4.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1187/2009

tas-27 ta’ Novembru 2009

li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(tfassil mill-ġdid)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 161(3), 170 u 171(1) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, regoli ġenerali għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, sabiex, b’mod partikolari, jippermetti l-monitoraġġ tal-valur u l-limiti kwantitattivi għar-rifużjonijiet. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli ġenerali ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta’ esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ġie emendat sostanzjalment diversi drabi (3). Minħabba li se jsiru aktar emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi rriformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(3)

Skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul l-Assemblea tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali tal-GATT u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsilll 94/800/KE (5) (minn hawn ’il quddiem, il-“Ftehim dwar l-Agrikoltura”), rifużjonijiet tal-esportazzjoni dwar prodotti agrikoli, inklużi prodotti tal-ħalib, huma limitati f’kull perjodu ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ Lulju 1995 sa kwantità massima u valur massimu. Sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawk il-limiti, il-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun immonitorjat u għandhom jiġu adottati proċeduri biex jiġu allokati l-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati u jkollhom rifużjoni.

(4)

Sabiex tingħata rifużjoni, il-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (6) u tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7), notevolment it-tħejjija fi stabbiliment approvat u l-konformità mar-rekwiżiti tal-marki tal-identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(5)

Sabiex jiġu żgurati kontrolli effikaċi fuq il-limiti, ma għandhomx jitħallsu rifużjonijiet fuq kwantitajiet li jaqbżu dak li jkun indikat fuq il-liċenzja.

(6)

Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun fiss.

(7)

Sabiex tkun żgurata verifika metikoluża tal-prodotti esportati u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ spekulazzjoni, għandha tkun ristretta l-possibbiltà li l-prodott li għalih tkun inħarġet liċenzja jinbidel.

(8)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (8) jistipula r-regoli għall-użu ta’ liċenzji tal-esportazzjoni permezz ta’ ffissar minn qabel tar-rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ prodotti b’kodiċi bi 12-il figura minbarra dak muri fit-taqsima 16 tal-liċenzja. Dik id-dispożizzjoni hija applikabbli f’settur speċifiku biss jekk il-kategoriji tal-prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9) u l-gruppi tal-prodotti kif imsemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 jkunu ġew iddefiniti.

(9)

Għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-kategoriji tal-prodotti diġà ġew iddefiniti b’referenza għall-kategoriji pprovduti fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Fl-interess ta’ ġestjoni tajba dan l-użu tal-kategoriji għandu jinżamm. Għall-finijiet ta’ semplifikazzjoni u kompletezza, il-gruppi tal-prodotti kif imsemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandu jinbidel u jkun ibbażat fuq il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda. Jekk il-prodott li jiġi esportat fir-realtà jkun differenti mill-prodott muri fil-kaxxa 16 tal-liċenzja, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009. Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn operaturi li jesportaw fil-qafas tas-sistemi attwali applikabbli u dawk li jesportaw skont dan ir-Regolament, dik id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata retroattivament fuq talba mid-detentur tal-liċenzja.

(10)

Sabiex operaturi jkunu jistgħu jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti maħruġa minn pajjiżi terzi mingħajr ma jkunu affettwati r-restrizzjonijiet fir-rigward ta’ volum, għandha tiġi introdotta sistema ta’ liċenzji provviżorji li lill-offerenti magħżula tagħtihom il-jedd għal liċenzja sħiħa. Sabiex jiġi żgurat li liċenzji bħal dawn jintużaw tajjeb, għal ċerti esportazzjonijiet li għalihom ikun hemm rifużjoni, il-pajjiż destinatarju għandu jiġi ddefinit bħala obbligatorju.

(11)

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effikaċi tal-liċenzji maħruġa, li jiddependi min-notifika ta’ tagħrif lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandu jingħata perjodu ta’ stennija qabel ma jinħarġu l-liċenzji. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tal-arranġamenti u, b’mod partikolari, allokazzjoni ekwitabbli tal-kwantitajiet disponibbli fil-limiti stipulati bil-Ftehim dwar l-Agrikoltura, għandhom jiġu stipulati diversi miżuri ta’ ġestjoni u, b’mod partikolari, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji li jiġu sospiżi u għall-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni, fejn meħtieġ.

(12)

L-esportazzjoni tal-prodotti fil-kuntest ta’ ħidmiet ta’ għajnuna għall-ikel, għandhom ikunu esklużi minn ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni.

(13)

Il-metodu għall-iffissar tar-rifużjoni fuq prodotti tal-ħalib li jkollhom iz-zokkor miżjud u li l-prezz tagħhom jiġi ddeterminat skont il-prezz tal-ingredjenti, għandu jiġi stipulat skont il-perċentwali tal-ingredjenti li jkun fihom. Madankollu, sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tar-rifużjonijiet għal dawn il-prodotti, u b’mod partikolari l-miżuri li jiżguraw konformità mal-impenji fir-rigward tal-esportazzjonijiet fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, għandha tiġi stabbilita kwantità massima għas-sukrożju inkorporat li għalih tista’ tingħata rifużjoni. Tlieta u erbgħin fil-mija tal-piż tal-prodott kollu għandu jitqies bħala rappreżentattiv tal-kontenut tas-sukrożju tat-tali prodotti.

(14)

L-Artikolu 12(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 jipprovdi li rifużjonijiet jistgħu jingħataw għall-ingredjenti li joriġinaw mill-Komunità f’ġobon proċessat immanifatturat skont l-arranġamenti dwar l-ipproċessar intern. Ċerti regoli speċjali huma meħtieġa sabiex ikun żgurat li din il-miżura speċifika taħdem kif suppost u tkun tista’ tiġi ċċekkjata b’mod effikaċi.

(15)

Skont il-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada (10), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/591/KE (11), il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-Komunità għandhom jiġu ppreżentati għal ġobon li jikkwalifika għal termini preferenzjali għall-importazzjoni fil-Kanada. Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzji bħal dawn.

(16)

Il-Komunità għandha l-għażla li tinnomina liema importaturi jistgħu jimpurtaw ġobon tal-Komunità fl-Istati Uniti taħt il-kwota addizzjonali b’riżultat tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Għalhekk, sabiex il-Komunità tisfrutta kemm jista’ jkun il-valur tal-kwota, għandha tiġi stipulata proċedura biex jiġu nnominati l-importaturi abbażi tal-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-prodotti konċernati.

(17)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12), li l-firma u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE (13) jipprovdi sabiex il-Komunità timmaniġġa s-sehem tagħha tal-kwota tariffarja skont mekkaniżmu ta’ liċenzji tal-esportazzjoni. Għaldaqstant għandha titfassal il-proċedura għall-għoti tal-liċenzji. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti importati fir-Repubblika Domenikana huma inklużi fil-kwota, u sabiex tinħoloq rabta bejn il-prodotti importati u dawk indikati fuq il-liċenzja tal-esportazzjoni, meta tkun se ssir l-importazzjoni l-esportaturi għandhom jippreżentaw kopja ċertifikata tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, li għandha tinkludi ċertu tagħrif.

(18)

Fir-rigward ta’ dik il-kwota, l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 jipprovdi għall-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli sabiex l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jiġu ppreżentati taħt iż-żewġ partijiet tal-kwota. L-applikazzjonijiet taħt il-parti (b) tal-kwota jistgħu jiġu ppreżentati għal kwantità fissa, irrispettivament mir-rendiment tan-negozju. L-għadd ta’ applikanti taħt il-parti (a) tal-kwota qiegħed jiżdied b’mod stabbli u l-kwantità li għaliha jistgħu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet tiddependi fuq ir-rendiment tal-esportazzjoni tul is-snin li għaddew. Minħabba l-provvista żejda ta’ trab tal-ħalib fis-suq dinji tul dawn l-aħħar snin, il-kwantità importata mir-Repubblika Domenikana li oriġinat fil-Komunità naqset, u dan irriżulta fi kwantitajiet ta’ rendiment baxx li għalihom jistgħu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet taħt il-parti (a). Huwa għalhekk xieraq li l-applikanti eliġibbli taħt il-parti (a) jkunu jistgħu jagħżlu l-parti (b). Madankollu, applikazzjonijiet taħt iż-żewġ partijiet tal-kwota għandhom jiġu esklużi.

(19)

Sabiex jiġi sfruttat l-użu tal-kwota u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-esportaturi, id-deroga li tippermetti l-użu tal-liċenzja tal-esportazzjoni għal prodott kopert b’kodiċi tal-prodotti bi 12-il-figura barra dak indikat fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk l-istess ammont tar-rifużjoni tal-esportazzjoni jingħata liż-żewġ prodotti u jekk iż-żewġ prodotti jinsabu fl-istess kategorija tal-prodotti, jew jekk iż-żewġ prodotti jinsabu fl-istess grupp ta’ prodotti, għandha tapplika wkoll għall-esportazzjoni tar-Repubblika Domenikana.

(20)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REGOLI PRELIMINARI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula li:

(a)

ir-regoli ġenerali dwar il-liċenzji u r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni mill-Komunità tal-prodotti elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

ir-regoli speċifiċi dwar l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) mill-Komunità lejn ċerti pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 612/2009, għajr meta jkun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 3

Biex tingħata rifużjoni, il-prodotti elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, notevolment il-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mar-rekwiżiti tal-marki tal-identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 4

1.   Ir-rifużjoni li għandha titħallas għandha tkun ir-rata valida fil-jum li fih tkun saret l-applikazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni jew, meta jkun il-każ, meta tiġi ppreżentata l-liċenzja provviżorja.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji fejn ir-rifużjonijiet ikunu ġew iffissati minn qabel, għall-prodotti msemmija fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007, li ġew ippreżentati, skont it-tifsira tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, l-Erbgħa u l-Ħamis ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 (14) għandhom jitqiesu li jkunu ġew sottomessi fil-jum tax-xogħol ta’ wara l-Ħamis.

3.   It-taqsima 7 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji għandha turi l-pajjiż destinatarju u l-kodiċi tal-pajjiż jew it-territorju destinatarju, kif indikat fin-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u għall-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (15).

Artikolu 5

1.   Il-kategoriji tal-prodotti kif imsemmija fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul l-Assemblea tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali tal-GATT (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim dwar l-Agrikoltura”) għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Il-gruppi tal-prodotti kif imsemmija fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

1.   It-taqsima 16 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodott bi 12-il figura tan-nomenklatura għar-rifużjonijiet, fejn tintalab rifużjoni, jew il-kodiċi tal-prodott ta’ tmien ċifri fin-Nomenklatura Magħquda fejn ma tintalab l-ebda rifużjoni. Il-liċenzji għandhom ikunu validi għal dak il-prodott biss għajr fil-każ speċifikat fil-paragrafi 2 u 3.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun valida għall-esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi bi 12-il figura għajr dak indikat fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk l-istess ammont ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni jingħata għaż-żewġ prodotti u jekk iż-żewg prodotti jinsabu fl-istess kategorija tal-prodotti kif imsemmi fl-Anness I.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun valida wkoll għall-esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi bi 12-il figura għajr dak indikat fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk iż-żewg prodotti jinsabu fl-istess grupp tal-prodotti kif imsemmi fl-Anness II.

F’dan il-każ, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.

Artikolu 7

Il-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sa:

(a)

l-aħħar tar-raba’ xahar ta’ wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi tan-NM 0402 10;

(b)

l-aħħar tar-raba’ xahar ta’ wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi tan-NM 0405;

(c)

l-aħħar tar-raba’ xahar ta’ wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jinsabu fil-kodiċi tan-NM 0406;

(d)

l-aħħar tar-raba’ xahar ta’ wara l-ħruġ għall-prodotti l-oħra msemmija fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(e)

id-data li sa fiha l-obbligi li jirriżultaw minn sejħiet għall-offerti msemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ssodisfati u sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tmien xahar ta’ wara l-ħruġ tal-liċenzja tal-esportazzjoni sħiħa msemmija fl-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

1.   Fil-każ ta’ sejħa għall-offerti maħruġa minn korp pubbliku f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, għajr sejħiet għall-offerti li jikkonċernaw prodotti li jinsabu fil-kodiċi tan-NM 0406, l-operaturi jistgħu japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni provviżorja għall-kwantità koperta bl-offerta tagħhom bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata garanzija.

Il-garanzija għal-liċenzji provviżorji għandha tkun ekwivalwenti għal 75 % tal-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, b’minimu ta’ EUR 5/100 kg.

L-operaturi għandhom jagħtu prova li l-korp li joħroġ is-sejħa għall-offerti huwa pubbliku jew soġġett għal-liġi pubblika.

2.   Il-liċenzji provviżorji għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol ta’ wara dak li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, sakemm il-miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ma jkunux ġew adottati.

