24.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1125/2009

tat-23 ta' Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, rigward il-Parti III.2, il-Parti III.3 u l-Parti III.7 tal-Anness 1 tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) stabbilixxa formoli obbligatorji u komprensivi għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat.

(2)

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-każijiet ta' għajnuna mill-Istat għat-taħriġ suġġetti għan-notifika individwali  (3) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għal ħaddiema żvantaġġati u b'diżabbiltà suġġetta għal notifika individwali  (4) huwa neċessarju li tiġi mmodifikata parti mill-formoli ta' notifika annessi mar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

(3)

Minħabba l-eżistenza ta' żball huwa neċessarju li tiġi mmodifikata parti mill-formola ta' notifika annessa mar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti III.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 hija sostitwita bl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Parti III.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 hija sostitwita bl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-Parti III.7a mistoqsija 2.3. u l-Parti II.7b mistoqsija 2.3. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 kif emendata bi qbil bl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1.

(4)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6.


ANNESS I

PARTI III.2

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAT-TAĦRIĠ

Dan id-dokument ta' informazzjoni supplimentari għandu jintuża għan-notifika ta' għajnuna individwali skont l-Artikolu 6.1 (g) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru (KE) 800/2008 (1) u koperta mill-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-każijiet tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ suġġetti għal notifika individwali (minn hawn 'il quddiem ‘Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà’) (2). Huwa għandu jintuża wkoll fil-każ ta' kull għajnuna individwali jew skema, li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' ċertezza legali.

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta' hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA TAĦT L-ARTIKOLU 87 (3) (C) TAT-TRATTAT TAL-KE – VALUTAZZJONI DETTALJATA

L-għajnuna għat-taħriġ tista' titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat tal-KE.

L-iskop ta' din il-valutazzjoni dettaljata huwa sabiex jiġi żgurat li ammonti kbar ta' għajnuna għat-taħriġ ma jxekklux il-kompetizzjoni tant li jmorru kontra l-interess komuni, iżda minflok jikkontribwixxu għall-interess komuni. Dan iseħħ meta l-benefiċċji tal-għajnuna mill-Istat f'termini ta' benefiċċji addizzjonali f'termini ta' tixrid ta’ għarfien ikunu akbar mill-ħsara għall-kompetizzjoni u l-kummerċ.

Id-dispożizzjonijiet ta' hawn taħt jirrappreżentaw gwida fir-rigward ta' liema tipi ta' informazzjoni l-Kummissjoni tista' titlob sabiex twettaq stima dettaljata. Il-gwida hija maħsuba sabiex id-deċiżjonijiet u r-raġunament tal-Kummissjoni jkunu trasparenti u prevedibbli sabiex tinħoloq prevedibbiltà u ċertezza legali. L-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu l-elementi kollha li huma jqisu bħala utli għall-evalwazzjoni tal-każ.

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat bħala għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta' hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

Karatteristiċi tal-miżura nnotifikata

1.

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tal-miżura li tispeċifika l-għan(ijiet) tal-miżura, l-istrument tal-għajnuna, l-istruttura/organizzazzjoni tat-taħriġ, il-benefiċjarji, il-baġit, l-ammont tal-għajnuna, l-iskeda tal-ħlas, l-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli.

2.

Il-miżura tapplika għall-produzzjoni u/jew l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?

Iva

le

3.

Il-miżura tapplika għall-produzzjoni, l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u/jew tal-akwakultura elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?

Iva

le

4.

L-għajnuna hija prevista għas-settur tat-trasport marittimu?

Iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok irrispondi għall-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

Il-persuna li tirċievi t-taħriġ mhix membru attiv tal-ekwipaġġ iżda addizzjonali għal dan?

Iva

le

(b)

It-taħriġ se jsir fuq bastimenti mniżżla fir-reġistri tal-Komunità?

Iva

le

5.

Il-miżura nnotifikata tirrigwarda:

 

Taħriġ speċifiku (3):

Iva

le

 

Taħriġ ġenerali (3):

Iva

le

 

Taħlita ta' taħriġ ġenerali u speċifiku:

Iva

le

 

Għajnuna għat-taħriġ mogħtija lil ħaddiema b'diżabbiltà jew żvantaġġati (4):

Iva

le

6.

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata tal-proġett tat-taħriġ inkluż il-programm, il-ħiliet li għandhom jinkisbu, iż-żmien, in-numru ta' sigħat, il-parteċipanti, l-organizzaturi, il-baġit, eċċ.

