17.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1098/2009

tal-16 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-“OKS unika”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-konċessjonijiet tariffarji previsti fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar ir-reġim kummerċjali għall-prodotti agrikoli (2), il-Komunità impenjat ruħha li tiftaħ kwoti annwali tal-importazzjoni bla dazji ta' 2 300 tunnellata għall-ġobnijiet bl-oriġini tat-Turkija bil-kodiċi NM 0406 90 29, 0406 90 50, eks 0406 90 86, eks 0406 90 87 u eks 0406 90 88.

(2)

Ir-regoli ta' applikazzjoni għall-immaniġġjar ta' tali kwota tariffarja tal-importazzjoni, hawn taħt imsejħa “il-kwota”, huma illum stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3).

(3)

L-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji skont il-metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tas-sottomissjoni tat-talbiet indikati fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 irriżulta li kien pożittiv f'setturi agrikoli oħra. Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri, huwa għalhekk meħtieġ li dan il-metodu jkun applikat għall-kwota li hija s-suġġett ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(4)

Fid-dawl tal-partikolaritajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa meħtieġ li l-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jkunx applikabbli għall-perjodu tal-kwoti mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(d) jitħassar.

(2)

Fl-Artikolu 19, għandu jitħassar il-punt (c).

(3)

L-Artikolu 19a jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 19a

1.   L-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-kwoti stabbiliti fl-Anness VIIa u previsti:

(a)

fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 (*);

(b)

fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 (**);

(ċ)

fil-lista 4 tal-Anness IV tal-ftehim dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (***);

(d)

fl-Anness I tal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija (****).

2.   L-importazzjonijiet skont il-qafas tal-kwoti msemmi fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni.

2a.   Għall-kwota msemmija fil-paragrafu 1(d), l-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jkunux applikabbli għall-perjodu tal-kwoti mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

4.   L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tad-dazji hija soġġetta għall-preżentazzjoni tal-evidenza tal-oriġini maħruġa skont:

(a)

l-Anness III tal-Ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì;

(b)

il-Protokoll 4 tal-Ftehim mal-Iżrael;

(ċ)

il-Protokoll 1 tal-Ftehim mal-Afrika t’Isfel (*****);

(d)

il-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija.

(*)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1."

(**)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2."

(***)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 1."

(****)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1."

(*****)  ĠU L 311, 4.12.1999, p. 298.”"

(4)

L-Anness I.D huwa mħassar.

(5)

Jiddaħħal il-punt 4 fl-Anness VIIa bit-test imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni miftuħa mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

“4.   Il-kwoti tariffarji stabbiliti b'konformità mal-Protokoll 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija, l-Anness I

Numru tal-kwota

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija (1)

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(f'tunnellati)

Rata tad-dazju applikabbli

(EUR/100 kg piż nett)

09.0243

0406 90 29

Ġobon Kashkaval

It-Turkija

2 300

0

0406 90 50

Ġobon tal-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'kontenituri li jkun fihom is-salmura, jew f'kontenituri tal-ġilda tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

ex 0406 90 86

ex 0406 90 87

ex 0406 90 88

Tulum peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-buflu, f'pakketi tal-plastika jew materjal ieħor ta' anqas minn 10 kg


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandu jitqies li l-mod ta’ kif jiġu identifikati l-prodotti għandu biss valur indikattiv; f'dan l-Anness, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata mill-ambitu tal-kodiċijiet NM. Fil-każijiet fejn jissemmew il-kodiċijiet eks NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.”