3.   B’deroga mill-Artikolu 47(5) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-perjodu għas-sottomissjoni tal-tagħrif imsemmi f’dak il-paragrafu għandu jkun ta’ 60 jum.

Qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-operaturi għandhom japplikaw għal-liċenzja tal-esportazzjoni sħiħa, li għandha tinħareġ wara li tingħata prova li dawn ikunu rebħu kuntratt.

Malli tingħata l-prova li l-offerta tkun ġiet irrifjutata jew li l-kwantità mogħtija bil-kuntratt tkun anqas minn dik indikata fil-liċenzja provviżorja, il-garanzija kollha jew parti minnha għandha tiġi rrilaxxata kif xieraq.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 10, għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-esportazzjoni sħaħ.

6.   Il-pajjiż destinatarju msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun destinazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għal-liċenzji maħruġa skont dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandha tkun daqs il-perċentwali tar-rifużjoni ffissata għal kull kodiċi tal-prodotti applikabbli fil-jum li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni, kif ġej:

(a)

15 % għall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0405;

(b)

15 % għall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0402 10;

(c)

15 % għall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0406;

(d)

15 % għall-prodotti l-oħra msemmija fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Madankollu, il-garanzija ma tistax tkun anqas minn EUR 5/100 kg.

L-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dak ikkalkulat għall-kwantità totali tal-prodott konċernat, għajr għall-prodotti tal-ħalib li jkun fihom iz-zokkor miżjud.

Għall-prodotti tal-ħalib li jkun fihom iz-zokkor miżjud, l-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs il-kwantità totali tal-prodott kollu konċernat, immultiplikat bir-rata tar-rifużjoni applikabbli għal kull kilogramma tal-prodott tal-ħalib.

Artikolu 10

1.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni fejn ir-rifużjonijiet ikunu ġew iffissati minn qabel, għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol ta’ wara dak meta jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, sakemm il-kwantitajiet li għalihom ikunu ntalbu l-liċenzji jkunu ġew ikkomunikati skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 (16), u li l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew adottati.

2.   Fejn il-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni jirriżulta jew jista’ jirriżulta fil-qbiż tal-ammonti tal-baġit disponibbli jew fl-użu sħiħ tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni matul il-perjodu konċernat ta’ 12-il xahar jew matul perjodu iqsar li jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew ma jippermettix li titkompla l-esportazzjoni tul il-bqija tal-perjodu, il-Kummissjoni tista’, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

tapplika koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni;

(b)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet pendenti kollha jew uħud minnhom li għalihom il-liċenzji tal-esportazzjoni jkunu għadhom ma nħarġux;

(c)

tissospendi l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol; is-sospensjoni tista’ tittawwal aktar skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Fejn il-koeffiċjent imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jkun inqas minn 0.4, l-applikanti jistgħu, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiffissa l-koeffiċjent, jitolbu li l-liċenzja tal-applikazzjoni tagħhom tiġi kkanċellata u jitolbu r-rilaxx tal-garanzija tagħhom.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jkunu ġew sottomessi matul il-perjodu ta’ sospensjoni għandhom ikunu invalidi.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew immodulati skont il-kategorija tal-prodotti u skont id-destinazzjoni jew il-grupp tad-destinazzjonijiet.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-prodott konċernat, għandha titqies in-natura staġunali tal-kummerċ, il-qagħda tas-suq u b’mod partikolari x-xejra fil-prezzijiet tas-suq u l-kundizzjonijiet tal-esportazzjoni li jirriżultaw minnhom.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu wkoll jiġu adottati fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jkunu relatati ma’ kwantitajiet li jaqbżu jew li jistgħu jaqbżu l-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda jew grupp ta’ destinazzjonijiet, u fejn il-ħruġ tal-liċenzji mitluba jkun jista’ joħloq riskju ta’ spekulazzjoni, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil fil-kummerċ konċernat jew fis-suq Komunitarju.

4.   Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jiġu rrifjutati jew il-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jitnaqqsu, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih għall-kwantitajiet kollha li ma jkunux ġew aċċettati applikazzjonijiet għalihom.

Artikolu 11

Fejn il-kwanitità totali koperta bl-applikazzjonijiet għal-liċenzji sottomessi tkun tali li jkun hemm riskju ta’ użu sħiħ bikri tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni tul il-perjodu konċernat ta’ 12-il xahar, jista’ jiġi deċiż, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li dawk il-kwantitajiet massimi jiġu allokati fuq perjodi li għandhom jiġu stabbiliti.

Artikolu 12

Meta l-ammont esportat jaqbeż dak muri fil-liċenzja, l-ebda rifużjoni ma għandha titħallas fuq l-ammont żejjed.

Għal dak il-għan, it-taqsima 22 tal-liċenzji għandha tinkludi l-kliem: “Il-ħlas tar-rifużjoni huwa ristrett għall-kwantità murija fit-taqsimiet 17 u 18”.

Artikolu 13

L-Artikolu 10 ma għandux japplika għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-fornimenti ta’ għajnuna għall-ikel skont l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 14

1.   Għall-prodotti tal-ħalib li jkun fihom zokkor miżjud, ir-rifużjoni għandha tkun ekwivalenti għas-somma tal-komponenti li ġejjin:

(a)

komponent li jirrappreżenta l-kwantità tal-prodott tal-ħalib;

(b)

komponent li jirrappreżenta l-kwantità ta’ sukrożju miżjuda, sa massimu ta’ 43 % skont il-piż tal-prodott sħiħ.

2.   Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont fiss tar-rifużjoni jiġi mmultiplikat bil-perċentwali tal-kontenut tal-prodott tal-ħalib fil-prodott sħiħ.

3.   Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-kontentut ta’ sukrożju tal-prodott sħiħ, sa massimu ta’ 43 %, bl-ammont bażiku tar-rifużjoni applikabbli fil-jum li tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja għall-prodotti elenkati fil-punt (c) tal-Parti III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 15

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0406 30 kif imsemmi fl-Artikolu 12(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandu jkollhom mehmuż magħhom kopja tal-awtorizzazzjoni biex jużaw il-proċedura doganali rilevanti.

2.   It-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji għall-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi referenza għal dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa skont il-proċedura doganali msemmija fil-paragrafu 1 biex jidentifikaw u jikkontrollaw il-kwalità u l-kwantità tal-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu li għalihom tkun saret applikazzjoni għal rifużjoni u biex japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt għar-rifużjoni.

