26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/94 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 892/2009
tal-25 ta' Settembru 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi. |
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt e) tal-paragrafu msemmi. |
(3) |
Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4117 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati. |
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli. |
(5) |
Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 hija trasferita [huma trasferiti] fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98. |
(6) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skont l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4117 – 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2009, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjeni ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
a) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2009 (f'kg) |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
09.4127 |
— (1) |
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (1) |
|
L-Awstralja |
09.4129 |
— (1) |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
— (2) |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4138 |
|
1 740 236 |
b) Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2009 |
It-Tajlandja |
09.4112 |
— (3) |
L-Istati Uniti tal-Amerika |
09.4116 |
— (3) |
L-Indja |
09.4117 |
9,352543 % |
il-Pakistan |
09.4118 |
— (3) |
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4119 |
— (3) |
Il-pajjiżi kollha |
09.4166 |
— (3) |
c) Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2009 (f'kg) |
Il-pajjiżi kollha |
09.4168 |
1,305472 % |
0 |
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.
(2) L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu.
(3) L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu.