|
29.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 901/2009
tat-28 ta’ Settembru 2009
dwar programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2010, 2011 u 2012 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex jevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali u kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. |
|
(2) |
Fil-Komunità 30 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Billi l-użu tal-pestiċidi juri bidliet sinifikanti fuq perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f’dawk it-30 prodott tal-ikel fuq serje ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja jkunu jistgħu jiġu evalwati. |
|
(3) |
Fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabilità binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun jippermetti, b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi ta’ pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD -), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont in-numru tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
|
(4) |
Fejn id-definizzjoni ta’ residwu tal-pestiċidi tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti mfarrka, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrapurtati separatament. |
|
(5) |
Gwida dwar “Tisħiħ tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” tinsab ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni (3) |
|
(6) |
Għall-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (4), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
|
(7) |
Huwa wkoll neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-livelli massimi ta’ residwu għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (5) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (6), humiex jiġu rrispettati. |
|
(8) |
Huwa neċessarju li jiġu evalwati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi. Din l-evalwazzjoni għandha tibda b’xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I. |
|
(9) |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti. |
|
(10) |
Sabiex tkun evitata xi konfużjoni minħabba sovrappożizzjoni bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament (KE) Nru 1213/2008 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Dan għandu, madankollu, jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2009. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2010, 2011 u 2012 jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/residwi minn pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
In-numru ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun ser jingħażel b’mod każwali.
Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni meħuda u analizzati għandhom jinkludu mill-inqas:
|
(a) |
għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi; |
|
(b) |
kampjun wieħed, meta disponibbli, minn prodotti li joriġinaw minn biedja organika li jirrifletti s-sehem mis-suq tal-prodotti organiċi f’kull Stat Membru. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2010, 2011 u 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2011, 2012 u 2013 rispettivament.
Flimkien ma’ dawn ir-riżultati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-metodi analitiċi użati u l-livelli ta’ rrappurtar miksuba, skont il-gwida dwar it-Tisħiħ tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf; |
|
(b) |
limitu ta’ determinazzjoni applikat fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali u Komunitarji; |
|
(c) |
dettalji tal-istatus tal-akkreditazzjoni tal-laboratorji analitiċi nvoluti fil-kontroll; |
|
(d) |
fejn tippermetti l-leġiżlazzjoni nazzjonali, dettalji tal-miżuri ta’ nfurzar meħuda; |
