27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera [it-trasportatur bl-ajru li jopera], u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 stabbilixxa l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni tagħrif li huwa rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista Komunitarja. Ġie kkomunikat ukoll tagħrif rilevanti minn pajjiżi terzi. Abbażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati jew b’mod dirett jew, meta dan ma setax isir, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, filwaqt li indikatilhom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet prinċipali li kellhom jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, jew li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur bl-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati tathom l-opportunità biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kumissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, kif ukoll lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’każijiet speċifiċi, minn xi wħud mill-Istati Membri.

(6)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sema’ l-preżentazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) u tal-Kummissjoni dwar il-proġetti ta’ għajnuna teknika mwettqin f’pajjiżi li jaffettwahom ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Huwa tgħarraf dwar it-talbiet għal iktar għajnuna teknika u iktar kooperazzjoni sabiex tittejjeb il-ħila amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bil-ħsieb li jitranġa kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(7)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tgħarraf ukoll dwar l-azzjonijiet ta’ nfurzar li wettqu l-EASA u l-Istati Membri sabiex jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Komunità Ewropea u mħaddmin minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ pajjiżi terzi.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif xieraq.

It-trasportaturi Komunitarji

(9)

Wara tagħrif li ħareġ minn spezzjonijiet fuq l-art (“ramp inspections”) li twettqu mis-SAFA (il-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin) fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru Komunitarji, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki ta’ oqsma speċifiċi mwettqin mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tagħhom, uħud mill-Istati Membri implimentaw ċerti miżuri ta’ nfurzar. Huma għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawn il-miżuri: l-awtoritajiet kompetenti tal-Litwanja rrevokaw iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC) tat-trasportatur bl-ajru “FLYLAL Lithuanian Airlines” u dawk ta’ Spanja niedew il-proċedura biex iwaqqfu l-AOC tat-trasportatur bl-ajru “Euro Continental” nhar it-30 ta’ Ottubru 2009.

Albanian Airlines MAK

(10)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur Albanian Airlines MAK, iċċertifikat fl-Albanija. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza, mill-Ġermanja u mill-Italja, kif ukoll minn stati oħrajn tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (l-ECAC) waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (4). Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw l-iktar inġenji tal-ajru tat-tip MD82.

(11)

It-trasportatur Albanian Airlines MAK wieġeb kif xieraq u fil-ħin għat-talba mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza, tal-Ġermanja u tal-Italja dwar l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza.

(12)

Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija (id-DGCA) kkonfermaw li n-nuqqasijiet identifikati fl-ispezzjonijiet tas-SAFA fil-verità wrew nuqqasijiet sistematiċi fl-operat u fis-sistema tal-kwalità tat-trasportatur Albanian Airlines MAK. Id-DGCA wettqu investigazzjoni ddettaljata tal-konformità tat-trasportatur bl-ajru mal-istandards applikabbli tas-sikurezza, u wara ddeċidew li jimponu restrizzjonijiet fuq l-operat tat-trasportatur bl-ajru flimkien ma’ tibdiliet strutturali fih. B’mod partikulari, id-DGCA għarrfu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li l-flotta tnaqqset minn tliet għal żewġ inġenji tal-ajru u li l-inġenju tal-ajru tat-tip MD-82 bir-reġistrazzjoni ZA-ASA ġie rtirat mill-AOC tat-trasportatur Albanian Airlines u tneħħa mir-reġistru fl-1 ta’ Ottubru 2009. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Ottubru, id-DGCA illimitaw l-operat tat-trasportatur bl-ajru għal-livell u għad-destinazzjonijiet li kienu jeżistu f’dik id-data u talbu lit-trasportatur bl-ajru jibdel l-amministraturi tiegħu minnufih u jsaħħaħ is-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tiegħu.

(13)

Fil-11 ta’ Novembru, id-DGCA għamlu preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li fihom ikkonfermaw li dawn l-azzjonijiet korrettivi kienu ġew implimentati u li dawn tqiesu li jindirizzaw b’mod effettiv in-nuqqasijiet identifikati fil-qasam tas-sikurezza.

(14)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija wrew li huma aġixxew sabiex jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportatur Albanian Airlines MAK.

(15)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija huma mistiedna jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-premessa (32) tar-Regolament (KE) Nru 787/2007 (5) b’pass iktar mgħaġġel u huma mfakkra fl-impenn tagħhom, imsemmi fil-premessa (33) tal-istess Regolament, li ma joħorġu l-ebda AOC ieħor sa ma jkun implimentat b’mod sodisfaċenti l-programm tal-istrutturar mill-ġdid. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Albanija hija mistiedna tħaffef il-pass tal-bini tal-ħila tad-DGCA, sabiex tiżgura li s-sorveljanza kontinwa tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Albanija titwettaq b’mod sostenibbli u f’konformità mal-istandards applikabbli tas-sikurezza.

(16)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni se twettaq spezzjoni dwar l-istandardizzazzjoni fl-Albanija fil-bidu tal-2010 sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa ta’ dawk l-impriżi li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħhom.

Egypt Air

(17)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 619/2009 (6) u wara l-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva f’Ġunju 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ressqu erba’ rapporti ta’ kull xahar li jkopru x-xhur ta’ Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009 biex juru l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjan kif ivverifikat minnhom. B’referenza għal dawn ir-rapporti li ffukaw fuq l-ispezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntalbu jipprovdu r-rapporti tal-verifiki dwar il-manutenzjoni, l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operat waqt it-titjira li huma wettqu fuq it-trasportatur bl-ajru. Fl-10 ta’ Novembru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu bagħtu r-rapport tal-ispezzjoni tal-bażi tat-trasportatur Egypt Air li saret f’Ottubru 2009 u li wasslet biex jiġġedded l-AOC tat-trasportatur. Ir-rapporti tal-verifiki dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-operat waqt it-titjira u l-operat ta’ mal-art ma ntbagħtux. Id-dokumenti pprovduti juru li, filwaqt li t-trasportatur bl-ajru għamel progress sinifikanti, huwa mistenni li jkun hemm iktar titjib fl-oqsma tal-manutenzjoni, tal-inġinerija u tal-operat.

(18)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntrabtu wkoll li jipprovdu lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar l-għeluq sodisfaċenti ta’ sejbiet li kienu ħarġu qabel waqt spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air li kienu twettqu fl-2008 u fl-2009. Għal dak il-għan, huma indirizzaw il-korrispondenza rilevanti lil ċerti Stati Membri li fihom l-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air kienu suġġetti għal spezzjonijiet fuq l-art fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009. Il-proċess biex jingħalqu dawn is-sejbiet għadu għaddej u għandu jiġi vverifikat b’mod regolari.

(19)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jagħraf l-isforzi li għamel it-trasportatur sabiex ilesti l-azzjonijiet meħtieġa biex titranġa l-qagħda tiegħu fil-qasam tas-sikurezza, kif ukoll ir-rieda qawwija ta’ kooperazzjoni murija kemm mit-trasportatur kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu. Madanakollu, minħabba l-ambitu u l-firxa tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli għan-nuqqasijiet li kienu identifikati qabel fil-qasam tas-sikurezza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntalbu jkomplu jibagħtu rapporti ta’ kull xahar dwar il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan u dwar l-għeluq tas-sejbiet identifikati matul l-ispezzjonijiet tas-SAFA, flimkien ma’ kwalunkwe rapporti oħra ta’ verifiki li jwettqu fuq it-trasportatur Egypt Air.

(20)

Wara li jitlesta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu għandhom iwettqu verifika aħħarija u jibagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni li jkunu għamlu. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tipproċedi bil-verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi li jkun wettaq it-trasportatur bl-ajru permezz ta’ żjara li għandha titwettaq mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bl-għajnuna tal-Istati Membri. Sadanittant, l-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-għadd ta’ spezzjonijiet tat-trasportatur Egypt Air jiġi intensifikat sabiex dawn jipprovdu l-bażi għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ dan il-każ matul il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li jmiss.

Yemenia Yemen Airways

(21)

Skont ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2008 u 1131/2008 (7), l-Istati Membri komplew jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportatur Yemenia mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ spezzjonijiet regolari fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tiegħu li jinżlu f’ajruporti tal-Komunità. Fl-2009, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit irrappurtaw it-tali spezzjonijiet. Il-Kummissjoni rċeviet dokumentazzjoni li turi li t-trasportatur bl-ajru rreaġixxa b’mod xieraq u fil-ħin sabiex isolvi s-sejbiet li ħarġu minn dawn l-ispezzjonijiet.

(22)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, il-Kummissjoni rċeviet iktar tagħrif mingħand l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen kif ukoll mingħand it-trasportatur Yemenia Yemen Airways dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi fl-oqsma tal-manutenzjoni u tal-operat.

(23)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-verifiki li wettqu fuq il-faċilitajiet tal-manutenzjoni tat-trasportatur Yemenia wara s-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tiegħu bin-numru EASA.145.0177 bil-għan li tiġi vvalutata l-konformità tat-trasportatur Yemenia mal-istandard tal-Jemen bin-numru YCAR-145. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen bagħtu pjan irrivedut ta’ azzjoni korrettiva tat-trasportatur Yemenia li jġib id-data tal-15 ta’ Settembru 2009, wara l-verifika tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li wettqet l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili u tal-Meteoroloġija (il-CAMA) skont ir-rekwiżiti nazzjonali (YCAR-145) u l-verifika ta’ segwitu li l-CAMA wettqet fl-20 ta’ Settembru 2009. Iż-żewġ dokumenti wrew li s-sejbiet kollha ngħalqu. Barra minn hekk, il-CAMA pprovdiet dokumentazzjoni individwali li tappoġġaha l-għeluq tas-sejbiet waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li saret fl-10 ta’ Novembru 2009.

(24)

Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tgħarraf dwar il-valutazzjoni pożittiva, f’dan l-istadju, mill-EASA u mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi tat-trasportatur Yemenia sabiex dan jerġa’ jikseb l-approvazzjoni Ewropea tiegħu tal-manutenzjoni.

(25)

Qed jingħarfu l-isforzi li għamel it-trasportatur Yemenia sabiex jirranġa n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza identifikati fid-diversi verifiki. Qed tiġi nnutata t-tlestija tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva fil-qasam tal-manutenzjoni min-naħa tat-trasportatur Yemenia hekk kif irrappurtat fil-valutazzjonijiet li l-CAMA wettqet f’dan il-qasam. L-EASA u l-Istati Membri se jorganizzaw żjara fuq il-post fil-Jemen mill-iktar fis possibbli sabiex tiġi vverifikata l-qagħda tat-trasportatur Yemenia fil-qasam tas-sikurezza bil-għan li tiġi evalwata l-konformità tiegħu, fil-verità, mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u sabiex tiġi evalwata l-ħila tal-CAMA li tiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-Jemen.

(26)

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità tat-trasportatur Yemenia, fil-verità, mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq l-art li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008. Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru se jerġa’ janalizza dan il-każ matul il-laqgħa tiegħu li jmiss.

It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(27)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għarrfet lill-Kummissjoni li qed tirtira l-liċenzji tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Virunga Air Charter, Air Navette, Air Beni, Air Boyoma, Butembo Airlines, Sun Air services, Rwakabika Bushi Express, Aigle Aviation, Kivu Air, Comair, Free Airlines, Great Lake Business Company, Air Infini, Bel Glob Airlines, Safari Logistics, Tembo Air Services, Katanga Airways, Cargo Bull, Africa One, Malila Airlift, Transport Aérien Congolais (TRACO), El Sam Airlift, Thom’s Airways, Piva Airlines, u Espace Aviation Service. Dawn it-trasportaturi bl-ajru ilhom li temmew l-attivitajiet tagħhom mit-30 ta’ Lulju 2009.

(28)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għarrfu li rtiraw il-liċenzji tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin, li l-Kummissjoni ma kinitx ġiet mgħarrfa minn qabel li kellhom liċenzja tal-operat: Air Fox, Trans Kasai Air, Wetrafa, Adala Airways, Executive Aviation, Flight Express, Katana Airways, Showa Air Cargo, Gloria Airways, Soft Trans Air, Lomami Aviation, Pegassus Aviation, African Trading and Transport, u Brooks Trading. Dawn it-trasportaturi bl-ajru ilhom li temmew l-attivitajiet tagħhom mit-30 ta’ Lulju 2009.

(29)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru msemmija hawn fuq, li għandhom liċenzja maħruġa mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għandhom jitneħħew mill-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru minn Ġibuti

(30)

Hemm evidenza vverifikata tan-nuqqas ta’ ħila tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati f’Ġibuti li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza, kif muri mir-riżultati tal-verifika ta’ Ġibuti li l-ICAO wettqet f’Marzu 2008 fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). Din il-verifika rrappurtat għadd kbir ta’ nuqqasijiet sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħila tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Ġibuti li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-ajru. Meta tlestiet il-verifika tal-ICAO, ma kinux implimentati aktar minn 96 % tal-istandards tal-ICAO.

(31)

Hemm evidenza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti mhumiex kapaċi biżżejjed li jirranġaw b’mod effettiv is-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità li sabet l-ICAO, kif jidher mill-fatt li fir-rapport finali tagħha ta’ Frar 2009, l-ICAO tqis li parti sinifikanti ħafna mill-azzjonijiet korrettivi li dawn l-awtoritajiet ipproponew jew implimentaw fil-fatt ma jindirizzawx in-nuqqasijiet osservati. B’mod partikulari fil-qasam tal-operat tal-inġenji tal-ajru, iżjed minn żewġ terzi tal-azzjonijiet proposti minn Ġibuti ma tqisux li setgħu jiġu aċċettati bis-sħiħ mill-ICAO.

(32)

Barra minn hekk, l-ICAO ħabbret tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza lill-istati kollha msieħba fil-Konvenzjoni ta’ Ċikago sabiex tgħarrafhom li Ġibuti la kien stabbilixxa sistema affidabbli għas-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti kienu ħarġulhom Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) u lanqas ma kien stabbilixxa pjan ta’ azzjoni aċċettabbli biex jirranġa din il-qagħda.

(33)

Il-Kummissjoni, wara li qieset dan ta’ hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati f’dan l-istat u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti sabiex iwieġbu għas-sejbiet u għall-osservazzjonijiet tal-ICAO dwar l-aċċettabbiltà tal-azzjonijiet korrettivi.

(34)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti (id-DACM) għarrfu lill-Kummissjoni li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni mmirat sabiex jiġu indirizzati s-sejbiet tal-ICAO, u li kien hemm biss għadd limitat ta’ sejbiet li tqiesu li ngħalqu. Id-DACM la taw dettalji dwar l-azzjonijiet li ttieħdu u lanqas ma taw evidenza dwar l-għeluq sodisfaċenti tas-sejbiet relatati. Id-DACM ma weġbux għall-osservazzjonijiet li għamlet l-ICAO dwar ir-rilevanza tal-34 azzjoni li hija qieset li ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw is-sejbiet.

(35)

Id-DACM ikkonfermaw li ġraw żewġ inċidenti fatali fl-2002 u fl-2007, li kellhom x’jaqsmu ma’ inġenji tal-ajru tat-tip Let 410 u Antonov 26. Madanakollu, huma ma tawx tagħrif dwar l-investigazzjonijiet tal-inċidenti tal-inġenji tal-ajru u lanqas dwar l-azzjonijiet tagħhom sabiex jiġi indirizzat dak li kkaġuna dawn l-inċidenti.

(36)

Id-DACM għarrfu lill-Kummissjoni li huma ħassru l-AOC tat-trasportatur Djibouti Airlines fit-30 ta’ Lulju 2009 u li f’dik id-data l-linja tal-ajru kienet diġà waqqfet l-attivitajiet tagħha. Huma għarrfu wkoll li ħassru l-AOC tat-trasportatur Daallo Airlines fil-15 ta’ Settembru. Madanakollu, t-trasportatur Daallo Airlines għad għandu liċenzja tal-operat u juża inġenji tal-ajru tat-tip DC9 irreġistrati fil-Komoros, inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 24 irreġistrati fl-Armenja, u inġenji tal-ajru tat-tip Ilyushin 18 irreġistrati fil-Każakstan. Ma ngħatatx l-identità ta’ min iħaddem verament dawn l-inġenji tal-ajru. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti ma wrewx li huma jinsabu f’qagħda li jwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Ġibuti.

(37)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati f’Ġibuti għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Kongo

(38)

F’Novembru tal-2008 l-ICAO wettqet verifika tal-USOAP fir-Repubblika tal-Kongo. Is-sejba li ġejja wasslet għal tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza: “L-ANAC (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili) ħarġet għadd ta’ ċertifikati ta’ operaturi tal-ajru (AOCs) mingħajr ma l-ewwel stabbiliet u implimentat proċess għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-operaturi tal-ajru. B’hekk, dawn l-AOCs inħarġu mingħajr ma l-ANAC kienet żgurat li l-operaturi kienu konformi mal-Istandards mogħtija fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago jew mad-dispożizzjonijiet tad-Dokument nru 8335 tal-ICAO. Barra minn hekk, hemm operaturi li qegħdin jaħdmu b’liċenzja provviżorja tal-operat u mingħajr AOC”. Dan it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza għadu fis-seħħ.

(39)

Matul din il-verifika tal-ICAO, ħarġu 63 sejba li juru n-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara dan, ir-Repubblika tal-Kongo ressqet pjan ta’ azzjonijiet korrettivi. Madanakollu, l-ICAO m’aċċettatx iżjed minn terz tal-azzjonijiet korrettivi proposti.

(40)

Fis-26 ta’ Awwissu 2009, ajruplan tal-merkanzija mħaddem mit-trasportatur bl-ajru Aero Fret Business iċċertifikat fir-Repubblika tal-Kongo kien involut f’inċident qrib l-ajruport ta’ Brazzaville, li fih mietu s-sitt passiġġieri kollha. Bħala l-Istat fejn seħħ l-inċident, ir-Repubblika tal-Kongo hija responsabbli għall-investigazzjoni tas-sikurezza li trid titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 13 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago sabiex jiġi identifikat dak li kkaġuna l-inċident u jiġi evitat li jerġa’ jseħħ inċident simili. Madanakollu, il-verifika tal-ICAO identifikat ukoll ħdax-il nuqqas fil-qasam tal-investigazzjoni tal-inċidenti fir-Repubblika tal-Kongo, li minnhom sitt azzjonijiet korrettivi proposti ma tqisux li kienu sodisfaċenti.

(41)

Waqt żewġ laqgħat li saru fi Brussell, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo għarrfu lill-Kummissjoni li kien beħsiebhom jipproċedu għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta’ tliet operaturi bl-għajnuna tal-esperti tal-ICAO. Barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet bagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom tal-15 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħhom l-operaturi Aero-Service, Equaflight Services, Société Nouvelle Air Congo u Trans Air Congo ngħataw Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru għal sena. Fl-istess data, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo għarrfet lill-kumpaniji Aero Fret Business, Canadian Airways, Congo Airways (WAC), Emeraude, Equajet, Heli-Union Congo, Mani Air Fret, Mistral Aviation u Protocole Aviation li l-AOCs tagħhom kienu ġew irtirati sakemm tiġi eżaminata d-dokumentazzjoni neċessarja meħtieġa sabiex jinkiseb AOC ġdid. Barra minn hekk, ġew irtirati ċ-Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru tal-kumpaniji li ġejjin: Air Cargo International, BIP Congo, Brazza Airways, Clesh Aviation, Finalair, Heavy Lift Congo, Ligne Aérienne Colombe, Locair Craft, Maouene, Natalco Airlines u United Express Service. Madanakollu, dawn l-awtoritajiet la wrew li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni segwit għall-ħruġ ta’ kwalunkwe AOC huwa konformi mal-istandards rilevanti tal-ICAO u lanqas li s-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru li nħarġilhom AOC minnhom qed titwettaq f’konformità ma’ dawn l-istandards.

(42)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ressqu kummenti bil-miktub lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-miżuri meħudin sabiex jiġi solvut it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza li qajmet l-ICAO kif ukoll biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet l-oħrajn tal-konformità mniżżlin fir-rapport tal-verifika tal-USOAP li wettqet l-ICAO. Il-Kummissjoni tinnota l-miżuri kollha li l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ħadu sal-lum u tħeġġiġhom biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw azzjonijiet korrettivi sostenibbli. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib, flimkien mal-ICAO, kwalunkwe żvilupp fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fir-Repubblika tal-Kongo, u hija lesta toffri għajnuna teknika bil-għan li tittejjeb il-ħila amministrattiva u teknika tal-awtorità responsabbli għas-sorveljanza f’dan il-pajjiż.

(43)

Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ma wrewx li għandhom biżżejjed ħila jimplimentaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Għalhekk, u sakemm jiġu solvuti b’mod sostenibbli n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali, inkluż it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Kongo għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru minn Sao Tome u Prinċipe

(44)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur Executive Jet Services, iċċertifikat f’Sao Tome u Prinċipe. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Belġju u minn Franza waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (8). It-trasportatur Executive Jet Services ma weġibx b’mod xieraq u ma wriex li dawn in-nuqqasijiet tranġaw b’suċċess u b’mod sostenibbli.

(45)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur STP Airways, iċċertifikat f’Sao Tome u Prinċipe. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza u mir-Renju Unit waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (9). Madanakollu, it-trasportatur STP Airways wieġeb kif xieraq u fil-ħin għat-talba mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu.

(46)

Hemm evidenza li xi trasportaturi bl-ajru li dal-ħin huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità Ewropea ċaqalqu parti mill-attivitajiet tagħhom lejn Sao Tome u Prinċipe.

(47)

B’mod partikulari, hemm evidenza vverifikata li turi li t-trasportatur bl-ajru Hewa Bora Airways, iċċertifikat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li dal-ħin huwa suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, għadu qed juża, skont ftehim ta’ twellija lura (“lease-back”), l-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767 bin-numru tas-serje 23178, li tneħħa mir-reġistru tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u ġie rreġistrat f’Sao Tome u Prinċipe bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-TOP (10).

(48)

Barra minn hekk, it-trasportatur bl-ajru Africa’s Connection juża l-inġenju tal-ajru tat-tip Dornier 228 bin-numru tas-serje 8068 irreġistrat f’Sao Tome u Prinċipe bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-RAS, inġenju tal-ajru li qabel kien irreġistrat fil-Gabon u li kien jitħaddem mit-trasportatur SCD Aviation li huwa ċċertifikat fil-Gabon, u li dal-ħin huwa suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità.

(49)

Barra minn hekk, hemm evidenza vverifikata li t-trasportatur bl-ajru British Gulf International iċċertifikat f’Sao Tome huwa l-istess trasportatur British Gulf International li qabel kien iċċertifikat fil-Kirgiżtan u li kien suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat f’Ottubru 2006 (11). It-trasportatur British Gulf International qed ikompli juża wkoll inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12 u bin-numru tas-serje 401901. Inġenju tal-ajru ta’ dan it-tip imħaddem mit-trasportatur bl-ajru kien involut f’inċident f’Al Habniaya (fl-Iraq) fit-13 ta’ Novembru 2008, li wassal biex l-inġenju tal-ajru ġie distrutt kompletament u biex sitt persuni tilfu ħajjithom.

(50)

Il-Kummissjoni, wara li qieset is-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tat-trasportaturi Executive Jet Services u STP Airways, kif ukoll dwar iċ-ċaqliq ta’ inġenji tal-ajru wżati minn trasportaturi bl-ajru li dal-ħin huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità lejn ir-reġistru ta’ Sao Tome, u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iwieġbu għal dan it-tħassib.

(51)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome (l-INAC) għarrfu lill-Kummissjoni li, matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur Executive Jet Services, huma ddeċidew, fis-26 ta’ Ottubru 2009, li jwaqqfu b’mod provviżorju l-operat tal-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767 bin-numru tas-serje 23178 u bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-TOP imħaddem minn dan it-trasportatur.

(52)

It-trasportatur bl-ajru Executive Jet Services talab li jagħmel preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u rrapporta dwar l-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet innutati mill-programm tas-SAFA.

(53)

L-INAC għarrfu lill-Kummissjoni li, matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur STP Airways, huma ddeċidew, fis-26 ta’ Ottubru, li jwaqqfu l-operat ta’ żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 767, wieħed bin-numru tas-serje 25411 (b’marka tar-reġistrazzjoni mhix magħrufa) u l-ieħor bin-numru tas-serje 26208 (bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-DBY), li wara tneħħew mir-reġistru. L-INAC irrappurtaw li għalkemm it-trasportatur STP Airways għandu AOC validu, m’hemm l-ebda inġenju tal-ajru fuq dan iċ-ċertifikat dal-ħin.

(54)

It-trasportatur bl-ajru STP Airways talab li jagħmel preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u rrapporta dwar l-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet innutati mill-programm tas-SAFA. Huwa kkonferma li m’hu qed jitħaddem l-ebda inġenju tal-ajru iktar u li beħsiebu jitlob biex l-AOC tiegħu jitwaqqaf.

(55)

L-INAC għarrfu li ħarġu tlettax-il AOC, li tlieta minnhom qalu li kienu mwaqqfin jew irrevokati. Madanakollu, l-INAC naqsu milli jipprovdu evidenza dwar it-twaqqif jew ir-revoka taċ-ċertifikati tat-trasportaturi bl-ajru Sky Wind, Styron Trading u Jet Line.