7.

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar il-benefiċjarju inkluża l-identità, il-grupp li tiegħu huwa membru l-benefiċjarju, il-fatturat annwali, in-numru ta' impjegati, u l-attivitajiet tan-negozju.

8.

Jekk applikabbli, jekk jogħġbok indika x'inhi r-rata tal-kambju li ntużat għall-iskopijiet tan-notifika.

9.

Jekk jogħġbok agħti numru lid-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola ta' notifika u indika n-numri tad-dokumenti fil-partijiet relevanti ta' dan id-dokument ta' informazzjoni supplimentari.

L-għan tal-għajnuna

10.

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata tal-għanijiet ta' interess komuni tal-miżura nnotifikata.

Eżistenza ta' esternalitajiet pożittivi  (5)

11.

Jekk jogħġbok uri li t-taħriġ se jiġġenera esternalitajiet pożittivi u pprovdi d-dokumenti ta' prova.

L-elementi li ġejjin jistgħu jintużaw għall-finijiet li jiġu ppruvati esternalitajiet pożittivi. Jekk jogħġbok speċifika dawk relevanti għall-miżura nnotifikata u pprovdi d-dokumenti ta' prova:

In-natura tat-taħriġ

It-trasferibilità tal-ħiliet miksuba waqt it-taħriġ.

Il-parteċipanti fit-taħriġ

L-istrument adattat (6)

12.

Jekk jogħġbok spjega sa liema punt il-miżura nnotifikata tirrappreżenta strument xieraq sabiex jiżdiedu l-attivitajiet tat-taħriġ u pprovdi dokumenti ta' prova.

L-effett ta' inċentiv u l-ħtieġa tal-għajnuna (7)

Sabiex turi l-effett ta' inċentiv, il-Kummissjoni titlob li ssir valutazzjoni mill-Istat Membru biex ikun ippruvat li mingħajr l-għajnuna, jiġifieri fis-sitwazzjoni kontrofattwali, il-kwantità jew il-kwalità tal-attivitajiet ta' taħriġ ikunu iżgħar.

13.

Il-proġett(i) sostnut(i) beda/bdew qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju(i) lill-awtoritajiet nazzjonali?

Iva

le

Jekk iva, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax inċentiv għall-benefiċjarju.

14.

Jekk le, speċifika d-dati relevanti:

Il-proġett tat-taħriġ se jibda f'din id-data;

L-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali f'din id-data;

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dokumenti ta' prova relevanti.

15.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dokumenti interni tal-benefiċjarju dwar l-ispejjeż tat-taħriġ, il-parteċipanti, il-kontenut u l-iskedar għal żewġ xenarji: proġett ta' taħriġ bl-għajnuna u proġett ta' taħriġ mingħajr għajnuna. Jekk jogħġbok spjega, fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, kif l-għajnuna mill-Istat iżżid il-kwantità u/jew il-kwalità tal-attivitajiet tat-taħriġ ippjanati.

16.

Jekk jogħġbok ikkonferma li m'hemm l-ebda obbligu legali sabiex min iħaddem jipprovdi t-tip ta' taħriġ kopert mill-miżura nnotifikata.

17.

Jekk jogħġbok ipprovdi l-baġits tat-taħriġ tal-benefiċjarju għas-snin preċedenti.

18.

Jekk jogħġbok spjega r-relazzjoni bejn il-programm ta' taħriġ u l-attivitajiet kummerċjali tal-benefiċjarju tal-għajnuna.

Il-proporzjonalità tal-għajnuna (8)

L-ispejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-KE 800/2008 u limitati għall-ispejjeż addizzjonali neċessarji sabiex tinkiseb żieda fl-attivitajiet ta' taħriġ.

(19)

Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż eliġibbli previsti għall-miżura.

l-ispejjeż tal-persunal ta' min jagħti t-taħriġ

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' min jagħti u ta' min jirċievi t-taħriġ, inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni

spejjeż kurrenti oħra bħal materjali u provvisti marbuta direttament mal-proġett

deprezzar tal-għodda u t-tagħmir, safejn dawn ikunu użati esklussivament għall-proġett tat-taħriġ

l-ispiża tas-servizzi ta' gwida u pariri fir-rigward tal-proġett tat-taħriġ

spejjeż indiretti (spejjeż amministrattivi, kera, spejjeż fissi), spejjeż ta' trasport u tat-tagħlim għall-parteċipanti) sal-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli l-oħra msemmija aktar 'il fuq

l-ispejjeż tal-persunal ta' dawk li jirċievu t-taħriġ (9).

