|
23.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 992/2009
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li jemenda l-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(b) u (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti, netti wara l-modulazzjoni, li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru msemmi. |
|
(2) |
Il-Ġermanja u l-Iżvezja ddeċidew, skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni ammont li għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament, mis-sena finanzjarja 2011, għall-appoġġ Komunitarju fil-kuntest tal-ipprogrammar u l-iffinanzjar tal-iżvilupp rurali, f’isem il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). B’konsegwenza ta’ dan, skont l-Artikolu 8(2)(d) tal-istess Regolament, jeħtieġ li jitnaqqsu, għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012, il-limiti nazzjonali għall-Ġermanja u għall-Iżvejza, stipulati fl-Anness IV għall-istess Regolament, bl-ammonti mogħtija b’appoġġ għall-iżvilupp rurali. |
|
(3) |
Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni li, minħabba diffikultajiet imprevisti fis-settur agrikolu kkaġunati mill-kriżi ekonomika attwali, li laqtet ħażin il-qagħda ekonomika tal-agrikulturi, iddeċieda li ma japplikax il-modulazzjoni fakultattiva għas-sena kalendarja 2009. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jeħtieġ li jiżdied, għas-sena 2009, il-limitu nazzjonali għall-Portugall stipulat fl-Anness IV għar-Regolament imsemmi, bl-ammont nett li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugal matul is-sena 2009, stipulat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE (2) kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/505/KE (3). |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jiġi emendat. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-Tabella fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
ir-ringiela li tikkonċerna l-Ġermanja għandha tinbidel b’li ġej:
|
|||||||||||||||
|
(2) |
ir-ringiela li tikkonċerna l-Iżvezja għandha tinbidel b’li ġej:
|
|||||||||||||||
|
(3) |
ir-ringiela li tikkonċerna l-Portugall għandha tinbidel b’li ġej:
|
|||||||||||||||
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.