(56)

Id-dokumentazzjoni li ressqu l-INAC turi li iktar minn nofs it-trasportaturi bl-ajru li għandhom AOC validu maħruġ minn dawn l-awtoritajiet għandhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom ’il barra minn Sao Tome u Prinċipe. B’mod partikulari, it-trsaportaturi British Gulf International Company Ltd, Global Aviation Operation, Goliaf Air, Transafrik International Ltd, Transcargo u Transliz Aviation m’għandhomx il-post ewlieni tan-negozju tagħhom f’Sao Tome, kif muri mit-tweġiba tagħhom għat-talba tal-Kummissjoni kif ukoll mill-indirizzi msemmijin fuq l-AOCs rispettivi tagħhom.

(57)

L-INAC ma wrewx li huma jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe f’konformità mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza, minħabba li parti sostanzjali minn dawn it-trasportaturi m’humiex qed jaħdmu b’mod regolari f’Sao Tome u li l-INAC stqarrew li huma jiddependu, b’mod parzjali, fuq is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati li fihom jitwettaq l-operat fil-verità. Madanakollu, l-INAC naqsu milli jipprovdu ftehimiet xierqa ma’ dawn l-awtoritajiet.

(58)

Barra minn hekk, analiżi tal-AOCs maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe wriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konsistenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-flotot imħaddmin, mal-approvazzjoni għall-ġarr ta’ prodotti perikolużi, u mal-awtorizzazzjoni għall-operat f’viżibbiltà baxxa, li ma setgħux jiġu ċċarati matul il-konsultazzjonijiet.

(59)

Hemm evidenza ta’ rata għolja ta’ inċidenti li qed jaffettwaw trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe. L-INAC ikkonfermaw li kien hemm erba’ inċidenti fatali b’inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12, Ilyushin 76 u DHC 6 imħaddmin minn trasportaturi bl-ajru rreġistrati f’Sao Tome u Prinċipe. Bi tweġiba għal din is-sitwazzjoni, l-INAC indikaw li, fil-21 ta’ Frar 2009, huma ddeċidew li jwaqqfu l-operat kollu tal-inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12 irreġistrati f’Sao Tome u Prinċipe. Madanakollu, l-INAC ikkonfermaw li t-trasportaturi bl-ajru British Gulf International, Transliz Aviation u Goliaf Air, iċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe, għadhom qed iħaddmu nġenji tal-ajru ta’ dan it-tip.

(60)

Hemm evidenza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe ma jridux juru li huma konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, kif muri mill-fatt li Sao Tome u Prinċipe ppospona b’mod kontinwu l-verifika tiegħu mill-ICAO fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). Il-verifika tal-ICAO li kellha ssir f’Mejju 2007u mbagħad f’April 2008 ma setgħetx issir f’dawk id-dati.

(61)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe ma jissodisfawx l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għaldaqstant għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

Ukraine Cargo Airways

(62)

Fit-22 ta’ Settembru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom Nru 574 tas-17 ta’ Awwissu 2009 li jtemmu l-operat tat-trasportatur Ukraine Cargo Airways skont l-AOC tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 bin-numru 145, b’effett mid-data tad-deċiżjoni. Waqt il-preżentazzjoni tagħhom quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-11 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina kkonfermaw li “l-kumpanija Ukraine Cargo Airways ma tagħmilx parti mil-linji tal-ajru rreġistrati fl-Ukraina”.

(63)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur Ukraine Cargo Airways għandu jitneħħa mill-Anness A.

Volare

(64)

Fil-31 ta’ Lulju 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom Nru 357 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jirrevokaw b’effett immedjat l-AOC tat-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina Volare.

(65)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur bl-ajru Volare għandu jitneħħa mill-Anness A.

Motor Sich

(66)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, fis-27 ta’ Ottubru 2009, tim ta’ esperti mill-KE, immexxi mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, żar lit-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina Motor Sich (MSI) biex jivverifika l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u l-għeluq effettiv tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel, bil-għan li dawn in-nuqqasijiet jiġu solvuti b’mod sostenibbli.

(67)

Fir-rapport taż-żjara tat-tim intqal li t-trasportatur MSI wera li għamel analiżi tal-kawżi ewlenin tas-sejbiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet tas-SAFA. Jidher li l-analiżi tal-kawżi ewlenin kif ukoll il-pjanijiet ta’ azzjonijiet korrettivi li ħarġu minnha qed jindirizzaw is-sejbiet b’mod xieraq. Matul iż-żjara, it-trasportatur MSI stqarr li s-sejbiet li tqajmu qabel mis-SAFA dwar il-flotta tiegħu tal-inġenji tal-ajru kollha kienu ġew indirizzati u rranġati, inklużi s-sistema tat-twissija għall-viċinanza tal-art (l-EGPWS), iċ-ċinturini tas-sikurezza tas-sits tal-kabina tal-ekwipaġġ, u x-xbieki biex iżommu l-merkanzija f’postha. Barra minn hekk, intqal ukoll li ġew stabbiliti ċ-ċarts għall-kalkolu tal-prestazzjoni waqt it-tluq għat-tipi kollha ta’ inġenji tal-ajru u għar-“runways” kollha wżati. Wara spezzjoni fiżika u/jew analiżi tad-dokumenti, it-tim immexxi mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huwa sodisfatt li: (a) is-sits tal-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12, AN-72 u YAK-40 ġew mgħammra biċ-ċinturini tas-sikurezza; (b) l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 ġew mgħammra b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr (meta saret iż-żjara, kienet qed issir l-istallazzjoni fuq l-inġenju tal-ajru UR-11316 u t-tim analizza din l-istallazzjoni); (c) l-EGPWS ġiet stallata fuq l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u AN-140; (d) ġew stabbiliti ċ-ċarts tal-prestazzjoni waqt it-tluq għar-“runways” kollha li qed jintużaw dal-ħin għall-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u YAK-40. Waqt il-preżentazzjoni tagħhom quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina kkonfermaw li t-trasportatur għandu l-ħila japplika s-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u ntrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifika li għandha titwettaq dwar din il-kwistjoni.

(68)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-operat waqt it-titjira, matul iż-żjara, t-tim ħa kampjuni tal-Listi tat-tagħmir minimu (l-MELs), tal-manwali tal-operazzjonijiet, tal-iskeda tal-limiti tal-ħinijiet tat-titjiriet, id-dokumenti u l-proċeduri tal-kontroll tal-operat u tal-bgħit tat-titjiriet, u ħa kampjuni tal-fowlders tat-titjira rritornati u lesti. Ma ġew innutati l-ebda differenzi mill-istandards tal-ICAO. Barra minn hekk, matul iż-żjara, it-trasportatur MSI wera lit-tim li huwa jwettaq analiżi tad-dejta dwar it-titjiriet irreġistrata għat-titjiriet kollha mwettqin b’kull inġenju tal-ajru li huwa jħaddem.

(69)

It-trasportatur bl-ajru talab li jinstema’ mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u, fil-11 ta’ Novembru 2009, għamel preżentazzjonijiet li fihom ressaq tagħrif bil-miktub li jappoġġa l-azzjonijiet korrettivi implimentati sabiex jiġu solvuti n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel.

(70)

Wara l-preżentazzjonijiet li saru fil-11 ta’ Novembru 2009 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina u mit-trasportatur bl-ajru, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru talab lill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tipprovdi d-dokumentazzjoni li ġejja sabiex ikun jista’ jiddeċiedi jekk it-tneħħija tat-trasportatur Motor Sich kinetx iġġustifikata f’dan l-istadju: (a) il-verifika tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tat-trasportatur bl-ajru; (b) konferma li l-inġenji tal-ajru kollha tat-trasportatur Motor Sich użati għal titjiriet internazzjonali huma mgħammra f’konformità mal-istandards tal-ICAO, b’mod partikulari: (i) biċ-ċinturini tas-sikurezza fis-sits tal-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12, AN-72 u YAK-40; (ii) b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr fil-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12; (iii) bl-EGPWS fuq l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u AN-140; (c) konferma li d-dejta dwar il-prestazzjoni waqt it-tluq għar-“runways” kollha li qed jintużaw dal-ħin mit-trasportatur Motor Sich għall-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u YAK-40 hija disponibbli fil-manwal tal-operazzjonijiet tat-trasportatur; (d) evidenza li t-38 sejba mqajma mill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina matul l-2009 waqt l-attivitajiet tagħha ta’ sorveljanza fuq it-trasportatur ġew solvuti b’mod sodisfaċenti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ressqu dan it-tagħrif fis-16 ta’ Novembru.