KAPITOLU III

REGOLI SPEĊIFIĊI

TAQSIMA 1

Esportazzjoni lejn il-Kanada

Artikolu 16

1.   Liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni tal-ġobon lejn il-Kanada skont il-kwota msemmija fil-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada approvat bid-Deċiżjoni 95/591/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ikunu ammissibbli biss meta l-applikanti:

(a)

jiddikjaraw bil-miktub li l-materjal kollu skont il-Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Magħquda u użat fil-manifattura tal-prodotti koperti bl-applikazzjoni tagħhom ikun ġie prodott għal kollox fil-Komunità;

(b)

jiggarantixxu bil-miktub li jipprovdu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, kwalunkwe prova oħra li dawn tal-aħħar iqisu meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzji u li jaċċettaw, fejn applikabbli, kwalunkwe kontroll minn dawk l-awtoritajiet taż-żamma tal-kotba u l-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti konċernati.

Artikolu 17

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru:

(a)

fit-taqsima 7, il-kliem “KANADA — CA”;

(b)

fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni ta’ sitt ċifri tal-oġġetti skont in-Nomenklatura Magħquda għall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0406 10, 0406 20, 0406 30 u 0406 40 u d-deskrizzjoni ta’ tmien ċifri għall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0406 90. It-taqsima 15 tal-applikazzjonijiet u l-liċenzji ma jistax ikollha aktar minn sitt prodotti deskritti b’dan il-mod;

(c)

fit-taqsima 16, il-kodiċi tan-NM ta’ tmien ċifri u l-kwantità f’kilogrammi għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fit-taqsima 15. Il-liċenzja għandha tkun valida biss għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti b’dan il-mod;

(d)

fit-taqsimiet 17 u 18, il-kwantità totali tal-prodotti msemmija fit-taqsima 16;

(e)

fit-taqsima 20, waħda mill-entrati li ġejjin, kif xieraq:

“Ġobnijiet għall-esportazzjoni diretta lejn il-Kanada. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 Kwota għal … (sena)”,

“Ġobnijiet għal esportazzjoni diretta/via New York lejn il-Kanada. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 Kwota għal … (sena)”.

Meta l-ġobon jiġi ttrasportat lejn il-Kanada permezz ta’ pajjiżi terzi, it-tali pajjiżi għandhom jiġu indikati minflok, jew ma’, referenza għal New York;

(f)

fit-taqsima 22, il-kliem “mingħajr rifużjoni tal-esportazzjoni”.

Artikolu 18

1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara li jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet ammissibli. Fuq talba tal-applikanti, għandha tinħareġ kopja ċertifikata tal-liċenzja.

2.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 sal-31 ta’ Diċembru wara dik id-data.

Madankollu, il-liċenzji li jinħarġu mill-20 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru għandhom ikunu validi mill-l ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. F’dak il-każ dik is-sena ta’ wara għandha tiġi indikata fit-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji skont l-Artikolu 17(e) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 19

1.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati lill-awtorità kompetenti għall-attribuzzjoni u l-approvazzjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 jistgħu jintużaw għal dikjarazzjoni tal-esportazzjoni waħda biss. Il-liċenzji għandhom jintużaw ladarba d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ġiet ippreżentata.

2.   Id-detenturi tal-liċenzji għall-esportazzjoni għandhom jiżguraw li kopja ċertifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti Kanadiża meta ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.

3.   B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 20

Il-Kapitolu II ma għandux japplika.

TAQSIMA 2

Esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti

Artikolu 21

Jista’ jiġi deċiż skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jiġu esportati prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0406 lejn l-Istati Uniti bħala parti mill-kwoti li ġejjin:

(a)

il-kwota addizzjonali skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b)

il-kwoti tariffarji li oriġinarjament joriġinaw mill-Assemblea ta’ Tokjo u jingħataw lill-Awstrija, lill-Finlandja u lill-Iżvezja mill-Istati Uniti fil-lista XX tal-Assemblea tal-Urugwaj;

(c)

il-kwoti tariffarji li oriġinarjament jirriżultaw mill-Assemblea tal-Urugwaj u jingħataw lir-Repubblika Ċeka, lill-Ungerija, lill-Polonja u lis-Slovakkja mill-Istati Uniti fil-lista XX tal-Assemblea tal-Urugwaj.

Artikolu 22

1.   Esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni skont din it-Taqsima.

It-Taqsima 16 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodotti ta’ tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda. Madankollu, il-liċenzji għandhom ikunu validi wkoll għal kwalunkwe kodiċi ieħor taħt il-kodiċi tan-NM 0406.

2.   L-operaturi jistgħu japplikaw, fi żmien perjodu li jiġi stabbilit fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 21, għal liċenzja tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija f’dak l-Artikolu matul is-sena kalendarja ta’ wara, sakemm tiġi ppreżentata garanzija skont l-Artikolu 9.

3.   L-applikanti għal-liċenzji tal-esportazzjoni fir-rigward tal-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati minn 16-, 22-Tokjo, 16-, 17-, 18-, 20- u 21-, 22-Urugwaj, 25-Tokjo u 25-Urugwaj fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 21, għandhom jipprovdu evidenza li jkunu esportaw il-prodotti tal-kwota konċernata lejn l-Istati Uniti tal-anqas f’sena waħda mit-tliet snin preċedenti u li l-importatur innominat tagħhom ikun sussidjarju tal-applikant.

Il-prova ta’ kummerċ kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (17).

4.   L-applikanti għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jindikaw fl-applikazzjonijiet:

(a)

id-denominazzjoni tal-grupp tal-prodotti kopert mill-kwota tal-Istati Uniti skont in-Noti Addizzjonali 16 sa 23 u 25 fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti;

(b)

l-ismijiet tal-prodotti skont l-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-importatur fl-Istati Uniti nnominat mill-applikant.

5.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkollhom mehmuż magħhom ċertifikat mill-importatur innominat li jiddikjara li huwa eliġibbli skont ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Uniti dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 23

1.   Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal grupp tal-prodotti jew kwota msemmija fl-Artikolu 21 jaqbżu l-kwantità disponibbli għas-sena konċernata, il-Kummissjoni għandha tapplika koeffiċjent ta’ allokazzjoni uniformi għall-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni.

L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent għandu jinġieb sal-eqreb kg.

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jiġu rrifjutati jew għal kwantitajiet li jaqbżu l-limitu tal-allokazzjoni, il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxati sħaħ jew għandha tiġi rrilaxxata parti minnhom.

2.   Fejn ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni jkun li jiġu allokati liċenzji għal anqas minn 10 tunnellati għal kull applikazzjoni, il-kwantitajiet korrispondenti disponibbli għandhom jingħataw billi jittellgħu bix-xorti mill-Istati Membri konċernati skont il-kwota. L-Istat Membru għandu jtella’ bix-xorti l-liċenzji għal 10 tunnellati għal kull wieħed mill-applikanti li kienu se jiġu allokati anqas minn 10 tunnellati b’riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni.

Il-kwantitajiet ta’ anqas minn 10 tunnellati li jibqgħu meta jiġu stabbiliti l-lottijiet għandhom jitqassmu ndaqs bejn il-lottijiet ta’ 10 tunnellati qabel ma jittellgħu bix-xorti.

Meta r-riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni jkun tali li titħalla kwantità ta’ anqas minn 10 tunnellati, dik il-kwantità għandha titqies bħala lott uniku.

Il-garanzija, għall-applikazzjonijiet li fl-allokazzjoni ma jitilgħux bix-xorti, għandha tiġi rrilaxxata minnufih.

3.   Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jiġu sottomessi għall-kwantitajiet ta’ prodott li ma jaqbżux il-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 għas-sena konċernata, il-Kummissjoni tista’ talloka l-kwantitajiet li jifdal lill-applikanti b’mod li jkun proporzjonat għall-kwantitajiet li għalihom ikunu applikaw, bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni.

F’dak il-każ, l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-kwantitajiet supplementari li jaċċettaw, fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni aġġustat u l-garanzija li tiġi ppreżentata għandha tiżdied skont dan.

Artikolu 24

1.   L-ismijiet tal-importaturi nnominati msemmija fl-Artikolu 22(4)(c) għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti.

2.   Fil-każ fejn ma tiġix allokata liċenzja tal-importazzjoni għall-kwantitajiet konċernati lill-importatur innominat, f’ċirkostanzi li ma jixħtu ebda dubju fuq ir-rieda tajba tal-operatur li jissottometti ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-operatur jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru li jinnomina importatur ieħor sakemm dan tal-aħħar ikun jidher fuq il-lista kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr dwar il-bidla fl-importatur innominat u l-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti dwar il-bidla.

Artikolu 25

Il-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jinħarġu sal-15 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena tal-kwota għall-kwantitajiet li għalihom jkunu ġew allokati l-liċenzji.

Il-liċenzji għandhom ikunu validi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-kwota.

Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal fit-taqsima 20 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u l-liċenzja:

“Għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika: Il-kwota għal... (sena) – il-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009”

Il-liċenzji li jinħarġu taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu validi biss għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Il-garanziji għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jiġu rilaxxati meta tiġi ppreżentata l-prova msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 flimkien mad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 fejn l-Istati Uniti tal-Amerika jitniżżel bħala d-destinazzjoni.

Artikolu 26

Il-Kapitolu II għandu japplika, għajr l-Artikoli 7 u 10.

TAQSIMA 3

Esportazzjonijiet lejn ir-Repubblika Domenikana

Artikolu 27

1.   Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Domenikana ta’ kopja ċertifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa skont din it-Taqsima u kopja, approvata kif xieraq, tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għal kull kunsinna, ikunu meħtieġa għall-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Domenikana tat-trab tal-ħalib skont il-kwota pprovduta fl-Appendiċi 2 tal-Anness III għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

2.   Meta jinħarġu l-liċenzji tal-esportazzjoni, għandha tingħata prijorità lit-trab tal-ħalib li jinsab taħt il-kodiċijiet tal-prodotti li ġejjin fin-nomenklatura għar-rifużjonijiet:

0402 10 11 9000,

0402 10 19 9000,

0402 21 11 9900,

0402 21 19 9900,

0402 21 91 9200,

0402 21 99 9200.

Jeħtieġ li l-prodotti jkunu ġew prodotti għal kollox fil-Komunità. Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għandhom jipprovdu kwalunkwe prova oħra li l-awtoritajiet jqisu li tkun meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzji u għandhom jaċċettaw, fejn ikun applikabbli, kwalunkwe kontrolli minn dawk l-awtoritajiet taż-żamma tal-kotba u tal-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti konċernati.

Artikolu 28

1.   Il-kwota msemmija fl-Artikolu 27(1) tkun ta’ 22 400 tunnellata għal kull perjodu ta’ 12-il xahar li jibdew fl-1 ta’ Lulju. Il-kwota għandha tinqasam f’żewġ partijiet:

(a)

l-ewwel parti, ekwivalenti għal 80 % jew 17 920 tunnellata, għandha titqassam fost l-esportaturi tal-Komunità li jistgħu juru li esportaw il-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) lejn ir-Repubblika Domenikana tul tlieta minn erba’ snin kalendarji qabel il-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet;

(b)

it-tieni parti, ekwivalenti għal 20 % jew 4 480 tunnellata, għandha tkun riżervata għall-applikanti l-oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li jistgħu juru, meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, li ilhom involuti tal-anqas għal 12-il xahar f’kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur tal-prodotti tal-ħalib elenkati fil-Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Magħquda u huma rreġistrati għall-finijiet ta’ VAT fi Stat Membru.

Il-prova ta’ kummerċ kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni ma jistgħux ikopru, għal kull applikant, aktar minn:

(a)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(a), kwantità ekwivalenti għal 110 % tal-kwantità totali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) esportati lejn ir-Repubblika Domenikana matul sena waħda mit-tliet snin qabel il-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet;

(b)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(b), kwantità totali massima ta’ 600 tunnellata.

Madankollu l-esportaturi eliġibbli biex japplikaw għall-parti (a) jistgħu jagħżlu li japplikaw taħt il-parti (b) minflok il-parti (a).

L-applikazzjonijiet li jabqżu l-limiti provduti fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu rrifjutati.

3.   Biex ikunu ammissibli, tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni waħda biss għal kull kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet, u l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed.

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom ikunu ammissibbli biss fejn l-applikanti, fil-ħin li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom:

(a)

jippreżentaw garanzija skont l-Artikolu 9;

(b)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(a), jindikaw il-kwantità tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) li huma jkunu esportaw lejn ir-Repubblika Domenikana tul sena waħda mit-tliet snin kalendarji qabel il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu u jkunu kapaċi juru dan għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat. Għal dan il-għan l-operatur li ismu jkun qiegħed jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti għandu jitqies bħala l-esporatur,

(c)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(b), ikunu kapaċi juru għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, li huma jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Artikolu 29

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ppreżentati mill-1 sal-10 ta’ April ta’ kull sena għall-kwota marbuta mal-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), l-applikazzjonijiet kollha li jiġu ppreżentati qabel id-data ta’ skadenza għandhom jitqiesu li jkunu ġew ippreżentati fl-ewwel jum tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

Artikolu 30

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandu jkun fihom:

(a)

fit-taqsima 7, il-kliem “Ir-Repubblika Domenikana — DO”;

(b)

fit-taqsimiet 17 u 18, il-kwantità li magħha tkun marbuta l-applikazzjoni jew il-liċenzja;

(c)

fit-taqsima 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.

Il-liċenzji maħruġa skont din it-Taqsima joħolqu obbligu ta’ esportazzjoni lejn ir-Repubblika Domenikana.

Artikolu 31

1.   Mhux aktar tard mill-ħames jum tax-xogħol wara l-iskadenza tal-perjodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bl-użu tal-formola mudell fl-Anness IV, għal kull waħda miż-żewġ partijiet tal-kwota u għal kull kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet, dwar il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzji jew, fejn applikabbli, li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni.

Qabel il-ħruġ tal-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 27(2) u fl-Artikolu 28(1) u (2) huwa korrett.

Jekk jinstab li t-tagħrif provdut minn operatur li nħarġitlu liċenzja, ma jkunx korrett, il-liċenzja titħassar u l-garanzija tintilef.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun sa liema punt jistgħu jingħataw il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba fl-applikazzjoni u għandha tavża lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

Jekk il-kwantitajiet kollha koperti bl-applikazzjonjiet għal-liċenzji għal waħda miż-żewġ partijiet tal-kwota jaqbżu l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 28(1), il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta’ allokazzjoni. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent għandu jinġieb sal-eqreb kg.

Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni jirriżulta fi kwantità ta’ anqas minn 20 tunnellata għal kull applikant, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. F’tali każijiet, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata minnufih. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, bil-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet u li għalihom tkun ġiet irrilaxxata l-garanzija.

Fejn il-kwantità totali koperta b’applikazzjonijiet għal-liċenzji tkun anqas mill-kwantità disponibbli għall-perjodu inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha talloka l-bqija tal-kwantità, abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jqisu b’mod partikolari l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 0402 10, 0402 21 u 0402 29.

Artikolu 32

1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fuq talba tal-operatur, mhux qabel l-1 ta’ Ġunju u mhux akar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara. Għandhom jinħarġu biss lill-operaturi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tagħhom ikunu ġew innotifikati skont l-Artikolu 31(1).

Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux inħarġu liċenzji billi jużaw il-formola mudell fl-Anness V, għaż-żewġ partijiet tal-kwota.

2.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa skont din it-Taqsima għandhom ikunu validi mill-jum attwali tal-ħruġ tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 sat-30 ta’ Ġunju tas-sena tal-kwota li għaliha tkun saret l-applikazzjoni għal-liċenzja.

3.   Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata biss f’wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

mal-preżentazzjoni tal-prova msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 flimkien mad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 fejn ir-Repubblika Domenikana titniżżel bħala d-destinazzjoni;

(b)

fir-rigward tal-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet li għalihom ma setgħet tinħareġ l-ebda liċenzja.

Il-garanzija marbuta mal-kwantità li ma tiġix esportata tintilef.

4.   B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji ma għandhomx ikunu trasferibbli.

5.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tirrapporta lill-Kummissjoni, billi tuża l-formola mudell fl-Anness VI u fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 28(1), il-kwantitajiet li ġejjin, maqsuma skont il-kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet:

il-kwantità allokata,

il-kwantità li għaliha jkunu nħarġu l-liċenzji,

il-kwantità esportata.

Artikolu 33

1.   Il-Kapitolu II għandu japplika, għajr l-Artikoli 7, 9 u 10.

2.   Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri provduti f’din it-Taqsima għandhom isiru b’mezzi elettroniċi kif indikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu jitħassar.

Madankollu, għandu jibqa’ japplika għal-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom saret applikazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 35

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għal-liċenzji tal-esportazzjoni li ssir applikazzjoni għalihom mill-1 ta’ Jannar 2010.

Fuq talba tal-operatur interessat ippreżentata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u qabel l-1 ta’ Mejju 2010, l-Artikolu 6 għandu japplika għal-liċenzji maħruġa mit-30 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.

(3)  Ara l-Anness VII.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(5)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(8)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 33.

(11)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 25.

(12)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(13)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 1.

(14)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(15)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19.

(16)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

(17)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS I

Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1)

Numru

Deskrizzjoni

Kodiċi tan-NM

I

Butir, xaħmijiet oħra u żjut derivati mill-ħalib u pejstijiet

0405 10

0405 20 90

0405 90

II

Trab tal-ħalib xkumat

0402 10

III

Ġobon u baqta

0406

IV

Prodotti tal-ħalib oħrajn

0401

0402 21

0402 29

0402 91

0402 99

0403 10 11 sa 0403 10 39

0403 90 11 sa 0403 90 69

0404 90

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 39

2309 10 59

2309 10 70

2309 90 35

2309 90 39

2309 90 49

2309 90 59

2309 90 70


ANNESS II

Il-grupp tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(2)

Grupp Nru

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

1

0401 30

2

0402 21

0402 29

3

0402 91

0402 99

4

0403 90

5

0404 90

6

0405

7

0406 10

8

0406 20

9

0406 30

10

0406 40

11

0406 90


ANNESS III

L-entrati msemmija fl-Artikolu 30(c)

—   bil-Bulgaru: Глава III, раздел 3 от Регламент (ЕО) № 1187/2009:

тарифна квота за периода 1.7… г. — 30.6… г., за мляко на прах, съгласно допълнение II към приложение III към Споразумението за икономическо партньорство между държавите от КАРИФОРУМ, от една страна, и Европейската общност и нейните държави-членки, от друга страна, чието подписване и временно прилагане е одобрено с Решение 2008/805/ЕО на Съвета.]

