1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta’ vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3),
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,
Billi:
(1) |
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxu l-listi ta’ vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel. Modifiki ta’ dawn il-listi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3). |
(2) |
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxu l-listi ta’ vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jiżdiedu mal-ikel. Modifiki ta’ dawn il-listi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3). |
(3) |
Vitamini ġodda u forom minerali ġew ivvalutati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari. Is-sustanzi li jkunu rċevew opinjoni xjentifika favorevoli u li għalihom il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jitħarsu għandhom jiżdiedu mal-listi rispettivi f’dawk l-atti. |
(4) |
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati u tqiesu l-kummenti li ġew ipprovduti. |
(5) |
Wara l-valutazzjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari, jixraq li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet għal xi vitamini u sustanzi minerali għall-identifikazzjoni tagħhom. |
(6) |
Id-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE huma ssostitwiti rispettivament bit-test fl-Anness I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-kelma “Boron” hija miżjuda fil-lista fil-punt 2; |
(2) |
L-Anness II għandu jinbidel bit-test fl-Anness III għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
ANNESS I
“ANNESS I
Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel
1. Vitamini
Vitamina A (μg -RE)
Vitamina D (μg)
Vitamina E (mg α-TE)
Vitamina K (μg)
Vitamina B1 (mg)
Vitamina B2 (mg)
Niaċin (mg NE)
Aċidu pantoteniku (mg)
Vitamina B6 (mg)
Aċidu Foliku (μg) (*)
Vitamina B12 (μg)
Biotina (μg)
Vitamina C (mg)
2. Minerali
Calcium (mg)
Manjeżju (mg)
Ħadid (mg)
Ram (μg)
Jodju (μg)
Żingu (mg)
Manganiż (mg)
Sodju (mg)
Potassju (mg)
Silenju (μg)
Kromju (μg)
Molibdenu (μg)
Fluworidu (mg)
Kloridu (mg)
Fosfru (mg)
Boronju (mg)
Silikon (mg)
(*) Aċidu Foliku huwa t-terminu inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel.”
ANNESS II
“ANNESS II
Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel
A. Vitamini
1. VITAMINA A
(a) |
retinol |
(b) |
aċetat tar-retinil |
(c) |
palmitat tar-retinil |
(d) |
beta-karoten |
2. VITAMINA D
(a) |
kolekalċiferol |
(b) |
ergokalċiferol |
3. VITAMINA E
(a) |
D-alfa-tokoferol |
(b) |
DL-alfa-tokoferol |
(c) |
aċetat ta’ D-alfa-tokoferil |
(d) |
aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil |
(e) |
suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil |
(f) |
tocoferols imħalltin (*) |
(g) |
tocotrienol tocoferol (**) |
4. VITAMINA K
(a) |
fillokinona (fitomenadjona) |
(b) |
menakinona (***) |
5. VITAMINA B1
(a) |
idroklorur tat-tijamina |
(b) |
mononitrat tat-tijamina |
(c) |
klorit tal-mononitrat tat-tijamina |
(d) |
klorit tal-fosforat tat-tijamina |
6. VITAMINA B2
(a) |
riboflavin |
(b) |
riboflavin 5′-fosfat, sodju |
7. NIJAĊINA
(a) |
aċidu nikotiniku |
(b) |
nikotinamida |
(c) |
inositol hexanicotinate (inositol hexaniacinate) |
8. AĊIDU PANTOTENIKU
(a) |
D-pantotenat, kalċju |
(b) |
D-pantotenat, sodju |
(c) |
dekspantenol |
(d) |
pantethine |
9. VITAMINA B6
(a) |
idroklorur tal-piridossina |
(b) |
piridossina 5′-fosfat |
(c) |
pyridoxal 5′-fosfat |
10. FOLAT
(a) |
aċidu pterojlmonoglutamiku |
(b) |
L-metilfolat tal-kalċju |
11. VITAMINA B12
(a) |
ċjanokobalamina |
(b) |
idrossokobalamina |
(c) |
5′-deoxyadenosylcobalamin |
(d) |
methylcobalamin |
12. BIJOTINA
(a) |
D-bijotina |
13. VITAMINA Ċ
(a) |
aċidu L-assorbiku |
(b) |
L-assorbat tas-sodju |
(c) |
L-assorbat tal-kalċju (****) |
(d) |
L-assorbat tal-potassju |
(e) |
L-assorbil 6-palmitat |
(f) |
L-assorbat tal-magnesium |
(g) |
L-assorbat taż-żingu |
B. Minerali