|
(e) |
f’każ li jinqabżu l-livelli massimi ta’ residwu (MRLs), dikjarazzjoni bir-raġunijiet possibbli għal dan flimkien ma’ kull osservazzjoni xierqa dwar alternattivi fl-immaniġġjar tar-riskju. |
2. Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti mfarrka jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali tar-residwu. Fejn rilevanti, ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni tar-residwu għandhom jiġu ppreżentati separatament.
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1213/2008 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2009.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9.
(3) Dokument SANCO/3131/2007, 31 ta’ Ottubru 2007 http://ec.europa.eu/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf
(4) ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.
ANNESS I
Kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi li għandhom jiġu mmonitorjati
|
|
2010 |
2011 |
2012 |
|
2,4-D (Total ta’ 2,4-D u l-esteri tiegħu espress bħala 2,4-D) (*1) |
|||
|
4,4′-Methoxychlor |
|||
|
Abamectin (total ta’ avermectin B1a, avermectin B1b u delta-8,9 isomeru tal-avermectin B1a) |
|||
|
Acephate |
|||
|
Acetamiprid |
|||
|
Acrinathrin (*1) |
|||
|
Aldicarb (total ta’ aldicarb, is-sulfoxide u s-sulfone tiegħu, espress bħala aldicarb) |
|||
|
Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom it-2,4 -dimethylaniline moity espress bħala amitraz) |
(Lanġas) |
||
|
Amitrole (*1) |
|||
|
Azinphos-ethyl (*1) |
|||
|
Azinphos-methyl |
|||
|
Azoxystrobin |
|||
|
Benfuracarb (*1) |
|||
|
Bifenthrin |
|||
|
Bitertanol |
|||
|
Boscalid |
|||
|
Bromide ion (*1) (ara l-kumment aktar ‘l isfel) |
|||
|
Bromopropylate |
|||
|
Bromuconazole (total ta’ diasteroisomeri) (*1) |
|||
|
Bupirimate |
|||
|
Buprofezin |
|||
|
Cadusafos (*1) |
|||
|
Camphechlor (total ta’ parlar Nru 26, 50 u 62) (*1) |
|||
|
Captan |
|||
|
Carbaryl |
|||
|
Carbendazim (Total ta’ Benomyl u carbendazim espress bħala carbendazim) |
|||
|
Carbofuran (Total ta’ Carbofuran u 3-Hydroxycarbofuran espress bħala Carbofuran) |
|||
|
Carbosulfan (*1) |
|||
|
Chlordane (total ta’ cis- u trans-isomers u oxychlordane espressi bħala chlordane) |
|||
|
Chlorfenapyr |
|||
|
Chlorfenvinphos |
|||
|
Chlormequat (*2) |
|||
|
Chlorobenzilate (*1) |
|||
|
Chlorothalonil |
|||
|
Chlorpropham (Chlorpropham u 3-Chloroaniline espressi bħala Chlorpropham (ara l-kumment aktar ‘l isfel)) |
|||
|
Chlorpyriphos |
|||
|
Chlorpyriphos-methyl |
|||
|
Clofentezin (Total tal-komposti kollha li fihom it-2-Chlorbenzoyl-moiety espress bħala Clofentezin) |
|||
|
Clothianidin |
|||
|
Cyfluthrin (Cyfluthrin li jinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (total tal-isomeri)) |
|||
|
Cypermethrin (Cypermethrin li jinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (total tal-isomeri)) |
|||
|
Cyproconazole (*1) |
|||
|
Cyprodinil |
|||
|
DDT (total ta’ p,p′-DDT, o,p′-DDT, p-p′-DDE u p,p′-DDD (TDE) espress bħala DDT) |
|||
|
Deltamethrin (cis-deltamethrin) |
|||
|
Diazinon |
|||
|
Dichlofluanid |
|||
|
Dichlorvos |
|||
|
Dicloran |
|||
|
Dicofol (total tal-isomeri p, p′ u o,p′) |
|||
|
Dieldrin (Aldrin u dieldrin kombinati espressi bħala dieldrin) |
|||
|
Difenoconazole |
|||
|
Dimethoate (Total ta’ Dimethoate u Omethoate express bħala dimethoate) |
|||
|
Dimethoate |
|||
|
Omethoate |
|||
|
Dimethomorph |
|||
|
Dinocap (total tal-isomeri tad-dinocap u l-fenoli li jikkorispondu magħhom espress bħala dinocap) (*1) |
|||
|
Diphenylamine |
|||
|
Endosulfan (Total tal-isomeri alfa- u beta- u Endosulfan- sulphate espress bħala Endosulfan) |
|||
|
Endrin |