—   bl-Ispanjol: Capítulo III, sección 3, del Reglamento (CE) no 1187/2009:

contingente arancelario de leche en polvo del año 1.7.…-30.6.…, con arreglo al apéndice 2 del anexo III del Acuerdo de Asociación Económica entre los Estados del CARIFORUM, por una parte, y la Comunidad Europea y sus Estados miembros, por otra, cuya firma y aplicación provisional han sido aprobadas mediante la Decisión 2008/805/CE del Consejo.

—   biċ-Ċek: kapitola III oddíl 3 nařízení (ES) č. 1187/2009:

celní kvóta na období od 1. 7. … do 30. 6. … pro sušené mléko podle dodatku 2 přílohy III Dohody o hospodářském partnerství mezi státy CARIFORA na jedné straně a Evropským společenstvím a jeho členskými státy na straně druhé, jejíž podpis a prozatímní uplatňování byly schváleny rozhodnutím Rady 2008/805/ES.

—   bid-Daniż: Kapitel III, afdeling 3, i forordning (EF) nr. 1187/2009:

toldkontingent for 1.7…-30.6… for mælkepulver i overensstemmelse med bilag III, tillæg 2, til den økonomiske partnerskabsaftale mellem Cariforumlandene på den ene side og Det Europæiske Fællesskab og dets medlemsstater på den anden side, hvis undertegnelse og midlertidige anvendelse blev godkendt ved Rådets afgørelse 2008/805/EF.

—   bil-Ġermaniż: Kapitel III Abschnitt 3 der Verordnung (EG) Nr. 1187/2009:

Milchpulverkontingent für den Zeitraum 1.7.…—30.6.… gemäß Anhang III Anlage 2 des Wirtschaftspartnerschaftsabkommens zwischen den CARIFORUM-Staaten einerseits und der Europäischen Gemeinschaft und ihren Mitgliedstaaten andererseits, dessen Unterzeichnung und vorläufige Anwendung mit dem Beschluss 2008/805/EG des Rates genehmigt wurde.

—   bl-Estonjan: määruse (EÜ) nr 1187/2009 III peatüki 3. jagu:

ühelt poolt CARIFORUMi riikide ning teiselt poolt Euroopa Ühenduse ja selle liikmesriikide vahelise majanduspartnerluslepingu (mille allakirjutamine ja esialgne kohaldamine on heaks kiidetud nõukogu otsusega 2008/805/EÜ) III lisa 2. liites on sätestatud piimapulbri tariifikvoot ajavahemikuks 1.7…–30.6….

—   bil-Grieg: κεφάλαιο III, τμήμα 3 του κανονισμού (EΚ) αριθ. 1187/2009:

δασμολογική ποσόστωση 1.7…-30.6…, για το γάλα σε σκόνη σύμφωνα με το προσάρτημα 2 του παραρτήματος III της συμφωνίας οικονομικής εταιρικής σχέσης μεταξύ των κρατών CARIFORUM, αφενός, και της Ευρωπαϊκής Κοινότητας και των κρατών μελών της, αφετέρου, της οποίας η υπογραφή και η προσωρινή εφαρμογή εγκρίθηκε με την απόφαση 2008/805/EΚ του Συμβουλίου.

—   bl-Ingliż: Chapter III, Section 3 of Regulation (EC) No 1187/2009:

tariff quota for 1.7…-30.6…, for milk powder according to Appendix 2 of Annex III to the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, the signature and provisional application of which has been approved by Council Decision 2008/805/EC.

—   bil-Franċiż: Chapitre III, Section 3, du règlement (CE) no 1187/2009:

contingent tarifaire pour la période du 1.7… au 30.6…, pour le lait en poudre conformément à l'appendice 2 de l'annexe III de l'accord de partenariat économique entre les États du Cariforum, d'une part, et la Communauté européenne et ses États membres, d'autre part, dont la signature et l'application provisoire ont été approuvées par la décision 2008/805/CE du Conseil.

—   bit-Taljan: capo III, sezione 3 del regolamento (CE) n. 1187/2009:

contingente tariffario per l'anno 1.7…-30.6…, per il latte in polvere ai sensi dell'appendice 2 dell'allegato III dell’accordo di partenariato economico tra gli Stati del CARIFORUM, da una parte, e la Comunità europea e i suoi Stati membri, dall’altra, la cui firma e la cui applicazione provvisoria sono state approvate con decisione 2008/805/CE del Consiglio.

—   bil-Latvjan: Regulas (EK) Nr. 1187/2009 III nodaļas 3. iedaļā –

Tarifa kvota no 1. jūlija līdz 30. jūnijam piena pulverim saskaņā ar III pielikuma 2. papildinājumu Ekonomiskās partnerattiecību nolīgumā starp CARIFORUM valstīm no vienas puses un Eiropas Kopienu un tās dalībvalstīm no otras puses, kura parakstīšana un provizoriska piemērošana apstiprināta ar Padomes Lēmumu 2008/805/EK.

—   bil-Litwan: Reglamento (EB) Nr. 1187/2009 III skyriaus 3 skirsnyje:

tarifinė kvota nuo … metų liepos 1 dienos iki … metų birželio 30 dienos pieno milteliams, numatyta CARIFORUM valstybių ir Europos bendrijos bei jos valstybių narių Ekonominės partnerystės susitarimo, kurio pasirašymas ir laikinas taikymas patvirtinti Tarybos sprendimu 2008/805/EB, III priedo 2 priedėlyje.

—   bl-Ungeriż: Az 1187/2009/EK rendelet III. fejezetének 3. szakasza:

az egyrészről a CARIFORUM-államok másrészről az Európai Közösség és tagállamai közötti gazdasági partnerségi megállapodás – amelynek aláírását és ideiglenes alkalmazását a 2008/805/EK tanácsi határozat hagyta jóvá – III. mellékletének 2. függeléke szerinti tejporra […] július 1-től […] június 30-ig vonatkozó vámkontingens.

—   bil-Malti: Il-Kaptiolu III, it-Taqsima 3 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009:

kwota tariffarja għal 1.7…-30.6…, għat-trab tal-ħalib skont l-Appendiċi 2 tal-Anness III għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, li l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu kienu approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE.

—   bl-Olandiż: hoofdstuk III, afdeling 3 van Verordening (EG) nr. 1187/2009:

tariefcontingent melkpoeder voor het jaar van 1.7.… t/m 30.6.… overeenkomstig aanhangsel 2 van bijlage III bij de economische partnerschapsovereenkomst tussen de CARIFORUM-staten, enerzijds, en de Europese Gemeenschap en haar lidstaten, anderzijds, waarvan de ondertekening en de voorlopige toepassing zijn goedgekeurd bij Besluit 2008/805/EG van de Raad.

