21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1118/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (2) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-għadd ta’ ta’ approvazzjonijiet tal-faċilitajiet jew ċentri ta’ kwarantina approvati li jinsabu fit-territorju tagħhom. L-Anness V ma’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati.

(3)

L-Awstrija rrevediet il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati u bagħtet lista aġġornata lill-Kummissjoni ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007, titħassar l-annotazzjoni li ġejja għall-Awstrija:

“AT

L-AWSTRIJA

AT-3-HO-Q-1”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.