aċetat tal-kalċju
L-assorbat tal-kalċju
bisgliċinat tal-kalċju
karbonat tal-kalċju
klorur tal-kalċju
malat ċitrat tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-kalċju
gliċerofosfat tal-kalċju
lattat tal-kalċju
pyruvate tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku
suċċinat tal-kalċju
idrossidu tal-kalċju
calcium L-lisinat
malat tal-kalċju
ossidu tal-kalċju
L-pidolat tal-kalċju
L-threonate tal-kalċju
sulfat tal-kalċju
aċetat tal-manjeżju
L-assorbat tal-magnesium
bisglikinat tal-manjeżju
karbonat tal-manjeżju
klorur tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-manjeżju
gliċerofosfat tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku
laktat tal-manjeżju
L-lisinat tal-manjeżju
idrossidu tal-manjeżju
malat tal-manjeżju
ossidu tal-manjeżju
L-pidolat tal-manjeżju
ċitrat tal-potassju tal-manjeżju
pyruvate tal-manjeżju
suċċinat tal-manjeżju
sulfat tal-manjeżju
taurate tal-manjeżju
acetyl taurate tal-manjeżju
karbonat ferruż
ċitrat ferruż
ċitrat ferriku tal-ammonju
glukonat ferruż
fumarat ferruż
difosfat ferriku tas-sodju
laktat ferruż
sulfat ferruż
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)
sakkarat ferriku
element tal-ħadid (carbonyl + electrolytic + hydrogen imnaqqas)
bisglikinat ferruż
L-pidolat ferruż
fosfat ferruż
taurate ħadid (II)
karbonat tar-ram
ċitrat tar-ram
glukonat tar-ram
sulfat tar-ram
L-aspartat tar-ram
bisglycinate tar-ram
kumpless ram lisin
ossidu tar-ram (II)
jodur tas-sodju
jodat tas-sodju
jodur tal-potassju
jodat tal-potassju
aċetat taż-żingu
L-assorbat taż-żingu
L-aspartat taż-żingu
bisglikinat taż-żingu
klorur taż-żingu
ċitrat taż-żingu
glukonat taż-żingu
laktat taż-żingu
L-lisinat taż-żingu
malat taż-żingu
sulfat taż-żingu mono-L-methionine
ossidu taż-żingu
karbonat taż-żingu
L-pidolate taż-żingu
picolinate taż-żingu
sulfat taż-żingu
assorbat tal-manganiż
L-aspartat tal-manganiż
bisglycinate tal-manganiż
karbonat tal-manganiż
klorur tal-manganiż
ċitrat tal-manganiż
glukonat tal-manganiż
gliċerofosfat tal-manganiż
pidolate tal-maganiż
sulfat tal-manganiż
il-bikarbonat tas-sodju
karbonat tas-sodju
klorur tas-sodju
ċitrat tas-sodju
glukonat tas-sodju
laktat tas-sodju
idrossidu tas-sodju
imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku
bikarbonat tal-potassju
karbonat tal-potassju
klorur tal-potassju
ċitrat tal-potassju
glukonat tal-potassju
gliċerofosfat tal-potassju
laktat tal-potassju
idrossidu tal-potassju
L-pidolate tal-potassju
malat tal-potassju
imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku
L-selenomethionine
ħmira arrikkita bis-selenju (*****)
aċidu tas-selenju
selenat tas-sodju
idroġenu selenit tas-sodju
selenit tas-sodju
klorit (III) tal-kromjum
lactate trihydrate (III) tal-kromjum
nitrat tal-kromjum
picolinate tal-kromjum
sulfat (III) tal-kromjum
molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))
molibdat tal-postassju (molibdenu (VI))
molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))
fluworidu tal-kalċju
florur tal-potassju
fluworidu tas-sodju
monofluworfosfat tas-sodju
aċidu boriku
borat tas-sodju
aċidu orthosilicic stabbilit bil-choline (choline-stabilised orthosilicic acid)
dijossidu silikon
aċidu silicic (******)
(*) alpha-tocopherol < 20 %, beta-tocopherol < 10 %, gamma-tocopherol 50 – 70 % u delta-tocopherol 10 - 30 %
(**) Livelli tipiċi ta’ tocopherols u tocotrienols individwali:
— |
115 mg/g alpha-tocopherol (101 mg/g minimu) |
— |
5 mg/g beta-tocopherol (< 1 mg/g minimu) |
— |
45 mg/g gamma-tocopherol (25 mg/g minimu) |
— |
12 mg/g delta-tocopherol (3 mg/g minimu) |
— |
67 mg/g alpha-tocotrienol (30 mg/g minimu) |
— |
< 1 mg/g beta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu) |
— |
82 mg/g gamma-tocotrienol (45 mg/g minimu) |
— |
5 mg/g delta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu). |
(***) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
(****) Jista’ jkun fihom sa 2 % ta’ thereonate.
