|
16.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/48 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1227/2009
tal-15 ta’ Diċembru 2009
li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tas-13 ta’ Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) kif emendata u estiża mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/843/PESK (2),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1859/2005 tal-14 ta' Novembru 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan (3) jipprojbixxi l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn l-Uzbekistan ta' tagħmir li jkun jista' jintuża għal ripressjoni interna u l-provvediment ta' ċertu finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Uzbekistan, jew għall-użu hemmhekk. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan kif previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK kif emendata u estiża bil-Pożizzjoni Komuni 2008/843/PESK, m'għandhomx jiġu estiżi wara d-data ta' skadenza fit-13 ta' Novembru 2009. |
|
(3) |
Għalhekk, huwa adatt li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 b'effett mid-data ta' skadenza tal-miżuri restrittivi kif stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Novembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34.