidumping għandu jkun suffiċjenti sabiex jelimina d-dannu kkawżat lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jaqbeż il-marġini ta’ dumping li nstabu. |
|
(116) |
Fil-kalkolu tal-ammont ta’ dazju li huwa meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ raġonevolment jinkiseb f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-marġinu ta’ profitt qabel it-taxxa li ntuża għal dan il-kalkolu kien fil-medda ta’ minn 12 sa 16 % (il-figura eżatta ma tistax tiġi żvelata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) tal-fatturat. Ġie muri li dan kien il-livell ta’ profitt li seta’ raġonevolment jiġi mistenni fin-nuqqas ta’ dumping dannuż billi dan it-tip ta’ marġinu ta’ profitt jaqbel ma’ dak li l-industrija Komunitarja kienet kapaċi tikseb qabel ma tfaċċaw l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-Komunità. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż għall-industrija Komunitarja tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie miksub billi l-marġinu ta’ profitt hawn fuq imsemmi ġie miżjud mal-prezz tal-produzzjoni. |
|
(117) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju mwieżen tal-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ fil-prezz, mal-prezz medju mhux dannuż tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju CIF tal-importazzjoni. Għall-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, din id-differenza kienet ogħla mill-marġini ta’ dumping li nstab. |
7.2. Miżuri provviżorji
|
(118) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li l-miżuri antidumping provviżorji għandhom jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet li jorġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġinu ta’ dumping li nstab. |
|
(119) |
Fuq din il-bażi, ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping għar-RPĊ hija ta’ 36,6 %. |
|
(120) |
Huwa mfakkar li s-suq fl-Unjoni Ewropea huwa rregolat prinċipalment bi proċessi pubbliċi ta’ tfigħ tal-offerti b’daqs tas-suq u numru ta’ atturi pjuttost żgħir involuti fih. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza akbar u monitoraġġ b’attenzjoni tal-effikaċja tal-miżuri, huwa kkunsidrat xieraq li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri jiġu mitluba sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq bażi kunfidenzjali u perjodika, informazzjoni dwar l-aġġudikazzjoni tal-offerti. |
8. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(121) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati, li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ ftuħ, jistgħu jagħmlu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub jew jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet rigward l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun hemm bżonn li jerġgħu jiġu kkunsidrati għall-iskop ta’ kwalunkwe dazju definittiv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju provviżorju antidumping fuq sistemi għall-iskannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtroni jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 Kev jew aktar jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjonijiet alpha, beta jew gamma, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00 , ex 9022 29 00 , ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 (kodiċijiet TARIC 9022 19 00 10, 9022 29 00 10, 9027 80 17 10 u 9030 10 00 91) u l-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawn is-sistemi attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 (kodiċi TARIC 8705 90 90 10) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli netta, prezz ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 36,6 %.
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott li saret referenza għalih fil-paragrafu 1, għandu jkun suġġett għall-provvediment ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President