(*****) Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2.5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.
(******) Fil-forma ta’ ġel.”
ANNESS III
“ANNESS II
Formulazzjonijiet ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel
1. Formulazzjonijiet ta’ Vitamini
VITAMINA A
retinol
aċetat tar-retinil
palmitat tar-retinil
beta-karoten
VITAMINA D
kolekalċiferol
ergokalċiferol
VITAMINA E
D-alfa-tokoferol
DL-alfa-tokoferol
aċetat ta’ D-alfa-tokoferil
aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil
suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil
VITAMINA K
fillokinona (fitomenadjona)
menakinona (*)
VITAMINA B1
idroklorur tat-tijamina
mononitrat tat-tijamina
VITAMINA B2
riboflavin
riboflavin 5′-fosfat, sodju
NIJAĊINA
aċidu nikotiniku
nikotinamida
AĊIDU PANTOTENIKU
D-pantotenat, kalċju
D-pantotenat, sodju
dekspantenol
VITAMINA B6
idroklorur tal-piridossina
piridossina 5′-fosfat
dipalmitat tal-piridossina
AĊIDU FOLIKU
aċidu pterojlmonoglutamiku
L-metilfolat tal-kalċju
VITAMINA B12
ċjanokobalamina
idrossokobalamina
BIJOTINA
D-bijotina
VITAMINA Ċ
aċidu L-assorbiku
L-assorbat tas-sodju
L-assorbat tal-kalċju
L-assorbat tal-potassju
L-assorbil 6-palmitat
2. SUSTANZI MINERALI
karbonat tal-kalċju
klorur tal-kalċju
malat ċitrat tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-kalċju
gliċerofosfat tal-kalċju
lattat tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku
idrossidu tal-kalċju
malat tal-kalċju
ossidu tal-kalċju
sulfat tal-kalċju
aċetat tal-manjeżju
karbonat tal-manjeżju
klorur tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-manjeżju
gliċerofosfat tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku
laktat tal-manjeżju
idrossidu tal-manjeżju
ossidu tal-manjeżju
ċitrat tal-potassju tal-manjeżju
sulfat tal-manjeżju
bisglikinat ferruż
karbonat ferruż
ċitrat ferruż
ċitrat ferriku tal-ammonju
glukonat ferruż
fumarat ferruż
difosfat ferriku tas-sodju
laktat ferruż
sulfat ferruż
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)
sakkarat ferriku
ħadid elementali (karbonil + elettrolitiku + idroġenu imnaqqas)
karbonat tar-ram
ċitrat tar-ram
glukonat tar-ram
sulfat tar-ram
kumpless ram lisin
jodur tas-sodju
jodat tas-sodju
jodur tal-potassju
jodat tal-potassju
aċetat taż-żingu
bisglikinat taż-żingu
klorur taż-żingu
ċitrat taż-żingu
glukonat taż-żingu
laktat taż-żingu
ossidu taż-żingu
karbonat taż-żingu
sulfat taż-żingu
karbonat tal-manganiż
klorur tal-manganiż
ċitrat tal-manganiż
glukonat tal-manganiż
gliċerofosfat tal-manganiż
sulfat tal-manganiż
il-bikarbonat tas-sodju
karbonat tas-sodju
ċitrat tas-sodju
glukonat tas-sodju
laktat tas-sodju
idrossidu tas-sodju
imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku
ħmira arrikkita bis-selenju (**)
selenat tas-sodju
idroġenu selenit tas-sodju
selenit tas-sodju
fluworidu tas-sodju
florur tal-potassju
bikarbonat tal-potassju
karbonat tal-potassju
klorur tal-potassju
ċitrat tal-potassju
glukonat tal-potassju
gliċerofosfat tal-potassju
laktat tal-potassju
idrossidu tal-potassju
imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))
molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))
aċidu boriku
borat tas-sodju
(*) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
(**) Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2,5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.”