20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 975/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jemenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħhom,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (2) tistabbilixxi lista Komunitarja ta’ monomeri u sustanzi tal-bidu, li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Il-monomeri u s-sustanzi tal-bidu addizzjonali rċevew riċentement evalwazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”), u issa għandhom jiġu miżjuda mal-lista eżistenti.

(2)

Id-Direttiva 2002/72/KE fiha wkoll lista Komunitarja ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentement addittivi addizzjonali rċevew evalwazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità, u issa għandhom jiġu miżjuda mal-lista eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2002/72/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/72/KE, il-lista Komunitarja ta’ addittivi li tinsab fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva ser issir lista pożittiva mill-1 ta’ Jannar 2010. Konsegwentement, it-titoli fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva m’għandhomx jibqgħu japplikaw għal-lista “mhux kompluta” ta’ addittivi.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, IVa, V u VI tad-Direttiva 2002/72/KE huma emendati skont l-Annessi I sa V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4

(2)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.


ANNESS I

Fit-taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE l-linji li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella b’ordni numerika:

Nru Ref

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“14627

0000117-21-5

3-chlorophthalic anhydride

SML = 0,05 mg/kg espress bħala 3-chlorophthalic acid

14628

0000118-45-6

4-chlorophthalic anhydride

SML = 0,05 mg/kg espress bħala 4-chlorophthalic acid

14876

0001076-97-7

1,4-l-aċidu cyclohexanedicarboxylic

SML = 5 mg/kg

Biex jintuża’ biss għall-manifattura ta’ poliesteri

18117

0000079-14-1

l-aċidu glycolic

Għal kuntatt indirett mal-ikel biss, wara saff ta’ polyethylene terephthalate (PET)

19965

0006915-15-7

l-aċidu malic

Biex jintuża’ biss bħala komonomeru fil-poliesteri alifatiċi sa livell massimu ta’ 1 % fuq bażi molari

21498

0002530-85-0

[3-(methacryloxy) propyl]trimethoxysilane

SML = 0,05 mg/kg

Biex jintuża biss bħala aġent ta’ trattament tal-wiċċ ta’ fillers inorganiċi”


ANNESS II

L-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

1.

It-terminu “mhux komplut” huwa mħassar mit-titolu ġenerali tal-Anness III kif ukoll mit-titoli tat-taqsimiet A u B.

2.

Fit-taqsima A l-linji li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella b’ordni numerika:

Nru Ref

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30607

aċidi, C2-C24, alifatiċi, lineari, monocarboxylic, minn żjut naturali u xaħmijiet, melħ tal-lithium

SML(T) = 0,6 mg/kg (espress bħala Lithium) (8)

33105

0146340-15-0

alkoħol, C12-14 sekondarju, β-(2-hydroxyethoxy), ethoxilat

SML = 5 mg/kg (44)

33535

0152261-33-1

α-alkenes(C20-C24) copolymer bil-maleic anhydride, reazzjoni prodotta b’4-amino-2,2,6,6-tetramethylpiperidine

M’għandux jiġi użat għall-oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fih ix-xaħam li għalih huwa stabbilit l-isimulant D

M’għandux jintuża f’kuntatt ma’ ikel alkoħoliku

38550

0882073-43-0

bis(4-propylbenzylidene)propylsorbitol

SML = 5 mg/kg (inkluż it-total tal-prodotti tal-idroliżi tiegħu)

40155

0124172-53-8

N,N’-bis(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)-N,N’-diformylhexamethylenediamine

SML = 0,05 mg/kg (1) (44)

49080

0852282-89-4

N-(2,6-Diisopropylphenyl)-6-[4-(1,1,3,3-tetramethylbutyl)phenoxy]-1H-benzo[de]isoquinolin-1,3(2H)-dione

SML = 0,05 mg/kg (39) (45) (46)

Għal użu biss fil-polyethylene terephthalate (PET)

60027

hydrogenated homopolymers u/jew copolymers magħmula mil1-hexene u/jew 1-octene u/jew 1-decene u/jew 1-dodecene u/jew 1-tetradecene (Mw: 440-12 000 )

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fihom ix-xaħam li għalihom huwa stabbilit l-isimulant D.

