4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2009

tat-3 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mis-27 ta’ Novembru sat-3 ta’ Diċembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 16,89 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 125 300 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.