5.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1045/2009

tal-4 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 958/2009 li jistipula perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Uniku dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul sena ta' kummerċjalizzazjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 274/2009 tat-2 ta' April 2009 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2009/2010 (3) ffissa l-limitu kwantitattiv għal 650 000 tunnellata.

(3)

Il-kwantitajiet taz-zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni qabżu dak il-limitu kwantitattiv. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2009 (4) ssospenda t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor 'il barra mill-kwota għall-perjodu mid-19 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta' Settembru 2010.

(4)

Bl-emenda tar-Regolament (KE) Nru 274/2009, introdotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2009 (5), il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010 żdied bi 700 000 tunnellata.

(5)

Hekk kif jiżdied il-limitu kwantittativ fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010, it-tressiq tal-applikazzjonijiet għandu għal darba oħra jerġa’ jkun possibbli.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 958/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 958/2009, il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 91, 3.4.2009, p. 16.

(4)   ĠU L 270, 15.10.2009, p. 5.

(5)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.