|
9.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 923/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni intitolat “Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna”, tat-22 ta’ Ġunju 2006, tenfasizza l-potenzjal tal-Programm Marco Polo, stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja komunitarja biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Programm Marco Polo) (3), bħala sors ta’ finanzjament li joffri lill-operaturi f’toroq traffikużi alternattivi permezz tal-użu ta’ mezzi oħra ta’ trasport. Għalhekk, il-Programm Marco Polo huwa wieħed mill-elementi bażiċi fil-politika attwali dwar it-trasport. |
|
(2) |
Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni deċiżiva, it-trasport totali tal-merkanzija fuq it-toroq fl-Ewropa huwa previst li jikber b’aktar minn 60 % sal-2013. L-effett ikun wieħed ta’ tkabbir stmat għal 20,5 biljun tunnellati-kilometri fis-sena fil-volum ta’ merkanzija internazzjonali fuq it-toroq għall-Unjoni Ewropea sal-2013, b’konsegwenzi negattivi f’termini ta’ spejjeż addizzjonali ta’ infrastruttura tat-toroq, inċidenti, konġestjoni, tniġġis lokali u globali, ħsara ambjentali u n-nuqqas ta’ affidabilità tal-katina tal-provvista u tal-proċessi ta’ loġistika. |
|
(3) |
Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir, wieħed għandu jagħmel użu akbar minn dak attwali tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati inizjattivi aktar qawwija mis-settur tat-trasport u l-loġistika, inklużi portijiet niexfa u pjattaformi oħrajn li jiffaċilitaw l-intermodalità, biex jiġu mħeġġa approċċi ġodda u l-użu ta’ innovazzjonijiet tekniċi fil-mezzi tat-trasport kollha u fil-ġestjoni tagħhom. |
|
(4) |
Huwa għan tal-Unjoni Ewropea li ssaħħaħ il-modi ta’ trasport li jirrispettaw l-ambjent, irrispettivament minn jekk dan il-għan iwassalx jew le għal bidla modali speċifika jew inkella għal effett ta’ evitar fil-każ ta’ ġarr tal-merkanzija bit-triq. |
|
(5) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 (4) il-Kummissjoni kienet meħtieġa twettaq evalwazzjoni tal-Programmi Marco Polo II (minn hawn ’il quddiem “il-Programm”) u tippreżenta proposti biex jiġi emendat dak il-Programmi jekk ikun meħtieġ. |
|
(6) |
Evalwazzjoni esterna tar-riżultati tal-Programm Marco Polo kkalkulat li dak il-Programm mhux ser jikseb l-għanijiet tiegħu f’termini ta’ bidla modali u tat xi rakkomandazzjonijiet biex titjieb l-effikaċja tiegħu. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-impatt tal-miżuri proposti mill-evalwazzjoni esterna u miżuri oħra mmirati li jżidu l-effiċjenza tal-Programm. Dik l-analiżi wriet il-ħtieġa għal għadd ta’ emendi għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni minn intrapriżi żgħar u mikro, biex jitnaqqsu l-limiti tal-eliġibbiltà tal-azzjoni, biex tiżdied l-intensità tal-finanzjament u biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta’ implimentazzjoni u dawk amministrattivi tal-Programm. |
|
(8) |
Il-parteċipazzjoni minn intrapriżi żgħar u mikro fil-Programm għandha tiżdied billi impriża waħda tkun tista’ tapplika għal finanzjament u billi jitnaqqsu l-limiti minimi tal-eliġibbiltà għall-proposti ppreżentati minn intrapriżi tat-trasport fuq passaġġi fuq l-ilmijiet interni. |
|
(9) |
Il-limiti minimi tal-eliġibbiltà għall-proposti għall-finanzjament għandhom jitnaqqsu u jiġu espressi f’termini ta’ tunnellati-kilometri ttrasferiti annwalment, ħlief għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni. Dawk il-limiti minimi għandhom jiġu kkalkulati tul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet msemmija fl-Anness, mingħajr ma tiġi stabbilita kwalunkwe rata annwali ta’ implimentazzjoni. M’għandux ikun hemm aktar il-ħtieġa għal limitu minimu speċifiku li japplika għall-azzjonijiet tal-evitar tat-traffiku, u għandu jkun stabbilit tul ta’ żmien minimu għal dan it-tip ta’ azzjoni, azzjonijiet ta’ kataliżi u azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir. |
|
(10) |
L-intensità tal-finanzjament għandha tiżdied billi tiġi introdotta definizzjoni għal “merkanzija”, sabiex jiġi inkluż l-element ta’ trasport fil-kalkolu tal-bidla modali, u jkunu possibbli estensjonijiet eċċezzjonali tat-tul ta’ żmien massimu għal azzjonijiet b’dewmien fil-bidu tagħhom. L-aġġornament tal-intensità tal-finanzjament minn EUR 1 sa EUR 2 skont il-proċedura stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 għandu jiġi rifless fit-test ta’ dak l-Anness kif emendat. |
|
(11) |
Sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-Programm, l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 dwar il-kondizzjonijiet għall-finanzjament ta’ infrastruttura anċillari għandu jitħassar. Barra minn hekk il-proċedura ta’ kumitat għall-għażla annwali ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati għandha tiġi eliminata. |
|
(12) |
Għandha tiġi stabbilita rabta aktar dettaljata bejn il-Programm u l-qafas tan-Network ta’ Trasport Trans-Ewropew (minn hawn ’il quddiem “TEN-T”) li jistabbilixxi il-qafas għat-toroq tat-Tbaħħir u l-konsiderazzjonijiet ambjentali għandhom jiġu estiżi biex jinkludu l-ispejjeż esterni kollha tal-azzjonijiet. |
|
(13) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati bl-iktar mod espedjenti u veloċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tiegħu, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn impriżi jew consortia stabbiliti fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi parteċipanti, kif previst fl-Artikolu 3(3) u (4).”; |
|
(3) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Għajnuna mill-Istat L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għall-azzjonijiet koperti mill-Programm m’għandhiex twaqqaf dawk l-azzjonijiet milli jirċievu għajnuna mill-Istat fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, sakemm din l-għajnuna tkun kompatibbli mal-arranġamenti dwar l-għajnuna mill-Istat mniżżla fit-Trattat u fil-limiti kumulattivi stabbiliti għal kull tip ta’ azzjoni stabbilita fl-Anness.”; |