—   bil-Pollakk: rozdział III sekcja 3 rozporządzenia (WE) nr 1187/2009:

kontyngent taryfowy na okres od 1.7.… do 30.6.… na mleko w proszku zgodnie z dodatkiem 2 do załącznika III do Umowy o partnerstwie gospodarczym między państwami CARIFORUM z jednej strony, a Wspólnotą Europejską i jej państwami członkowskimi z drugiej strony, której podpisanie i tymczasowe stosowanie zostało zatwierdzone decyzją Rady 2008/805/WE.

—   bil-Portugiż: Secção 3 do capítulo III do Regulamento (CE) n.o 1187/2009:

Contingente pautal de leite em pó do ano 1.7.…-30.6.…, ao abrigo do apêndice 2 do anexo III do Acordo de Parceria Económica entre os Estados do Cariforum, por um lado, e a Comunidade Europeia e os seus Estados-Membros, por outro, cuja assinatura e aplicação a título provisório foram aprovadas pela Decisão 2008/805/CE do Conselho.

—   bir-Rumen: capitolul III secțiunea 3 din Regulamentul (CE) nr. 1187/2009:

contingent tarifar pentru anul 1.7…-30.6…, pentru lapte praf în conformitate cu apendicele 2 din anexa III la Acordul de parteneriat economic între statele CARIFORUM, pe de o parte, și Comunitatea Europeană și statele membre ale acesteia, pe de altă parte, ale cărui semnare și aplicare provizorie au fost aprobate prin Decizia 2008/805/CE a Consiliului.

—   bis-Slovakk: kapitola III oddiel 3 nariadenia (ES) č. 1187/2009:

colná kvóta na obdobie od 1. júla … do 30. júna … na sušené mlieko podľa dodatku 2 k prílohe III k Dohode o hospodárskom partnerstve medzi štátmi CARIFORUM-u na jednej strane a Európskym spoločenstvom a jeho členskými štátmi na druhej strane, ktorej podpísanie a predbežné vykonávanie sa schválilo rozhodnutím Rady 2008/805/ES.

—   bis-Sloven: poglavje III, oddelek 3 Uredbe (ES) št. 1187/2009:

Tarifna kvota za obdobje 1.7…–30.6… za mleko v prahu v skladu z Dodatkom 2 k Prilogi III k Sporazumu o gospodarskem partnerstvu med državami CARIFORUMA na eni strani ter Evropsko skupnostjo in njenimi državami članicami na drugi strani, katerega podpis in začasno uporabo je Svet odobril s Sklepom 2008/805/ES.

—   bil-Finlandiż: asetuksen (EY) N:o 1187/2009 III luvun 3 jaksossa:

Euroopan yhteisön ja sen jäsenvaltioiden sekä CARIFORUM-valtioiden talouskumppanuussopimuksen, jonka allekirjoittaminen ja väliaikainen soveltaminen on hyväksytty neuvoston päätöksellä 2008/805/EY, liitteessä III olevan lisäyksen 2 mukainen maitojauheen tariffikiintiö 1.7…–30.6… välisenä aikana.

—   bl-Iżvediż: Kapitel III, avsnitt 3 i förordning (EG) nr 1187/2009:

tullkvot för 1.7…–30.6… för mjölkpulver enligt tillägg 2 till bilaga III till avtalet om ekonomiskt partnerskap mellan Cariforum-staterna, å ena sidan, och Europeiska gemenskapen och dess medlemsstater, å andra sidan, vars undertecknande och provisoriska tillämpning godkändes genom rådets beslut 2008/805/EG.


ANNESS IV

IR-REPUBBLIKA DOMENIKANA

It-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 31(1)

Stat Membru:

Id-dejta relatata mal-perjodu mill-1 ta' Lulju … sat-30 ta' Ġunju …

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a)

Isem/Indirizz l-applikant

Dejta ta' referenza tal-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Domenikana

Applikazzjonijiet

(1)

Il-kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet esportati

(t)

Is-sena tal-esportazzjoni

Il-kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantità massima = 110 % ta' (3)

(t)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

Total

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b)

Isem/Indirizz l-applikant

Il-kodiċi tal-prodotti fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantità li saret applikazzjoni għaliha

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 


ANNESS V

IR-REPUBBLIKA DOMENIKANA

It-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 32(1)

Stat Membru:

Id-dejta relatata mal-perjodu mill-1 ta’ Lulju … sat-30 ta’ Ġunju ...

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a)

Isem u indirizz l-esportatur

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet allokati li għalihom ma nħarġux liċenzji

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b)

Isem u indirizz l-esportatur

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet allokati li għalihom ma nħarġux liċenzji

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 


ANNESS VI

IR-REPUBBLIKA DOMENIKANA

It-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 32(5)

Stat Membru:

Id-dejta relatata mal-perjodu mill-1 ta’ Lulju … sat-30 ta’ Ġunju …

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a)

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet li għalihom ġew allokati l-liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet esportati

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b)

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet li għalihom ġew allokati l-liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet esportati

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 


ANNESS VII

Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006

(ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1919/2006

(ĠU L 380, 28.12.2006, p. 1)

L-Artikolu 7 u l-Anness IX biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 532/2007

(ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7)

L-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2009

(ĠU L 75, 21.3.2009, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2009

(ĠU L 128, 27.5.2009, p. 5)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2009

(ĠU L 290, 13.8.2009, p. 3)

 


ANNESS VIII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(2)

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9(1) sa (6)

Artikolu 8(1) sa (6)

Artikolu 9(7)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9

Artikolu 10(2)

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13(1)

Artikolu 12

Artikolu 13(2)

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 21(4)

Artikolu 22(1)

Artikolu 20

Artikolu 22(2)

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 25(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 27

Artikolu 30(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 30(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 30(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 28(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 30(3)

Artikolu 28(3)

Artikolu 31

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 33(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 33(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 31(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

L-Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, mit-tieni sal-ħames frażi

Artikolu 31(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 33(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 31(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 34

Artikolu 32

Artikolu 35(1)

Artikolu 33(1)

Artikolu 35(2)

Artikolu 35(3)

Artikolu 33(2)

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 34

Artikolu 35

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VI

Anness VIII

Anness VII

Anness VIII