|||
|
Epoxiconazole |
|||
|
Ethephon (*1) |
|||
|
Ethion |
|||
|
Etofenprox (F) (*1) |
|||
|
Ethoprophos (*1) |
|||
|
Fenamiphos (total ta’ fenamiphos u s-sulphoxide u s-sulphone tiegħu espress bħala fenamiphos) (*1) |
|||
|
Fenarimol |
|||
|
Fenazaquin |
|||
|
Fenbuconazole (*1) |
|||
|
Fenhexamid |
|||
|
Fenitrothion |
|||
|
Fenoxycarb |
|||
|
Fenpropathrin (*1) |
|||
|
Fenpropimorph |
|||
|
Fenthion (Total tal-fenthion u l-analogu tal-ossiġnu tiegħu, is-sulfoxides u s-sulfone tagħhom espress bħala ġenitur) |
|||
|
Fenvalerate/Esfenvalerate (total) (total ta’ isomeri RS/SR u RR/SS) |
|||
|
Fipronil (Total Fipronil + metabolit tas-sulfone (MB46136) espress bħala Fipronil) |
|||
|
Fluazifop (Fluazifop-P-butyl (aċidu fluazifop (ħieles u konjugat))) (*1) |
|||
|
Fludioxonil |
|||
|
Flufenoxuron |
|||
|
Fluquinconazole (*1) |
|||
|
Flusilazole |
|||
|
Flutriafol (*1) |
|||
|
Folpet |
|||
|
Formetanate (Total ta’ Formetanate u l-imluħa tiegħu espress bħala idrokloru tal-Formetanate) |
|||
|
Fosthiazate (*1) |
|||
|
Glyphosate (*3) |
|||
|
Haloxyfop li jinkludi haloxyfop-R (Haloxyfop-R methyl ester, haloxyfop-R u konjugi ta’ haloxyfop-R espressi bħala haloxyfop-R (F) (R) (*1) |
|||
|
HCB |
|||
|
Heptachlor (total ta’ heptachlor u heptachlor epoxide, espress bħala heptachlor) |
|||
|
Hexaklorcyclohexan (HCH), Alfa-Isomeru |
|||
|
Hexaklorcyclohexan (HCH), Beta-Isomeru |
|||
|
Hexaklorcyclohexan (HCH) Gamma-isomeru) (Lindane) |
|||
|
Hexaconazole |
|||
|
Hexythiazox |
|||
|
Imazalil |
|||
|
Imidacloprid |
|||
|
Indoxacarb (Indoxacarb bħala total tal-isomeri S u R) |
|||
|
Iprodione |
|||
|
Iprovalicarb |
|||
|
Kresoxim-methyl |
|||
|
Lambda-cyhalotrin (Lambda-cyhalothrin, li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (total ta’ isomeri)) |
|||
|
Linuron |
|||
|
Lufenuron |
|
||
|
Malathion (Total ta’ Malathion u Malaoxon, espress bħala Malathion) |
|||
|
Grupp Maneb (Total espress bħala CS2: Maneb, Mancozeb, Metiram, Propineb, Thiram, Ziram) |
|||
|
Mepanipyrim u l-metaboliti tiegħu (2-anilino-4-(2-hydroxypropyl)-6-methylpyrimidine) espressi bħala mepanipyrim) |
|||
|
Mepiquat (*2) |
|||
|
Metalaxyl (Metalaxyl li jinkludi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti li jinkludu Metalaxyl-M (total tal-isomeri)) |
|||
|
Metconazole (*1) |
|||
|
Methamidophos |
|||
|
Methidathion |
|||
|
Methiocarb (Total ta’ Methiocarb u Methiocarb-Sulfoxide u Sulfone, espress bħala Methiocarb) |
|||
|
Methomyl (Total ta’ Methomyl u Thiodicarb espress bħala Methomyl) |
|||
|
Methoxyfenozide |
|||
|
Monocrotophos |
|||
|
Myclobutanil |
|||
|
Oxadixyl |
|||
|
Oxamyl |
|||
|
Oxydemeton-methyl (Total ta’ Oxydemeton-Methyl u Demeton-S-Methylsulfone espress bħala Oxydemeton-Methyl) |
|||
|
Paclobutrazole (*1) |
|||
|
Parathion |
|||
|
Parathion-Methyl (Total ta’ Parathion-Methyl u Paraoxon-Methyl espress bħala Parathion-Methyl) |
|||
|
Pencycuron |
|||
|
Penconazole |
|||
|
Pendimethalin |
|||
|
Permethrin (total ta’ cis- u trans-permethrin) |
|||
|
Phenthoate (*1) |
|||
|
Phosalone |
|||
|
Phosmet (Phosmet u Phosmet oxon espressi bħala Phosmet) |
|||
|
Phoxim (*1) |
|||
|
Pyraclostrobin (F) |
|||
|
Pirimicarb (Total ta’ Pirimicarb u Desmethylpirimicarb espress bħala Pirimicarb) |
|||
|
Pirimiphos-methyl |
|||
|
Prochloraz (Total ta’ Prochloraz + u l-metaboliti tiegħu li fihom it-2,4,6-Trichlorophenol moiety espress bħala Prochloraz) |
|||
|
Procymidone |
|||
|
Profenofos |
|||
|
Propamocarb (Total ta’ Propamocarb u l-imluħa tiegħu espress bħala Propamocarb) (*1) |
|||
|
Propargite |
|||
|
Propiconazole |
|||
|
Propyzamide |
|||
|
Prothioconazole (Prothioconazole-desthio) (*1) |
|||
|
Pyrazophos |
|||
|
Pyrethrins (*1) |
|||
|
Pyridaben |
|||
|
Pyrimethanil |
|||
|
Pyriproxyfen |
|||
|
Quinoxyfen |
|||
|
Quintozene (Total ta’ Quintozen u Pentachloraniline, espress bħala Quintozene) (*1) |
|||
|
Resmethrin (total ta’ isomeri) (*1) |
|||
|
Spinosad (Total ta’ Spinosyn A u Spinosyn D, espress bħala Spinosad) |
|||
|
Spiroxamine |
|||
|
Taufluvalinate |
|||
|
Tebuconazole |
|||
|
Tebufenozide |
|||
|
Tebufenpyrad |
|||
|
Tecnazene (*1) |
|||
|
Teflubenzuron |
|||
|
Tefluthrin (*1) |
|||
|
Tetraconazole |
|||
|
Tetradifon |
|||
|
Thiabendazole |
|||
|
Thiamethoxam (Total ta’ Thiamethoxam u Clothianidin espress bħala Thiamethoxam) |
|||
|
Thiacloprid |
|||
|
Thiophanate-methyl |
|||
|
Tolcloflos-methyl |
|||
|
Tolylfluanid (Total ta’ Tolylfluanid u Dimethylaminosulfotoluidide espress bħala Tolylfluanid) |
|||
|
Triadimefon u triadimenol (total ta’ triadimefon u triadimenol) |
|||
|
Triazophos |
|||
|
Trichlorfon (*1) |
|||
|
Trifloxystrobin |
|||
|
Trifluralin |
|||
|
Triticonazole (*1) |
|||
|
Vinclozolin (Total ta’ Vinclozolin u l-metaboliti kollha li fihom it-3,5-dichloraniniline moiety, espress bħala Vinclozolin) |
|||
|
Zoxamide (*1) |
(1) Fażola (friska jew iffriżata, mingħajr miżwed), zunnarija, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, u spinaċi (friska jew iffriżata).
(2) Brunġiel, banana, pastard, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ (1), piżelli (friski/iffriżati, mingħajr miżwed), bżar (ħelu) u qamħ.
(1) Għall-meraq tal-larinġ, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sors (konċentrati jew frott frisk).
(3) Tuffieħ, kaboċċi tar-ras, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur u frawli.
(4) Butir, Bajda.
(5) Ħalib, laħam tal-majjal.
(6) Laħam tat-tajr, fwied (annimali bovini u annimali oħra li jixtarru, majjali u tajr).
(F) Jinħall fix-xaħam.
(*1) Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2010. Id-deċiżjoni li ma jiġux analizzati għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.
Kumment dwar il-bromide ion: il-bromide ion għandu jiġi analizzat b’mod obbligatorju fuq il-ħass u t-tadam fl-2010, ir-ross u l-ispinaċi fl-2011 u l-bżar ħelu fl-2012; u fuq bażi volontarja fil-bqija tal-prodotti previsti għal kull sena. Id-deċiżjoni li ma jiġi analizzat l-ebda wieħed mill-prodotti, għandha tkun iġġustifikata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji mill-Istati Membri.
L-amitraz għandu jkun analizzat biss fil-lanġas fl-2010.
Id-definizzjoni tar-residwi tal-chlorpropham għall-patata (chlorpropham biss) għandha titqies fl-2011.
(*2) Klormekwat u mepikwat għandhom ikunu analizzati fiċ-ċereali (ħlief ir-ross), u lanġas.
(*3) Ċereali biss.
ANNESS II
L-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott li għandhom jittieħdu u jkunu analizzati minn kull Stat Membru.
|
Stat Membru |
Kampjuni |
|
BE |
12 (*1) 15 (*2) |
|
BG |
12 (*1) 15 (*2) |
|
CZ |
12 (*1) 15 (*2) |
|
DK |
12 (*1) 15 (*2) |
|
DE |
93 |
|
EE |
12 (*1) 15 (*2) |
|
EL |
12 (*1) 15 (*2) |
|
ES |
45 |
|
FR |
66 |
|
IE |
12 (*1) 15 (*2) |
|
IT |
65 |
|
CY |
12 (*1) 15 (*2) |
|
LV |
12 (*1) 15 (*2) |
|
LT |
12 (*1) 15 (*2) |
|
LU |
12 (*1) 15 (*2) |
|
HU |
12 (*1) 15 (*2) |
|
MT |
12 (*1) 15 (*2) |
|
NL |
17 |
|
AT |
12 (*1) 15 (*2) |
|
PL |
45 |
|
PT |
12 (*1) 15 (*2) |
|
RO |
17 |
|
SI |
12 (*1) 15 (*2) |
|
SK |
12 (*1) 15 (*2) |
|
FI |
12 (*1) 15 (*2) |
|
SE |
12 (*1) 15 (*2) |
|
UK |
66 |
NUMRU TOTALI MINIMU TA’ KAMPJUNI: 642
(*1) Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.
(*2) Numru minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu multiplu.