|
(5) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Preżentazzjoni ta’ azzjonijiet L-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont ir-regoli dettaljati maħruġa skont l-Artikolu 6. Il-preżentazzjonijiet għandhom jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel l-għażla tagħha skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza lill-applikanti biex tiffaċilita l-proċess tal-applikazzjoni tagħhom, pereżempju permezz ta’ servizz ta’ assistenza bl-Internet.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja L-azzjonijiet ippreżentati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. Fl-għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun informat lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10, tadotta d-deċiżjoni biex tingħata assistenza finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji bid-deċiżjoni tagħha.”; |
|
(7) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Artikolu 15 Tħassir Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 huwa b’ dan imħassar, b’ effett mill-14 ta’ Diċembru 2006. Il-kuntratti dwar l-azzjonijiet fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1382/2003 għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sal-għeluq operattiv u finanzjarju tagħhom.” |
|
(9) |
l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(10) |
l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) L-Opinjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ 27 ta’ Lulju 2009.
ANNESS
“ANNESS
Kondizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2)
|
Tip ta’ Azzjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju. |
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju. |
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju. |
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. Kontribut għall-ispejjeż tal-assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligu li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, prinċipalment għall-azzjoni kif iddefinita fil-ftehim tas-sussidju. |
In-nefqa mġarrba fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt il-proċedura tal-għażla jew wara din id-data għandha tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja sakemm tingħata l-approvazzjoni finali għall-fondi tal-Komunità. |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-minimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur. |
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur. |
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ bidla modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehim dwar is-sussidji. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 38 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur. |
Għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ftehim dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 62 xahar, u l-mimimu ta’ 36 xahar. F’każ ta’ dewmien straordinarju ta’ implimentazzjoni per eżempju minħabba reċessjoni ekonomika straordinarja, ġġustifikat b’mod adegwat mill-benefiċjarju, tista’ tingħata estensjoni eċċezzjonali ta’ 6 xhur. |
L-għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet dwar is-sussidji, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u l-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta’ dawn il-ftehimiet għandu jkun ta’ 26 xahar, li jista’ jiġi estiż b’rikjesta tal-benefiċjarju, fi ħdan il-pakkett baġitarju inizjali, għal perjodu addizjonali ta’ 26 xahar, jekk jinkisbu riżultati pożittivi matul l-ewwel 12-il xahar ta’ operazzjoni. |
||||||||||||
|
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali. |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali. |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar, jew ta’ 44 xahar f’każijiet eċċezzjonali. |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar, jew ta’ 68 xahar f’każijiet eċċezzjonali. |
Għajnuna finanzjarja Komunitarja m’għandhiex tkun imġedda aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 52 xahar. |
|||||||||||||
|
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ 30 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. |
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandu jkun ta’ 200 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. |
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ MoS għandu jkun ta’ 60 miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali jew ta’ evitar tat-traffiku kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. L-azzjonijiet ta’ bidliet modali bil-għan li jimplimentaw trasferiment għall-passaġġi fuq l-ilmijiet Interni ser ikunu soġġetti għal-limitu speċjali ta’ 13-il miljun tunnellata-kilometru jew l-ekwivalenti volumetriku tiegħu ta’ bidla modali kull sena li għandu jiġi implimentat tul il-ħajja kollha tal-ftehim ta’ sussidju. |
Il-limitu minimu indikattiv ta’ sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar ta’ traffiku għandu jkun ta’ 80 miljun tunnellata-kilometru jew 4 miljun kilometru-vettura ta’ merkanzija fuq it-toroq evitati kull sena, li għandu jiġi implimentat tul il-ftehim kollu tas-sussidju. |
Il-limitu minimu indikattiv għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għanu jkun ta’ EUR 250 000 . |
||||||||||||
|
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jixterdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir għandhom jixterdu u l-iskambju tal-aħjar prattiki għandu jitħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ bidla modali mhumiex previsti. |
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet tal-evitar tat-traffiku għandhom jixterrdu, u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi tal-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jixterrdu u għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.” |