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

62215

0007439-89-6

ħadid

SML = 48 mg/kg

68119

neopentyl glycol, diesters u monoesters bl-aċidu benzoic u l-aċidu 2-ethylhexanoic

SML = 5 mg/kg

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fihom ix-xaħam li għalihom huwa stabbilit l-isimulant D.

72141

0018600-59-4

2,2’-(1,4-phenylene)bis[4H-3,1-benzoxazin-4-one]

SML = 0,05 mg/kg (inkluż it-total tal-prodotti tal-idroliżi tiegħu)

76807

00073018-26-5

polyester tal-aċidu adipic ma’ 1,3-butanediol, 1,2-propanediol u 2-ethyl-1-hexanol

SML = 30 mg/kg

77708

polyethyleneglycol (EO = 1-50) eteri ta’ alkoħol primarju lineari u branched (C8-C22)

SML = 1,8 mg/kg

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80077

0068441-17-8

xemgħa tal-polyethylene, ossidata

SML = 60 mg/kg

80350

0124578-12-7

poly(aċidu 12-hydroxystearic)-polyethyleneimine copolymer

Biex jintuża’ biss fil-polyethylene terephthalate (PET), polistirene (PS), polystyrene b’impatt għoli (HIPS) u polyamide (PA) sa 0,1 % w/w.

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80480

0090751-07-8; 0082451-48-7

poly(6-morpholino-1,3,5-triazine-2,4-diyl)-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]-hexamethylene-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]

SML = 5 mg/kg (47)

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80510

1010121-89-7

poly(3-nonyl-1,1-dioxo-1-thiopropane-1,3-diyl)-block-poly(x-oleyl-7-hydroxy-1,5-diiminooctane-1,8-diyl), taħlita tal-proċess x = 1 u/jew 5, newtralizzat minn aċidu

Biex jintuża’ biss bħala għajnuna għall-produzzjoni tal-polimerizzazzjoni fil-polyethylene (PE), polypropylene (PP) u polystyrene (PS)

91530

aċidu sulphosuccinic alkyl (C4-C20) jew diesters tal-cyclohexyl, imluħa

SML = 5 mg/kg

91815

aċidu sulphosuccinic monoalkyl (C10-C16) polyethyleneglycol esters, imluħa

SML = 2 mg/kg

92200

0006422-86-2

aċidu terephthalic, bis(2-ethylhexyl)ester

SML = 60 mg/kg

92470

0106990-43-6

N,N’,N’’,N’’-tetrakis(4,6-bis(N-butyl-(N-methyl-2,2,6,6-tetramethylpiperidin-4-yl)amino)triazin-2-yl)-4,7-diazadecane-1,10-diamine

SML = 0,05 mg/kg

92475

0203255-81-6

3,3’,5,5’-tetrakis(tert-butyl)-2,2’-dihydroxybiphenyl, cyclic ester ma’ [3-(3-tert-butyl-4-hydroxy-5-methylphenyl)propyl] aċidu oxyphosphonous

SML = 5 mg/kg (espressa bħala t-total ta’ phosphite u forma tal-phosphite tas-sustanza u l-prodotti tal-idroliżi)

93450

titanium dioxide, miksi bil-copolymer ta’ n-octyltrichlorosilane u [aminotris(aċidu methylenephosphonic), melħ penta sodium]

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

94000

0000102-71-6

triethanolamine

SML = 0,05 mg/kg (inkluż il-hydrochloride adduct)

94425

0000867-13-0

triethyl phosphonoacetate

Għal użu biss fil-polyethylene terephthalate (PET)

94985

trimethylolpropane, triesters u diesters mħallta ma’ aċidu benzoic u aċidu 2-ethylhexanoic

SML = 5 mg/kg

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt ma’ ikel li fih ix-xaħam li għalih huwa stabbilit l-isimulant D”


ANNESS III

Fl-Anness IVa tad-Direttiva 2002/72/KE il-linji li ġejjin jiddaħħlu f’ordni numerika:

Nru REF

Nru CAS

Isem

“49080

852282-89-4

N-(2,6-Diisopropylphenyl)-6-[4-(1,1,3,3-tetramethylbutyl)phenoxy]-1H-benzo[de]isoquinolin-1,3(2H)-dione

72141

0018600-59-4

2,2′-(1,4-phenylene)bis[4H-3,1-benzoxazin-4-one]

76807

0007308-26-5

polyester tal-aċidu adipic ma’ 1,3-butanediol, 1,2-propanediol u 2-ethyl-1-hexanol

92475

0203255-81-6

3,3′,5,5′-tetrakis(tert-butyl)-2,2′-dihydroxybiphenyl, ester ċikliku ma’ [3-(3-tert-butyl-4-hydroxy-5-methylphenyl)propyl] aċidu oxyphosphonous”


ANNESS IV

Fl-Anness IVa, fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2002/72/KE il-linji li ġejjin jiddaħħlu f’ordni numerika:

Nru REF

Speċifikazzjonijiet oħra

“60027

hydrogenated homopolymers u/jew copolymers magħmula mil1-hexene u/jew 1-octene u/jew 1-decene u/jew 1-dodecene u/jew 1-tetradecene (Mw: 440-12 000 )

Piż molekolari medju ta’ mhux inqas minn 400 Da

Viskożità ta’ 100 °C mhux inqas minn 3,8 cSt (3,8 x 10-6 m2/s)

77708

polyethyleneglycol (EO = 1-50) eteri ta’ alkoħol primarju lineari u branched (C8-C22)

Kwantità ta’ residwu massimu ta’ ethylene oxide fil-materjal jew fl-oġġett = 1 mg/kg

80350

poly(aċidu 12-hydroxystearic)-polyethyleneimine copolymer

Mħejjija mir-reazzjoni ta’ poly (12-hydroxystearic acid) ma’ polyethyleneimine

80480

poly(6-morpholino-1,3,5-triazine-2,4-diyl)-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]-hexamethylene-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]

Piż molekolari medju ta’ mhux inqas minn 2 400 Da

Kontenut residwu ta’ morpholine ≤ 30 mg/kg, ta’ N, N’-bis (2,2,6,6-tetramethylpiperidin-4-yl) hexane-1,6-diamine < 15 000  mg/kg, u ta’ 2,4 -dichloro-6-morpholino-1,3,5-triazine ≤ 20 mg/kg

93450

titanium dioxide, miksi bil-copolymer ta’ n-octyltrichlorosilane u [aminotris(aċidu methylenephosphonic), melħ penta sodium]

Il-kontenut tat-trattament copolymer tal-wiċċ tat-titanium dioxide miksi huwa inqas minn 1 % w/w”


ANNESS V

L-Anness VI tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

In-nota (8) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(8)

SML(T) f’dan il-każ speċifiku ifisser li r-restrizzjoni m’għandhiex tinqabeż bis-somma tal-livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin imsemmija bħala Nru ta’ Ref.: 24886, 62020, 30607, 38000, 42400, 64320, 66350, 67896, 73040, 85760, 85840, 85920 u 95725.”

(2)

In-noti li ġejjin huma miżjuda:

“(44)

L-SML jista’ jinqabeż mill.

(45)

L-SML jista’ jinqabeż mill-plastik li jkun fihom aktar minn 0,5 % w/w tas-sustanza.

(46)

L-SML jista’ jinqabeż fil-kuntatt ma’ ikel b’kontenut alkoħoliku għoli.

(47)

L-SML jista’ jinqabeż mill-polyethylene ta’ densità baxxa (LDPE) li fih iktar minn 0,3 % w/w tas-sustanza meta f’kuntatt ma’ ikel li fih ix-xaħam.”