|
11.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1079/2009
tal-10 ta’ Novembru 2009
dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1278/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għajnuna għall-ħżin privat tingħata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jaddotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda (2). L-għajnuna tingħata minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li għadda minnhom is-settur tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda f’Diċembru 2008, fejn studji wrew livelli għoljin tal-bifenili poliklorinati (PCBs) fil-laħam tal-majjal li joriġina fl-Irlanda Is-sitwazzjoni nbidlet minn dakinhar u b'riżultat ta' dan il-miżuri ma għadhomx meħtieġa. |
|
(2) |
Għalhekk l-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal jrid jispiċċa u tiġi stipulata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
|
(3) |
Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u d-data tal-għeluq għandha tkun l-għada li jidħol fis-seħħ. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal prevista bir-Regolament (KE) Nru 1278/2008 għandha tkun it-13 ta’ Novembru 2009.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni