29.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2009

tat-28 ta’ Settembru 2009

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Dan ir-Regolament jawtorizza preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Jakkumpanjaw din l-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) wettqet il-valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, tiġieġ għas-simna, tiġieġ imkabbra biex ibidu, dundjani għas-simna u dundjani mkabbra biex ibidu, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “additivi żootekniċi”.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-21 ta’ Mejju 2008 (2) u l-21 ta’ April 2009 (3) li l-preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (CBS 114044) m’għandhiex l-effett kuntrarju fuq is-saħħa tal-annimal, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jkollu benefiċċju sinifikattiv fiż-żieda tal-piż tal-ġisem u l-konverżjoni tal-ikel. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 712, p. 1-20.

(3)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1058, p. 1-6.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a8

Roal Oy

Endo-1,4-beta xylanase

EC 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 114044) li għandha attività minima ta’:

 

Għamla solida: 4 × 106 BXU (1)/g

 

Għamla likwida: 4 × 105 BXU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 114044)

 

Metodu analitiku (2):

Fl-addittiv u fit-taħlitiet minn qabel:Analiżi tar-reducing sugar għal endo-1,4-beta-xylanase permezz ta’ reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta’ dinitrosalicylic acid fuq il-produzzjoni tar-reducing sugar ta’ 5,3 u 50 °C.

Fl-għalf: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat mill-enżimi mill-azurina li hi magħquda ma’ sottostrat arabinoxylan tal-qamħ.

Ħnienes

(miftuma)

24 000 BXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans). eż. li fihom aktar minn 20 % qamħ.

4.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

19 ta’ Ottubru 2019

Tiġieġ għas-simna

8 000 BXU

Tiġieġ imkabbra biex ibidu

8 000 BXU

Dundjani għas-simna

16 000 BXU

Dundjani mkabbra biex ibidu

16 000 BXU


(1)  1 BXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 nmol ta’ reducing sugars bħala xylose minn birch xylan kull sekonda f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives