|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 985/2009
tal-21 ta’ Ottubru 2009
id-dħul ta’ isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Hajdúsági torma (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ungerija biex tirreġistra l-isem “Hajdúsági torma” ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma waslet għand il-Kummissjoni, l-isem għandu jidħol fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament qiegħed hawnhekk jiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli intenzjonati għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski u pproċessati
L-UNGERIJA
Hajdúsági torma [PDO]