20.

Jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu ddettaljat tal-ispejjeż eliġibbli tal-miżura nnotifikata u assigura li l-ispejjeż eliġibbli jkunu limitati għal dik il-parti mill-ispejjeż addizzjonali li hi neċessarja sabiex tinkiseb żieda fil-kwalità jew fil-kwantità tal-attivitajiet ta' taħriġ.

21.

Jekk jogħġbok ipprovdi provi li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, jiġifieri għall-parti mill-ispejjeż addizzjonali tat-taħriġ li l-kumpanija ma tistax tirkuprahom billi tibbenefika direttament mill-ħiliet miksuba mill-impjegati tagħha matul it-taħriġ.

L-intensitajiet tal-għajnuna għat-taħriġ ġenerali

22.

Jekk jogħġbok speċifika l-intensità tal-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata.

23.

It-taħriġ ġenerali taħt il-miżura nnotifikata huwa mogħti lil ħaddiema b'diżabbiltà jew li huma żvantaġġati?

Iva

le

24.

In-natura tal-benefiċjarju:

Impriża kbira

Iva

le

Impriża ta' daqs medju

Iva

le

Impriża zgħira

Iva

le

Intensitajiet tal-għajnuna għat-taħriġ speċifiku

25.

Jekk jogħġbok speċifika l-intensità tal-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata.

26.

It-taħriġ speċifiku taħt il-miżura nnotifikata huwa mogħti lil ħaddiema b'diżabbiltà jew li huma żvantaġġati?

Iva

le

27.

In-natura tal-Benefiċjarju

Impriża kbira

Iva

le

Impriża ta' daqs medju

Iva

le

Impriża zgħira

Iva

le

Analiżi tat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ (10)

28.

Jekk jogħġbok speċifika jekk il-benefiċjarju rċeviex għajnuna għat-taħriġ fil-passat u pprovdi dettalji dwar l-għajnuna preċedenti (id-dati, l-ammonti tal-għajnuna, u t-tul tal-proġetti tat-taħriġ).

29.

Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż tat-taħriġ annwali tal-benefiċjarju (il-baġit totali tat-taħriġ għall-aħħar tliet snin, il-proporzjon tal-ispejjeż tat-taħriġ meta mqabbla mal-ispejjeż totali) u spjega kif l-għajnuna taffettwa l-ispejjeż tal-benefiċjarju (pereżempju l-perċentwal tal-ispejjeż annwali tat-taħriġ u l-ispejjeż totali koperti mill-għajnuna, eċċ).

30.

Jekk jogħġbok speċifika s-swieq relevanti tal-prodotti u dawk ġeografiċi li fihom il-benefiċjarju huwa attiv u li fuqhom l-għajnuna huwa probabbli li jkollha impatt.

31.

Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi:

Il-proporzjon tal-konċentrazzjoni tas-suq,

Is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju,

L-ishma mis-suq tal-kumpaniji l-oħra preżenti f'dawn is-swieq.

32.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-istruttura u s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni tas-swieq relevanti u pprovdi dokumenti ta' prova (pereżempju l-ostakli għad-dħul u l-ħruġ, id-differenzjazzjoni tal-prodotti, in-natura tal-kompetizzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq, eċċ).

33.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-karatteristiċi tas-settur fejn il-benefiċjarju huwa attiv (pereżempju l-importanza tal-ħaddiema mħarrġa għan-negozju, l-eżistenza ta' potenzjal produttiv eċċessiv, l-istrateġiji ta' finanzjament għat-taħriġ għall-kompetituri, eċċ).

34.

Jekk huwa relevanti, jekk jogħġbok ipprovdi tagħrif dwar l-effetti fuq il-kummerċ (tibdil fil-flussi tal-kummerċ).

KUMULAZZJONI

35.

L-għajnuna li qed tingħata skont il-miżura nnotifikata hija marbuta ma' għajnuna oħra?

Iva

le

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi r-regoli tal-kumulazzjoni tal-għajnuna applikabbli għall-miżura ta' għajnuna nnotifikata:

INFORMAZZJONI OĦRA

36.

Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra relevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

(2)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1.

(3)  Kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008.

(3)  Kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008.

(4)  Kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008.

(5)  Ara l-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità, it-Taqsima 2.1.

(6)  Ara l-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità, it-Taqsima 2.2.

(7)  Ara l-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità, it-Taqsima 2.3.

(8)  Ara l-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità, it-Taqsima 2.4.

(9)  Rigward l-ispejjeż tal-persunal tal-apprendisti, jistgħu jiġu kkunsidrati biss is-sigħat li matulhom l-apprendisti fil-fatt jipparteċipaw fit-taħriġ, wara li jitnaqqsu kwalunkwe sigħat produttivi.

(10)  Din it-taqsima ma tapplikax għal miżuri ta' anqas minn 2 EUR sakemm il-mistoqsija 10.3 fil-Parti I tal-Anness titwieġeb kif dovut.”


ANNESS II

“PARTI III.3

DOKUMENT TA' TAGĦRIF SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL ĦADDIEMA ŻVANTAĠĠATI U B'DIŻABBILTÀ

Dan id-dokument ta' informazzjoni supplimentari għandu jiġi użat għan-notifika tal-għajnuna individwali skont l-Artikolu 6.1 (h)-(i) tar-Regolament (KE) 800/2008 u koperta mill-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat għall-ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà suġġetta għan-notifika individwali (minn hawn 'il quddiem ’il-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà’) (1). Huwa għandu jiġi użat ukoll fil-każ ta' kull għajnuna individwali jew skema ta' għajnuna, li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' ċertezza legali.

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat, jekk jogħġbok ipprovdi t-tagħrif ta' hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA TAĦT L-ARTIKOLU 87 (3) (C) TAT-TRATTAT TAL-KE – VALUTAZZJONI DETTALJATA

L-għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà tista' titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat tal-KE.

L-iskop ta' din il-valutazzjoni dettaljata hija sabiex jiġi żgurat li ammonti kbar ta' għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u b'diżabbiltà ma jfixklux il-kompetizzjoni tant li jmorru kontra l-interess komuni, iżda fil-fatt jikkontribwixxu għall-interess komuni. Dan iseħħ meta l-benefiċċji tal-għajnuna mill-Istat f'termini ta' żieda fl-impjiegi netti fost il-ħaddiema b'diżabbiltà jew żvantaġġati li jikkostitwixxu l-mira huma akbar mill-ħsara għall-kompetizzjoni u l-kummerċ.

Id-Dispożizzjonijiet ta' hawn taħt jirrappreżentaw gwida għal liema tipi ta' informazzjoni l-Kummissjoni tista' titlob sabiex twettaq stima dettaljata. Il-gwida hija maħsuba sabiex id-deċiżjonijiet u r-raġunament tal-Kummissjoni jkunu trasparenti u prevedibbli sabiex tinħoloq prevedibbiltà u ċertezza legali. L-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu l-elementi kollha li huma jqisu bħala utli għall-evalwazzjoni tal-każ.

Jekk hemm diversi benefiċjarji involuti fil-proġett innotifikat bħala għajnuna individwali, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni ta' hawn taħt għal kull wieħed minnhom.

Karatteristiċi tal-miżura nnotifikata

(1)

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tal-miżura nnotifikata li tispeċifika l-għan tal-għajnuna, l-istrument tal-għajnuna, il-benefiċjarji, il-kategoriji ta' ħaddiema involuti, l-ammont tal-għajnuna, l-iskeda tal-ħlas, it-tul ta' żmien, l-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli.

(2)

Il-miżura tapplika għall-produzzjoni u/jew l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?

iva

le

(3)

Il-miżura tapplika għall-produzzjoni u/jew l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u/jew tal-akwakultura elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE?

iva

le

(4)

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar il-benefiċjarju inkluża l-identità, il-grupp li tiegħu huwa membru l-benefiċjarju, il-fatturat, in-numru ta' impjegati u l-attivitajiet tan-negozju.

(5)

Il-miżura nnotifikata tirrigwarda:

 

Ir-reklutaġġ ta' ħaddiema żvantaġġati (2):

iva

le

 

Ir-reklutaġġ ta' ħaddiema bi żvantaġġ serju (3):

iva

le

 

Ir-reklutaġġ ta' ħaddiema b'diżabbiltà (4):

iva

le

(6)

Jekk applikabbli, jekk jogħġbok indika x'inhi r-rata tal-kambju li ntużat għall-iskopijiet tan-notifika.

