|
7.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2009
tas-6 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta’ April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar is-sistema tan-negozju għall-prodotti agrikoli [traduzzjoni mhix uffiċjali] (3) jistabbilixxi s-sistema ta’ preferenzi li jgħoddu fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija (4), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1396/98 (5), stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur u stabbilixxa regoli dettaljati għal ġestjoni tagħhom. |
|
(3) |
L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f’setturi agrikoli oħrajn, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti msemmija f’dan ir-Regolament jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) (6). |
|
(4) |
Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota msemmija f’dan ir-Regolament ma titqiesx bħala kritika fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Madankollu ma jistax jiġi eskluż li tista’ ssir kritika skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, minħabba ċirkustanzi ġodda. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għandu jitħassar u jinbidel b’Regolament ġdid. Madankollu huwa f’loku li r-Regolament imsemmi jinżamm applikabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwota tariffarja, indikata fl-Anness, għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.
Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni).
2. Il-kwoti indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax.
Artikolu 2
It-tqegħid fil-kummerċ ħieles tal-prodotti importati skont il-kwota prevista fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Protokoll Nru 3 anness għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE - Turkija.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għandu jitħassar. Madankollu, jibqa’ japplika għad-dazji mnissla minn liċenzji maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2010 u sal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1.
(4) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.
ANNESS
|
Numru tas-serje |
Kodiċijiet tan-NM |
Dazju doganali skont il-kwota tariffarja (f’EUR/tunnellata) |
Kwota tariffarja annwali (f’tunnellati, piż nett) |
|
09.0244 |
0207 25 10 |
170 |
1 000 |
|
0207 25 90 |
186 |
||
|
0207 27 30 |
134 |
||
|
0207 27 40 |
93 |
||
|
0207 27 50 |
339 |
||
|
0207 27 60 |
127 |
||
|
0207 27 70 |
230 |