1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1169/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 353/2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza Alimentari,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li għall-kategoriji kollha ta’ dikjarazzjonijiet tas-saħħa magħmula fuq l-ikel, huma biss id-dikjarazzjonijiet tas-saħħa konformi mal-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma ppreżentati lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurezza Alimentari (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala l-Awtorità u għalhekk soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, jinħtieġ jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li skonthom l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-saħħa jistgħu jitqiesu validi u jiċċaraw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri f’dan ir-rigward f’konformità mal-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
(2) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-lista ta’ dikjarazzjonijiet awtorizzati kif ukoll dawn miċħuda għandha tiġi ppubblikata f’reġistru minħabba raġunijiet ta’ trasparenza. L-għan hu, kif spjegat fil-premessa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, biex jiġu evitati applikazzjonijiet multipli b’rigward għall-klejms li diġà ġew evalwati u huma suġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk, jinħtieġ li jiġi ċċarat ukoll fost il-modalitajiet ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, ir-regoli dwar l-irtirar tal-applikazzjonijiet kif ukoll l-iskadenza sabiex tiġi ppreżentata talba għall-irtirar. |
(3) |
Għalhekk, l-applikant għandu jiġi permess biss jirtira applikazzjoni sal-mument li l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Tali skadenza hi meħtieġa sabiex tiġi ppreservata l-utilità tal-valutazzjoni tal-Awtorità tad-dikjarazzjonijiet u l-effettività tal-proċedura għal awtorizzazzjoni u ċaħda tad-dikjarazzjonijiet u sabiex jiġi evitat t-tressiq ta’ applikazzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet li diġà ġew evalwati. F’dan ir-rigward, huwa biss treġġiegħ lura tal-applikazzjonijiet ippreżentati skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, li jistgħu jtemmu l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, li f’każ kuntrarju jissoktaw wara li l-Awtorità tkun ħarġet l-opinjoni tagħha. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008 (2) qiegħed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 7: “Artikolu 7a Verifika tal-validità tal-applikazzjonijiet mill-Istati Membri 1. Skont l-Artikolu 15(2)(a) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tal-applikazzjonijiet qabel ma jsiru disponibbli għall-Awtorità. 2. Minħabba l-paragrafu 1, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tivverifika li l-applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 15 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jinkludu d-dejta kif hemm referenza għalija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament. 3. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jivverifikaw li:
|
(2) |
L-Artikolu 7b li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 7a: “Artikolu 7b Irtirar tal-applikazzjonijiet 1. Applikazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 15 jew 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tista’ titreġġa’ lura sal-mument li l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. 2. Talba għall-irtirar ta’ applikazzjoni għandha titressaq lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru, li lilha tressqet l-applikazzjoni skont l-Artikolu 15(2) jew l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. 3. L-awtorità nazzjonali kompetenti, għandha, mingħajr telf ta’ żmien, tavża lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-irtirar. Huwa biss l-irtirar tal-applikazzjoni skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu li jtemm il-proċedura.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 11.