(7)

Jekk jogħġbok agħti numru lid-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola ta' notifika u indika n-numri tad-dokumenti fil-partijiet relevanti ta' dan id-dokument ta' informazzjoni supplimentari.

L-għan tal-għajnuna

(8)

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata tal-għanijiet ta' interess komuni tal-miżura nnotifikata.

Għan tal-ekwità ta' interess komuni (5)

(9)

Jekk jogħġbok uri li l-miżura nnotifikata se twassal għal żieda netta fl-impjiegi għall-ħaddiema b'diżabbiltà u żvantaġġati li lejhom hi mmirata u kkwantifika ż-żieda.

(10)

L-elementi li ġejjin jistgħu jintużaw sabiex jiġi ppruvat li l-miżura nnotifikata tikkontribwixxi għal għan ta' ekwità ta' interess komuni. Jekk jogħġbok speċifika dawk relevanti għall-miżura nnotifikata u pprovdi d-dokumenti ta' prova:

In-numru u l-kategoriji ta' ħaddiema kkonċernati bil-miżura

Ir-rati ta' impjieg tal-kategoriji ta' ħaddiema milquta mill-miżura f'livell nazzjonali u/jew reġjonali u fl-impriża(i) kkonċernata(i)

Ir-rati tal-qgħad għall-kategoriji ta' ħaddiema milquta mill-miżura f'livell nazzjonali u/jew reġjonali.

L-istrument adattat (6)

(11)

Jekk jogħġbok spjega sa liema punt il-miżura nnotifikata tirrappreżenta strument adattat sabiex jiżdiedu l-impjiegi fost il-ħaddiema żvantaġġati u/jew b'diżabbiltà u pprovdi d-dokumenti ta' prova.

L-effett ta' inċentiv u n-neċessità tal-għajnuna (7)

Sabiex tipprova l-effett ta' inċentiv, il-Kummissjoni titlob valutazzjoni mill-Istat Membru li tipprova li s-sussidju għall-pagi jitħallas biss għal ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà f'impriża, fejn ir-reklutaġġ ma kienx iseħħ mingħajr l-għajnuna.

(12)

Il-proġett(i) sostnut(i) beda/bdew qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju(i) lill-awtoritajiet nazzjonali?

iva

le

Jekk iva, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax inċentiv għall-benefiċjarju sabiex iwassal għal żieda netta fl-impjiegi tal-ħaddiema b'diżabbiltà jew żvantaġġati.

(13)

Jekk le, speċifika d-dati relevanti:

L-impjieg beda f'din id-data:

L-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali f'din id-data:

Jekk jogħġbok ipprovdi dokumenti ta' prova relevanti.

(14)

Ir-reklutaġġ iwassal għal żieda, meta mqabbel mas-sitwazzjoni mingħajr l-għajnuna, fin-numru ta' ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà fl-impriża(i) kkonċernata(i)?

iva

le

(15)

Jekk le, il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet sfaw vakanti wara tluq volontarju, diżabbiltà, irtirar għal raġunijiet ta' età, tnaqqis volontarju fis-sigħat tax-xogħol jew tkeċċija legali għal kondotta ħażina u mhux għaliex kien hemm bżonn inqas ħaddiema?

iva

le

(16)

Jekk jogħġbok iddeskrivi kull sussidju għall-pagi eżistenti jew tal-passat fl-impriża kkonċernata: il-kategoriji u n-numru ta' ħaddiema soġġetti għas-sussidji.

Il-proporzjonalità tal-għajnuna (8)

L-ispejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (KE) 800/2008 u limitati għall-ispejjeż addizzjonali neċessarji sabiex tinkiseb żieda netta fin-numru ta' ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà li jkollhom impjieg.

(17)

Liema huma l-ispejjeż eliġibbli previsti skont il-miżura nnotifikata?

il-paga grossa, qabel it-taxxa

il-kontribuzzjonijiet obbligatorji, bħal ħlasijiet tas-sigurtà soċjali

l-ispejjeż ta' child care jew parent care.

(18)

Jekk jogħġbok ipprovdi kalkolu ddettaljat tal-ispejjeż eliġibbli u l-perjodu kopert (9) mill-miżura nnotifikata li jassigura li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż meħtieġa sabiex tinkiseb żieda netta fl-impjiegi fil-kategoriji ta' ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà li jikkostitwixxu l-mira.

(19)

Jekk jogħġbok agħti provi li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, jiġifieri l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ispejjeż addizzjonali netti sabiex jiġu impjegati l-kategorji ta' ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà li jikkostitwixxu l-mira meta mqabbla mal-ispejjeż sabiex jiġu impjegati ħaddiema li mhumiex żvantaġġati/ b'diżabbiltà

Intensitajiet tal-għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati

(20)

Jekk jogħġbok speċifika l-intensità tal-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata.

Intensitajiet tal-għajnuna għal ħaddiema b'diżabbiltà

(21)

Jekk jogħġbok speċifika l-intensità tal-għajnuna applikabbli għall-miżura nnotifikata.

Analiżi tat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-kummerċ (10)

(22)

Jekk jogħġbok ipprovdi tagħrif dwar l-ammont tal-għajnuna, l-iskeda tal-ħlas u l-istrument tal-għajnuna.

(23)

Jekk jogħġbok speċifika jekk il-benefiċjarju rċeviex għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati jew b'diżabbiltà fil-passat u pprovdi dettalji dwar il-miżuri ta' għajnuna preċedenti (dati, ammont tal-għajnuna, kategoriji u numru ta' ħaddiema involuti, u t-tul ta' żmien tas-sussidji għall-pagi).

(24)

Jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż tal-impjiegi tal-benefiċjarju (l-ispejjeż totali tal-impjiegi, l-ispejjeż tal-impjiegi tal-ħaddiema b'diżabbiltà u żvantaġġati li jikkostitwixxu l-mira, il-proporzjon tal-ispejjeż tal-impjiegi f'relazzjoni mal-ispejjeż totali) u spjega kif l-għajnuna taffettwa l-ispejjeż tal-benefiċjarju (pereżempju, il-perċentwal tal-ispejjeż tal-impjiegi u l-ispejjeż totali koperti mill-għajnuna).

(25)

Jekk jogħġbok speċifika s-swieq relevanti tal-prodotti u dawk ġeografiċi li fihom il-benefiċjarju huwa attiv u fejn hu probabbli li l-għajnuna jkollha impatt.

(26)

Għal kull wieħed minn dawn is-swieq jekk jogħġbok ipprovdi

Il-proporzjon tal-konċentrazzjoni tas-suq

Is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju

L-ishma mis-suq tal-kumpaniji l-oħra preżenti f'dawn is-swieq

(27)

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-istruttura u s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni tas-swieq relevanti u pprovdi dokumenti ta' prova (pereżempju l-ostakli għad-dħul u l-ħruġ, id-differenzjazzjoni tal-prodott, in-natura tal-kompetizzjoni bejn il-parteċipanti tas-suq, eċċ).

(28)

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-karatteristiċi tas-settur fejn il-benefiċjarju huwa preżenti (pereżempju l-importanza tal-ispejjeż tal-impjiegi għas-settur, l-eżistenza ta' eċċess ta' potenzjal produttiv, eċċ).

(29)

Jekk jogħġbok iddeskrivi s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol nazzjonali/reġjonali (pereżempju r-rati ta' qgħad u tal-impjieg, il-livelli tal-pagi, il-liġijiet dwar ix-xogħol, eċċ).

(30)

Jekk huwa relevanti, jekk jogħġbok ipprovdi tagħrif dwar l-effetti fuq il-kummerċ (tibdil fil-flussi tal-kummerċ).

KUMULAZZJONI

(31)

L-għajnuna li qed tingħata skont il-miżura nnotifikata hija marbuta ma' għajnuna oħra?

iva

le

(32)

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi r-regoli dwar il-kumulazzjoni tal-għajnuna applikabbli għall-miżura ta' għajnuna nnotifikata:

INFORMAZZJONI OĦRA

(33)

Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra relevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i.”



ANNESS III

1.

Il-mistoqsija 2.3 tal-Parti III 7a tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 hija mibdula b'din li ġejja:

“2.3.

L-għajnuna taħt l-iskema se tkun marbuta ma' self li għandu jitħallas lura fi żmien sitt xhur minn meta jsir l-ewwel pagament lill-impriża?”

2.

Il-mistoqsija 2.3 tal-Parti III 7b tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 hija mibdula b'din li ġejja:

“2.3.

L-għajnuna hija marbuta ma' self li għandu jitħallas lura fi żmien sitt xhur minn meta jsir l-ewwel pagament lill-impriża?”