(71)

Wara li wasal it-tagħrif mitlub mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Motor Sich għandu jitneħħa mill-Anness A.

UMAir

(72)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, fit-28 ta’ Ottubru 2009, tim ta’ esperti mill-KE żar lit-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina UMAir biex jivverifika l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u l-għeluq effettiv tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel, bil-għan li dawn in-nuqqasijiet jiġu solvuti b’mod sostenibbli.

(73)

Waqt iż-żjara, it-tim ingħata pjan ta’ azzjonijiet korrettivi aġġornat li wera li l-maniġer tal-kwalità tagħhom kien lesta analiżi tal-azzjonijiet korrettivi li kienu implimentaw. Madanakollu, l-verifika tal-istat tas-sejbiet li qajjem tim ta’ esperti mill-KE waqt żjara lil dan it-trasportatur bl-ajru fit-28 ta’ Mejju 2009 wriet li, filwaqt li kienu saru sforzi sinifikanti minn meta saret dik iż-żjara ’l hawn sabiex is-sejbiet li tqajmu jkunu indirizzati b’mod xieraq, ċerti sejbiet li jaffettwaw is-sikurezza tat-titjiriet (il-monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet għal inġenji tal-ajru tat-tip DC-9) u l-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-manutenzjoni u l-inġinerija (il-programm tal-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-magna għadu ma bediex jintuża għal inġenji tal-ajru tat-tip DC-9 u MD-80) għadhom ma jistgħux jitqiesu bħala magħluqa. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat waqt it-titjira, tqajmet sejba ġdida minħabba differenza li ġiet innutata fil-Lista approvata tat-tagħmir minimu (l-MEL) tal-inġenji tal-ajru tat-tip DC-9.

(74)

Matul il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-11 ta’ Novembru 2009, it-trasportatur UMAir stqarr li kien talab li l-AOC tiegħu jkun ristrett sabiex jiġu esklużi t-titjiriet lejn il-Komunità b’inġenji tal-ajru tat-tip DC-9. Fil-11 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ħarġulu AOC ġdid li kien jeskludi t-titjiriet lejn l-UE b’inġenji tal-ajru ta’ dan it-tip.

(75)

Qed jiġu nnutati t-titjib li għamel it-trasportatur bl-ajru UMAir fil-perjodu miż-żjara tal-esperti tal-KE f’Mejju 2009 u r-restrizzjonijiet imposti fuq l-AOC tiegħu. Minħabba l-isforzi sinifikanti li t-trasportatur bl-ajru għamel sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-operat f’konformità mal-istandards internazzjonali, għandu jitħalla jerġa’ jibda l-operat tiegħu lejn il-Komunità b’parti mill-flotta tiegħu.

(76)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur UMAir għandu jitressaq mill-Anness A għall-Anness B u b’hekk għandu jitħalla jkompli l-operat tiegħu lejn il-Komunità bl-inġenju tal-ajru tat-tip MD-83 bil-marka tar-reġistrazzjoni UR-CFF.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

(77)

Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 619/2009, il-Kummissjoni kompliet timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-diversi miżuri ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fl-1 ta’ Lulju 2009. Għal dak il-għan, bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru, esperti mill-KE żaru lill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina. L-għan ta’ din iż-żjara kien li jiġi vverifikat l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi proposti sabiex jingħalqu s-sejbiet li kienu ħarġu mir-rapport taż-żjara tal-esperti tal-KE li kienet saret bejn il-25 u d-29 ta’ Mejju 2009 kif ukoll dawk ippreżentati fil-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi ppreżentat mill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina fit-23 ta’ Ġunju sabiex tittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru taħt il-kontroll regolatorju tagħha.

(78)

Ir-rapport taż-żjara indika li 14 mit-33 sejba li kienu ħarġu matul iż-żjara li saret f’Mejju 2009 jistgħu jitqiesu magħluqa abbażi tal-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina matul iż-żjara. 19-il sejba għadhom miftuħin.

(79)

Qed jiġi nnutat it-titjib li għamlu l-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn meta saret iż-żjara f’Mejju 2009 ’l hawn u b’mod partikulari taż-żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru tal-Ukraina, kif ukoll it-tneħħija ta’ għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru mir-reġistru Ukrain (aktar minn 800 inġenju tal-ajru mill-1 600 inġenju tal-ajru li kien hemm fl-2008). L-awtoritajiet huma mistiedna jżidu aktar l-isforzi tagħhom sabiex isaħħu s-sorveljanza tagħhom tas-sikurezza.

Ariana Afghan Airlines

(80)

Abbażi tad-dokumentazzjoni mressqa mit-trasportatur, il-Kummissjoni nnutat li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines kien wettaq tibdil fl-amministrazzjoni, kien qabbad esperti esterni sabiex igħinuh fit-tfassil mill-ġdid tal-politiki, tal-proċeduri u tal-manwali tiegħu, u kien xtara żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310 u kien qed jiġi megħjun fl-operat tiegħu mill-kumpanija Turkish Technic. Innutat ukoll l-intenzjoni tat-trasportatur li jiġi suġġett għal verifika mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru.

(81)

Il-Ministeru Afgan tat-Trasport u l-Avjazzjoni Ċivili (il-MoTCA) kiteb u spjega l-progress li sar kemm mill-MoTCA u kif ukoll mit-trasportatur Ariana lejn l-ilħiq tal-istandards internazzjonali. Ikkonferma li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines wettaq tibdiliet sinifikanti fit-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, fil-ġestjoni u fid-dokumentazzjoni, iżda kkonferma li għad trid titwettaq verifika tal-operatur, għalkemm kien hemm waħda li kienet ippjanata li titlesta sal-aħħar tal-2009. Għalhekk il-MoTCA għadu mhux qiegħed f’pożizzjoni li jikkonferma li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines huwa konformi mal-istandards tal-ICAO u li implimenta sistema effettiva għall-ġestjoni tas-sikurezza. Għalkemm il-MoTCA stqarr li matul din is-sena twettqu diversi attivitajiet ta’ sorveljanza (per eż. spezzjonijiet tat-titjiriet u tal-bażijiet), ma pprovdiex evidenza dwar ir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

(82)

Il-Kummissjoni tinnota l-progress li qed jagħmel it-trasportatur Ariana Afghan Airlines biex ikun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madanakollu, sakemm tiġi pprovduta evidenza addizzjonali li t-trasportatur bl-ajru indirizza l-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu identifikati qabel, qed jitqies, abbażi tal-kriterji komuni, li t-trasportatur bl-ajru għandu jibqa’ fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Angola

TAAG Angolan Airlines

(83)

Minn Lulju 2009 ’l hawn, it-trasportatur TAAG Angolan Airlines kellu permess jopera fil-Portugall biss bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF bil-kundizzjonijiet mogħtija fil-premessi (58) u (59) tar-Regolament (KE) Nru 619/2009 (12).

(84)

Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola (l-INAVIC) jipprovdulha tagħrif dwar is-sorveljanza tat-trasportatur bl-ajru TAAG Angolan Airlines, b’mod partikulari fir-rigward taż-żieda fis-sorveljanza tat-titjiriet lejn il-Portugall u dwar ir-riżultati tagħhom.

(85)

L-INAVIC għarrfu lill-Kummissjoni li saħħew is-sorveljanza kontinwa tat-trasportatur TAAG Angolan Airlines, b’mod partikulari permezz ta’ spezzjonijiet fuq l-art, u li r-riżultati ta’ dawk l-ispezzjonijiet fuq l-art ma jurux nuqqasijiet fis-sikurezza jew nuqqasijiet ripetittivi.

(86)

It-trasportatur TAAG Angolan Airlines talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel preżentazzjonijiet fl-10 ta’ Novembru 2009, bil-ħsieb li jipprovdi tagħrif dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu u dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operat tiegħu lejn Liżbona. Kien innutat li twettqu aktar minn 100 titjira b’inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777 lejn Liżbona mingħajr tħassib dwar is-sikurezza u li t-trasportatur TAAG ġie ċċertifikat fit-23 ta’ Ottubru 2009 mill-INAVIC biex iwettaq operat skont l-ETOPS 120 min bil-Boeing 777. It-trasportatur bl-ajru talab ukoll biex il-flotta tal-B737-700 tiegħu tgawdi wkoll mill-istess dispożizzjonijiet bħall-flotta B777.

(87)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall ikkonfermaw li r-riżultati tal-ispezzjonijiet fuq l-art tat-trasportatur TAAG Angolan Airlines li wettqu kemm ilu li reġa’ beda jopera lejn Liżbona ma żvelawx nuqqasijiet fis-sikurezza jew nuqqasijiet ripetittivi.

