24.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1126/2009

tat-23 ta’ Novembru 2009

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) l-ewwel inċiż u l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-24 ta’ Ġunju 2008 li jikkonċerna l-adozzjoni tal-Annessi 1 u 2 (2), l-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (minn hawn ‘il quddiem: “il-Ftehim”) ġew sostitwiti.

(2)

L-Anness 2 tal-Ftehim, kif emendat, jistipula l-konċessjonijiet tariffarji li ngħataw mill-Komunità fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera. Xi wħud minn dawn il-konċessjonijiet tariffarji japplikaw fi ħdan kwoti tariffarji ġestiti b’konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolamnet tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissaw id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3).

(3)

Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jkunu stipulati d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dawn il-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli f’att leġiżlattiv uniku li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002 (4). B’konformità mal-Ftehim il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

(4)

Peress li d-Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri adottati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera elenkati fl-Anness se jinfetħu kull sena, u bir-rati tad-dazji doganali mniżżlin f’dak l-Annness.

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 933/2002 huwa revokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 27.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 11.

(4)  ĠU L 144, 1.6.2002, p. 22.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala indikattiv. L-iskema preferenzjali f’dan l-Anness hija relatata mal-kodiċi NM kif jeżistu fiż-żmien meta dan ir-Regolament ġie adottat. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien.

Nru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Id-dazju fuq il-kwota

09.0919

ex 0210 19 50

10

Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f’bużżieqa jew f’musrana artifiċjali

1.1 to 31.12

1 900

bla ħlas

ex 0210 19 81

10

Laħam tal-qasqus, bla għadam, minn qatgħa, iffumikata

ex 1601 00 10

10

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti, ta’ annimali li jaqgħu taħt l-intestaturi 0101 sa 0104 , ħlief iċ-ċingjali

ex 1601 00 91

10

ex 1601 00 99

10

ex 0210 19 81

20

Għonq il-majjal, imnixxef fl-arja, bil-ħwawar miżjudin jew le, sħiħ, f’biċċiet jew fi flieli rqaq

ex 1602 49 19

10

09.0921

0701 10 00

 

Patata taż-żerriegħa, friska jew imkessħa

1.1 to 31.12

4 000

bla ħlas

09.0922

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas (*)

09.0923

0703 10 19

0703 90

 

Basal, għajr il-basal għat-taħwil kurrat u ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

5 000

bla ħlas

09.0924

0704 10 00

0704 90

 

Kaboċċi, pastard, ġdur, kale u brassicae oħrajn li jittieklu, ħlief il-Brussels sprouts, friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

5 500

bla ħlas

09.0925

0705

 

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

3 000

bla ħlas

09.0926

0706 10 00

 

Karrotti u turnips, friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

5 000

bla ħlas

09.0927

0706 90 10

0706 90 90

 

Pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac, ravanelli u għeruq simili li jittieklu, ħlief ir-ravanell taż-żiemel (Cochlearia armoracia), friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

3 000

bla ħlas

09.0928

0707 00 05

 

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.), friska jew imkessħa

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas (*)

09.0929

0708 20 00

 

Brunġiel (xitel tal-brunġiel), frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas

09.0930

0709 30 00

 

Krafes ħlief celeriac, frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

500

bla ħlas

09.0931

0709 40 00

 

Spinaċi, spinaċi ta’ New Zealand u spinaċi orache (spinaċi tal-ġonna), frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

500

bla ħlas

09.0932

0709 70 00

 

Spinaċi, spinaċi ta’ New Zealand u spinaċi orache (spinaċi tal-ġonna), frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas

09.0933

0709 90 10

 

Ħxejjex għall-insalata, ħlief il-ħass (Lactuca sativa) u ċ-ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas

09.0950

0709 90 20

 

Pitravi chard (jew pitravi bojod) u kardun, friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

300

bla ħlas

09.0934

0709 90 50

 

Bużbież, frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas

09.0935

0709 90 70

 

Zukkini, friski jew imkessħin

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas (*)

09.0936

0709 90 90

 

Ħaxix ieħor, frisk jew imkessaħ

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas

09.0945

0710 10 00

 

Patata, mhux imsajra jew imsajra bl-istim jew fl-ilma jagħli, iffriżata

1.1 to 31.12

3 000

bla ħlas

2004 10 10

2004 10 99

Patata, ippreparata jew ippreservata mhux bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżata, għajr il-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 2006 , ħlief dqiq, pasta jew biċċiet żgħar

2005 20 80

Patata, ippreparata jew ippreservata mhux bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżata, għajr il-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 2006 , ħlief dqiq, pasta jew biċċiet żgħar u preparazzjonijiet li jkunu fi flieli rqaq, moqlijin jew moħmijin, kemm jekk immelħin jew imħawrin kif ukoll jekk le, ġo pakketti li ma jħallux l-arja tidħol, tajbin għal konsum immedjat

09.0937

ex 0808 10 80

90

Tuffieħ, għajr it-tuffieħ tas-sidru, frisk

1.1 to 31.12

3 000

bla ħlas (*)

09.0938

0808 20

 

Lanġas u sfarġel, friski

1.1 to 31.12

3 000

bla ħlas (*)

09.0939

0809 10 00

 

Berquq, frisk

1.1 to 31.12

500

bla ħlas (*)

09.0940

0809 20 95

 

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa (Prunus cerasus), friska

1.1 to 31.12

1 500

bla ħlas (*)

09.0941

0809 40

 

Għajnbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski

1.1 to 31.12

1 000

bla ħlas (*)

09.0948

0810 10 00

 

Frawli, frisk

1.1 to 31.12

200

bla ħlas

09.0942

0810 20 10

 

Lampun, frisk

1.1 to 31.12

100

bla ħlas

09.0943

0810 20 90

 

Tut, ċawsli u loganberries, friski

1.1 to 31.12

100

bla ħlas

09.0946

ex 0811 90 19

12

Ċirasa, mhux imsajra jew imsajra bl-istim jew fl-ilma jagħli, iffriżata, li fiha zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

1.1 to 31.12

500

bla ħlas

ex 0811 90 39

12

0811 90 80

 

Ċirasa, għajr ċirasa qarsa (Prunus cerasus), mhux imsajra jew imsajra bl-istim jew fl-ilma jagħli, iffriżata, li ma fihiex zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

2008 60

 

Ċirasa, ippreparata jew ippreservata b’mod ieħor, kemm jekk fiha z-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud kif ukoll jekk le, u li mhix speċifikata jew inkluża mkien aktar

09.0944

1106 30 10

 

Dqiq, pasta u trab tal-banana

1.1 to 31.12

5

bla ħlas


(*)  It-tnaqqis tad-dazju fi ħdan din il-kwota tariffarja huwa limitat għall-element ad valorem Il-prezzijiet tad-dħul fis-suq u d-dazji speċifiċi tagħhom jibqgħu japplikaw.