|
27.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1148/2009
tas-26 ta’ Novembru 2009
dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) ħarġet sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju fuq il-qamħirrum impurtat fil-Portugall minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li ma tilqa' l-ebda waħda mill-offerti. |
|
(3) |
B'qies partikulari għall-kriterji msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, mhuwiex f'loku li jsir tnaqqis massimu fid-dazju. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mhi se tintlaqa' l-ebda offerta minn dawk ikkomunikati bejn mit-13 ta’ Novembru u sas-26 ta’ Novembru 2009 fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 677/2009.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.