(88)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur TAAG għandu jibqa’ fl-Anness B bil-kundizzjoni li ma jwettaqx iktar minn għaxar titjiriet fil-ġimgħa bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF jew bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ minn Luanda lejn Liżbona. Dawn it-titjiriet għandhom jiġu operati biss wara li l-awtoritajiet tal-Angola jkunu wettqu spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru qabel kull titjira li titlaq mill-Angola u wara li l-awtoritajiet Portugiżi jkunu wettqu spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru fil-Portugall. Din hija miżura temporanja u l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni abbażi tat-tagħrif kollu disponibbli u, b’mod partikulari abbażi ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola

(89)

L-INAVIC irrappurtaw progress sinifikanti fir-riżoluzzjoni tas-sejbiet li kien fadal wara l-aħħar żjara ta’ valutazzjoni tas-sikurezza mill-UE li saret mit-8 sal-11 ta’ Ġunju 2009. B’mod partikulari, huma aġġornaw aktar ir-regolamenti speċifiċi dwar l-operat f’konformità mar-rekwiżiti tal-ICAO u komplew jimpjegaw persunal ikkwalifikat, speċjalment spetturi tal-operat waqt it-titjira kkwalifikati fuq inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700, li wassal għal żieda ġenerali ta’ 30 % fl-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(90)

L-INAVIC irrappurtaw progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola, proċess li huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tal-2010, madanakollu, apparti t-trasportatur TAAG Angolan Airlines, s’issa ma ġie ċċertifikat mill-ġdid l-ebda trasportatur bl-ajru ieħor.

(91)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-INAVIC biex tkompli ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola b’determinazzjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa għat-tħassib potenzjali dwar is-sikurezza li ġie identifikat f’dan il-qafas. Sakemm titlesta ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi Aerojet, Air26, Air Gemini, Air Gicango, Air Jet, Air Nave, Alada, Angola Air Services, Diexim, Gira Globo, Heliang, Helimalongo, Mavewa, Pha, Rui & Conceicao, Sal, Servisair u Sonair f’konformità sħiħa mar-Regolamenti l-ġodda tal-Angola dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li dawn it-tmintax-il trasportatur bl-ajru għandhom jibqgħu fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Każakstan

Berkut State Aircompany

(92)

It-trasportatur Berkut State Aircompany għarraf lill-Kummissjoni li neħħa nġenju tal-ajru wieħed tat-tip IL-76 u nġenju tal-ajru wieħed tat-tip AN-12 mill-flotta tiegħu u li f’Awwissu 2009 iddeċieda li jirrestrinġi l-operat tiegħu għal titjiriet interni biss.

(93)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ikkonfermaw din is-sitwazzjoni u pprovdew evidenza li fit-30 ta’ Ottubru 2009 ħarġu “Ċertifikat tal-Operat” lit-trasportatur Berkut State Aircompany li jeskludi t-titjiriet kummerċjali.

(94)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Berkut State Aircompany għandu jitneħħa mill-Anness A.

Prime Aviation

(95)

It-trasportatur Prime Aviation, iċċertifikat fil-Każakstan, talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009. Iddikjara li l-flotta kummerċjali tiegħu hija limitata għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger 604 bil-marka tar-reġistrazzjoni P4-CHV irreġistrat barra l-Każakastan (f’Aruba).

(96)

L-awtorità kompetenti ta’ Aruba hija responsabbli għas-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru tat-tip Challenger 604 bil-marka tar-reġistrazzjoni P4-CHV skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 1 u 8 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago kif ukoll tal-Anness 6 għall-aspetti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Huma wettqu verifika tat-trasportatur Prime Aviation f’Marzu 2009 li żvelat ħafna nuqqasijiet. Id-dokumentazzjoni mressqa mit-trasportatur bl-ajru lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ma fihiex evidenza li l-azzjonijiet korrettivi kollha tlestew b’mod sodisfaċenti. Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-ICAO, din il-verifika ma tipprovdix evidenza li s-sorveljanza tal-operat qed titwettaq b’mod effettiv. B’mod partikulari, ma ngħatatx evidenza li l-Lista tat-Tagħmir Minimu (l-MEL) hija approvata b’mod adegwat u l-kundizzjonijiet biex jiġu ddiferiti d-difetti għad iridu jiġu kkjarifikati.

(97)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li dan it-trasportatur għandu jibqa’ fl-Anness A.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Każakstan

(98)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakastan talbu li jinstemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamlu preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009 sabiex jirrappurtaw dwar it-titjib fis-sorveljanza tagħhom tas-sikurezza.

(99)

Huma għarrfu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru bl-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jissolvew iż-żewġ kwistjonijiet ta’ tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, li kienu tressqu lill-ICAO fit-30 ta’ Ottubru 2009. Dawn l-azzjonijiet qegħdin jiġu implimentati bil-mod il-mod, bil-ħsieb li l-azzjonijiet relatati mal-inġenji tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru jitlestew sa Ottubru 2010.

(100)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu li kienu bdew sensiela ta’ miżuri ta’ nfurzar, li wasslu għat-twaqqif jew għar-revoka ta’ diversi Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru. B’mod partikulari, huma waqqfu l-AOCs tat-trasportaturi Pankh Center Kazakhstan, Air Flamingo, Arkhabay, Air Company Atyrau Aue Joly u Turgay Avia. Huma waqqfu wkoll iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ta’ 66 inġenju tal-ajru tat-tip Antonov 2 u neħħew mir-reġistru tal-Każakstan tlettax-il inġenju tal-ajru, fosthom għaxra tat-tip Ilyushin 76, wieħed tat-tip Illyushin 62, wieħed tat-tip Antonov 28 u wieħed tat-tip Antonov 2.

(101)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu lill-Kummissjoni wkoll u pprovdew evidenza li ġew irrevokati l-AOCs tal-għaxar trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Każakstan li ġejjin: Irbis, Aerotur, MAK Air, Excellent Glide, Tulpar Avia Service, Takhmid Air, Starline KZ, Olimp Air, EOL Air (irrekovat fl-1 ta’ April 2009), u Sayat Air (irrevokat fid-19 ta’ Awwissu 2009). Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jitneħħew mill-Anness A.

(102)

Abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha lliċenzjati fil-Każakstan, ħlief għat-trasportatur Air Astana, għandhom jibqgħu fl-Anness A.

(103)

Qed jiġi nnutat li l-Każakstan intrabat li jwettaq riforma ambizzjuża tas-settur tal-avjazzjoni tiegħu, b’mod partikulari bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza. Qed jintlaqgħu bil-ferħ ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni u t-twaqqif ta’ Ċentru għall-Valutazzjoni tat-Titjiriet. Dawn ser jipprovdu għal regolamentazzjoni aħjar tal-avjazzjoni ċivili fil-Każakstan u għandhom iwittu t-triq għal titjib sinifikanti lejn il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan huma mistiedna jikkooperaw bis-sħiħ mal-ICAO biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni proposti jkunu aċċettabbli għall-ICAO u jkunu implimentati fil-ħin.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Kirgiżtan

(104)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan għamlu preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009 u rrappurtaw dwar il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħhom stabbilit biex jitranġaw il-kwistjonijiet ta’ tħassib identifikati fil-qasam tas-sikurezza. B’mod partikulari, huma indikaw li l-leġiżlazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ġiet riveduta, li qiegħda titwaqqaf aġenzija indipendenti tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u li l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala trasportatur tal-ajru saru aktar stretti. Huma stqarrew ukoll li parti sinifikanti mill-AOC wara ġiet irrevokata u li l-biċċa l-kbira tal-inġenji tal-ajru fil-fatt kienu tneħħew mir-reġistru.

(105)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan għarrfu li lit-trasportatur bl-ajru Asian Air kienu ħarġulu AOC ġdid. Abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Asian Air għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

(106)

Qed jingħaraf li l-Kirgiżtan wettaq riforma ambizzjuża tas-settur tal-avjazzjoni tiegħu, b’mod partikulari bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza. Qed tiġi enfasizzata l-importanza tal-verifika mwettqa mill-ICAO f’April 2009 bħala parti mill-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan huma mistiedna jikkooperaw bis-sħiħ mal-ICAO biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni proposti jkunu aċċettabbli għal din l-organizzazzjoni u jkunu implimentati fil-ħin.

(107)

Kien deċiż li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandha twettaq spezzjoni tal-Kirgiżtan sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa tal-impriżi li tissorvelja. L-ispezzjoni ser titwettaq ladarba jkun hemm ftehim mal-ICAO dwar il-pjan ta’ azzjoni u ladarba dan ikun implimentat.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa

(108)

Abbażi tal-evidenza vverifikata (13) ta’ nuqqasijiet ewlenin tas-sikurezza nnutati u li jaffettwaw l-operat waqt it-titjira tat-trasportatur bl-ajru YAK Service, iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni formali ta’ dak it-trasportatur fil-15 ta’ Lulju 2009. Fl-4 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li, wara spezzjonijiet li wettqu u li kkonfermaw dawn is-sejbiet, l-operat ta’ dan it-trasportatur bl-ajru b’inġenji tal-ajru tat-tip YAK-42 u YAK-40 ġew ristretti skont deċiżjoni tagħhom tal-24 ta’ Lulju 2009.

(109)

Fis-6 ta’ Ottubru 2009 l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi mit-trasportatur bl-ajru huma rtiraw ir-restrizzjonijiet fuq l-operat fuq l-inġenji tal-ajru tiegħu. It-trasportatur bl-ajru, megħjun mill-awtorità tiegħu, instema’ mill-Kummissjoni u minn Stat Membru fit-30 ta’ Ottubru.

(110)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għamlu preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fil-11 ta’ Novembru, li fihom spjegaw id-diversi attivitajiet ta’ sorveljanza u azzjonijiet ta’ nfurzar li kienu wettqu biex jiżguraw li dak it-trasportatur bl-ajru jsolvi, b’mod sostenibbli, n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel. Barra minn hekk, huma stqarrew li l-inġenji tal-ajru mħaddmin mit-trasportatur YAK Services ser isirulhom spezzjonijiet regolari fuq l-art sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards internazzjonali. Abbażi ta’ dan it-tagħrif, il-Kummissjoni u l-membri tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jqisu li n-nuqqasijiet li kienu identifikati qabel fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur YAK Services ġew indirizzati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa.

(111)

Abbażi tat-tagħrif ippreżentat minn dawn l-awtoritajiet, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li, f’dan l-istadju, ma jeħtieġx li tittieħed iktar azzjoni. L-Istati Membri ser jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva tat-trasportatur YAK Services mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq l-art li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008.

(112)

Permezz ta’ korrispondenza tad-9 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tal-kumitat taċ-ċertifikazzjoni tagħhom tas-6 ta’ Novembru 2009 li jirtira r-restrizzjonijiet imposti qabel fuq l-operat tat-trasportatur bl-ajru Aeroflot Nord.

(113)

Fid-9 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li kienu bidlu d-deċiżjoni tagħhom tal-25 ta’ April 2008, li biha kienu eskludew mill-operat lejn il-Komunità inġenji tal-ajru fl-AOC ta’ tlettax-il trasportatur bl-ajru Russu. Dawn l-inġenji tal-ajru ma kinux mgħammra biex iwettqu titjiriet internazzjonali skont l-istandards tal-ICAO (ma kinux mgħammra bis-sistemi TAWS/E-GPWS) u ċ-ċertifikati tagħhom tal-ajrunavigabbiltà kienu skadew u ma kinux iġġeddu.

(114)

Skont id-deċiżjoni l-ġdida, l-inġenji tal-arju li ġejjin ma jistgħux joperaw lejn il-Komunità, ġo fiha jew ’il barra minnha:

a)

Aircompany Yakutia: Tupolev TU-154: RA-85007; Antonov AN-140: RA-41250; AN-24RV: RA-46496, RA-46665, RA-47304, RA-47352, RA-47353, RA-47360; AN-26: RA-26660.

b)

Atlant Soyuz: Tupolev TU-154M: RA-85672 u RA-85682.

c)

Gazpromavia: Tupolev TU-154M: RA-85625 u RA-85774; Yakovlev Yak-40: RA-87511, RA-88186 u RA-88300; Yak-40K: RA-21505 u RA-98109; Yak-42D: RA-42437; il-ħelikopters kollha (22) tat-tip Kamov Ka-26 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (49) tat-tip Mi-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (11) tat-tip Mi-171 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (8) tat-tip Mi-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (1) tat-tip EC-120B: RA-04116.

d)

Kavminvodyavia: Tupolev TU-154B: RA-85494 u RA-85457.

e)

Krasnoyarsky Airlines: L-inġenju tal-ajru tat-tip TU-154M bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-85683 li qabel kien imniżżel fl-AOC tat-trasportatur Krasnoyarsky Airlines li kien irrevokat aktar kmieni din is-sena, bħalissa qed jitħaddem minn trasportatur bl-ajru ieħor iċċertifikat fil-Federazzjoni Russa.

f)

Kuban Airlines: Yakovlev Yak-42: RA-42331, RA-42336, RA-42350, RA-42538, u RA-42541.

g)

Orenburg Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85602; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip TU-134 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Antonov An-24 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip An-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa).

h)

Siberia Airlines: Tupolev TU-154M: RA-85613, RA-85619, RA-85622 u RA-85690.

i)

Tatarstan Airlines: Yakovlev Yak-42D: RA-42374, RA-42433; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Tupolev TU-134A, inklużi: RA-65065, RA-65102, RA-65691, RA-65970 u RA-65973; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Antonov AN-24RV, inklużi: RA-46625 u RA-47818; l-inġenji tal-ajru tat-tip AN24RV bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46625 u RA-47818 bħalissa qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor.

j)

Ural Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85319, RA-85337, RA-85357, RA-85375, RA-85374, RA-85432 u RA-85508.

k)

UTAir: Tupolev TU-154M: RA-85813, RA-85733, RA-85755, RA-85806, RA-85820; l-inġenji tal-ajru kollha (25) tat-tip TU-134: RA-65024, RA-65033, RA-65127, RA-65148, RA-65560, RA-65572, RA-65575, RA-65607, RA-65608, RA-65609, RA-65611, RA-65613, RA-65616, RA-65620, RA-65622, RA-65728, RA-65755, RA-65777, RA-65780, RA-65793, RA-65901, RA-65902, u RA-65977; l-inġenji tal-ajru bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-65143 u RA-65916 qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor; l-inġenji tal-ajru kollha (1) tat-tip TU-134B: l-inġenju tal-ajru bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-65726 qed jitħaddem minn trasportatur Russu ieħor; l-inġenji tal-ajru kollha (10) tat-tip Yakovlev Yak-40: RA-87292, RA-87348, RA-87907, RA-87941, RA-87997, RA-88209, RA-88210, RA-88227, RA-88244 u RA-88280; il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-26 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-10 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip AS-355 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip BO-105 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-24B (bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46267 u RA-47289) u l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-24RV (bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46509, RA-46519 u RA-47800) qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor.

l)

Rossija (STC Russia): Tupolev TU-134: , RA-65904, RA-65905, RA-65911, RA-65921 u RA-65979; TU-214: RA-64504, RA-64505; Ilyushin IL-18: RA-75454 u RA-75464; Yakovlev Yak-40: RA-87203, RA-87968, RA-87971, u RA-88200; l-inġenju tal-ajru bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-65555 qed jitħaddem minn trasportatur Russu ieħor.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħrajn inklużi fl-Annessi A u B

(115)

S’issa ma ntbagħtet l-ebda evidenza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet korrettivi x-xierqa mit-trasportaturi bl-ajru l-oħrajn inklużi fil-lista Komunitarja, aġġornata fit-13 ta’ Lulju 2009, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, minkejja t-talbiet speċifiċi li għamlet il-Kummissjoni. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (l-Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (l-Anness B), skont il-każ.

(116)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Anness A għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness A għal dan ir-Regolament.

2.

L-Anness B għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness B għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)   ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

(3)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(4)  DGAC/F-2009-541, -798, LBA/D-2008-805, LBA/D-2009-8, -921, ENAC-IT-2008-602, -750, -648, ENAC-IT-2009-126, -198, -359, -374, -451, -597, -686, -730, DGCATR-2008-519, -347, DGCATR-2009-445, -559.

(5)   ĠU L 175, 5.7.2007, p. 12.

(6)   ĠU L 182, 15.7.2009, p. 4.

(7)   ĠU L 197, 25.7.2008, p. 39 u ĠU L 306, 15.11.2008, p. 49.

(8)  BCAA-2009-122, DGAC/F-2009-2112, DGAC/F-2009-2113.

(9)  CAA-UK-2009-126, DGAC/F-2009-137, DGAC/F-2009-257, DGAC/F-2009-779, DGAC/F-2009-1776.

(10)  BCAA-2009-122, DGAC/F-2009-2112, DGAC/F-2009-2113.

(11)   ĠU L 283, 14.10.2006, p. 28.

(12)   ĠU L 182, 15.7.2009, p. 8.

(13)  FOCA-2008-320, ACG-2009-82, ACG-2009-150, CAA-N-2008-98, CAALAT-2009-11, ACG-2008-300, CAA-NL-2008-72, HCAAGR-2008-53, LBA/D-2008-482, ACG-2009-176, DGAC/F-2008-545, DGAC/F-2008-2646, DGAC/F-2009-372, ENAC-IT-2009-226


ANNESS A

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC) jew tal-Liċenzja ta' l-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

AIR KORYO

GACA-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ir-RDPK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Ir-Repubblika tas-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL

AOC/013/00

SRH

Ir-Renju tal-Kambodja

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Repubblika tar-Rwanda

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportatur TAAG Angola Airlines, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

004

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GEMINI

002

GLL

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

003

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

ALADA

005

RAD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

PHA

019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

RUI & CONCEICAO

012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SAL

013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SERVISAIR

018

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

014

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux applikabbli

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

RAC 06-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/051/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/ TVC/036/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/031/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/029/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/028/08

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

BRV

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSINESS AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/048/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/052/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TVC/026/08

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/035/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0032/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA)

409/CAB/MIN/TVC/003/08

EWS

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

FILAIR

409/CAB/MIN/TVC/037/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GALAXY KAVATSI

409/CAB/MIN/TVC/027/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR)

409/CAB/MIN/TVC/053/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/045/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TVC/038/08

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB)

409/CAB/MIN/TVC/033/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/042/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES (LAC)

Firma ministerjali (l-ordinanza nru 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/04008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/034/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TVC/025/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TVC/030/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/050/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/044/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRACEP CONGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/046/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANS AIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/024/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/039/08

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TVC/049/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Ġibuti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ġibuti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Ġibuti

DJIBOUTI AIRLINES

Mhux magħruf

DJB

Ġibuti

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

Mhux magħruf

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

EGAMS

Mhux magħruf

EGM

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

STAR EQUATORIAL AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportaturi Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, u Ekspres Transportasi Antarbenua, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASCO NUSA AIR

135-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CARDIG AIR

121-013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MEGANTARA

121-025

MKE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA AIRLINES

121-002

MNA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA BUANA AIR

135-041

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NYAMAN AIR

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

REPUBLIC EXPRESS AIRLINES

121-040

RPH

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAMPOERNA AIR NUSANTARA

135-036

SAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SKY AVIATION

135-044

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

135-006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakstan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportatur Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AERO AIR COMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AEROPRAKT KZ

Mhux magħruf

APK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR ALMATY

AK-0331-07

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR COMPANY KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR DIVISION OF EKA

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR FLAMINGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR TRUST AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AK SUNKAR AIRCOMPANY

Mhux magħruf

AKS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ALMATY AVIATION

Mhux magħruf

LMT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ARKHABAY

Mhux magħruf

KEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA CONTINENTAL AIRLINES

AK-0345-08

CID

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA CONTINENTAL AVIALINES

AK-0371-08

RRK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA WINGS

AK-0390-09

AWA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASSOCIATION OF AMATEUR PILOTS OF KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ATMA AIRLINES

AK-0372-08

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ATYRAU AYE JOLY

AK-0321-07

JOL

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AVIA-JAYNAR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BEYBARS AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BERKUT AIR/BEK AIR

AK-0311-07

BKT/BEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BERKUT KZ

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

AK-0374-08

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

COMLUX

AK-0352-08

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

DETA AIR

AK-0344-08

DET

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EAST WING

AK-0332-07

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EASTERN EXPRESS

AK-0358-08

LIS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EURO-ASIA AIR

AK-0384-09

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EURO-ASIA AIR INTERNATIONAL

Mhux magħruf

KZE

Ir-Repubblika tal-Każakstan

FENIX

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

FLY JET KZ

AK-0391-09

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

IJT AVIATION

AK-0335-08

DVB

Ir-Repubblika tal-Każakstan

INVESTAVIA

AK-0342-08

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakstan

IRTYSH AIR

AK-0381-09

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

JET AIRLINES

AK-0349-09

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

JET ONE

AK-0367-08

JKZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIR JET

AK-0387-09

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0347-08

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIRWEST

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAVIA

Mhux magħruf

KKA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAVIASPAS

Mhux magħruf

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

MEGA AIRLINES

AK-0356-08

MGK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

MIRAS

AK-0315-07

MIF

Ir-Repubblika tal-Każakstan

NAVIGATOR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ORLAN 2000 AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KOV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

PANKH CENTER KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

PRIME AVIATION

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SALEM AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KKS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SAMAL AIR

Mhux magħruf

SAV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SAYAKHAT AIRLINES

AK-0359-08

SAH

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SEMEYAVIA

Mhux magħruf

SMK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SCAT

AK-0350-08

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYBUS

AK-0364-08

BYK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYJET

AK-0307-09

SEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYSERVICE

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

TYAN SHAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

UST-KAMENOGORSK

AK-0385-09

UCK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHETYSU AIRCOMPANY

Mhux magħruf

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHERSU AVIA

Mhux magħruf

RZU

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHEZKAZGANAIR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIAN AIR

Mhux magħruf

AAZ

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK)

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

EEA

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

SGL

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

Il-Liberja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Gabon responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportaturi Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR SERVICES SA

0002/MTACCMDH/SGACC/DTA

AGB

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

0026/MTACCMDH/SGACC/DTA

NIL

Ir-Repubblika tal-Gabon

NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

0020/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

SCD AVIATION

0022/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

SKY GABON

0043/MTACCMDH/SGACC/DTA

SKG

Ir-Repubblika tal-Gabon

SOLENTA AVIATION GABON

0023/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Sao Tome u Prinċipe

AFRICA CONNECTION

10/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

BRITISH GULF INTERNATIONAL COMPANY LTD

01/AOC/2007

BGI

Sao Tome u Prinċipe

EXECUTIVE JET SERVICES

03/AOC/2006

EJZ

Sao Tome u Prinċipe

GLOBAL AVIATION OPERATION

04/AOC/2006

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

GOLIAF AIR

05/AOC/2001

GLE

Sao Tome u Prinċipe

ISLAND OIL EXPLORATION

01/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

Sao Tome u Prinċipe

TRANSAFRIK INTERNATIONAL LTD

02/AOC/2002

TFK

Sao Tome u Prinċipe

TRANSCARG

01/AOC/2009

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

TRANSLIZ AVIATION (TMS)

02/AOC/2007

TMS

Sao Tome u Prinċipe

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Is-Sjerra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Is-Sjerra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Is-Sjerra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Is-Sjerra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Is-Sjerra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Is-Sjerra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

Mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

It-tip ta' inġenji tal-ajru

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

AFRIJET (2)

CTA 0002/MTAC/ANAC-G/DSA

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; u inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Falcon 900

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-LGV; TR-LGY; u TR-AFJ

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR ASTANA (3)

AK-0388-09

KZR

Il-Każakstan

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip B767; erba’ inġenji tal-ajru tat-tip B757; għaxar inġenji tal-ajru tat-tip A319/320/321; u ħames inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 50

Il-flotta kollha ħlief għall- P4-KCA, P4-KCB; P4-EAS, P4-FAS, P4-GAS, P4-MAS; P4-NAS, P4-OAS, P4-PAS, P4-SAS, P4-TAS, P4-UAS, P4-VAS, P4-WAS, P4-YAS, P4-XAS; P4-HAS, P4-IAS, P4-JAS, P4-KAS, P4-LAS

Aruba (ir-Renju tal-Olanda)

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief għal LET 410 UVP

Il-flotta kollha ħlief għad- D6-CAM (851336)

Il-Komoros

GABON AIRLINES (4)

CTA 0001/MTAC/ANAC

GBK

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Boeing B-767-200

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-LHP

Ir-Repubblika tal-Gabon

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

CTA 0003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL601; u inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-AAG, ZS-AFG

Ir-Repubblika tal-Gabon; ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

TAAG ANGOLA AIRLINES (5)

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief għal tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 u erba’ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700

Il-flotta kollha ħlief għad- D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TBF, D2, TBG, D2-TBG, u D2-TBJ

Ir-Repubblika tal-Angola

UKRAINIAN MEDITERRANEAN

164

UKM

L-Ukraina

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip MD-83

Il-flotta kollha ħlief għall- UR-CFF

L-Ukraina


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  It-trasportatur Afrijet jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(3)  It-trasportatur Air Astana jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(4)  It-trasportatur Gabon Airlines jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(5)  It-trasportatur TAAG Angola Airlines jista’ jopera biss lejn il-Portugall bl-użu tal-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi (58) u (59) ta’ dan ir-Regolament.