26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 880/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għall-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn hawn ‘il quddiem “in-Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/718/KE tas-7 ta’ Settembru 2009 (2) dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi hawn fuq bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati mibdija skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

(3)

Skont l-Artikolu 153(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (3), raffinaturi full-time fil-Komunità għandhom aċċess privileġġat għaz-zokkor għar-raffinar matul l-ewwel 3 xhur tas-sena kummerċjali 2009/2010, jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009. F’każ li dan ir-Regolament għandu japplika minn data wara l-1 ta’ Ottubru 2009 u sabiex tiġi garantita l-prijorità mogħtija lil raffinaturi full-time għas-sena kummerċjali 2009/2010, il-bidu tal-perijodu ta’ tliet xhur għandu jkun pospost sal-ewwel jum ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, il-kwoti bin-Numri ta’ Ordni 10, 14, 28, 31, 101 u 103 għandhom jiġu ssostitwiti bl-istess Numri ta’ Ordni li jidhru fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 153(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, għall-kwoti bin-Numri ta’ Ordni 101 u 103 kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, il-perijodu ta’ tliet xhur għas-sena kummerċjali 2009/2010 għandu jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009, jew mill-ewwel jum tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi wara l-oħra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Madankollu, jekk l-ittra ffirmata mill-Brażil msemmija fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri approvat bid-Deċiżjoni 2009/718/KE ma tiġix riċevuta qabel dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fis-serje C ta’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. F’dak il-każ, dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-regoli dettaljati li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/718/KE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ara paġna 104 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, it-test għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jiġi kkunsidrat bħala li m’għandux iktar minn valur indikattiv, u l-konċessjonijiet għandhom jiġu ddeterminati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni tar-Regolament preżenti. Fejn jiġu indikati l-kodiċijiet ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu ddeterminati mill-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, il-kwoti bin-Numri ta’ Ordni 10, 14, 28, 31, 103 u 101 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Nru ta’ Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantità tal-kwota

Rata ta’ dazju (%)

Termini u kundizzjonijiet oħrajn

1

2

3

4

5

6

10

0201 30 00 ,

0202 30 90 ,

0206 10 95 ,

0206 29 91

Laħam mingħajr għadam ta’ kwalità għolja ta’ bhejjem tal-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li joqgħod għal din it-tifsira: ‘Qatgħat magħżulin minn għoġġiela jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘B’ b’kisja tax-xaħam bin-numri ‘2’ jew ‘3’, skont il-klassifikazzjoni uffiċjali tal-karkassi taċ-ċanga stabbilita mill-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u l-Provvista fil-Brażil (Ministério da Agricultura, Pecuaria e Abastecimento)’

10 000  t

20

Pajjiż fornitur: Il-Brażil

14

0202 20 30

0202 30 10

0202 30 50

0202 30 90

0206 29 91

Kwarti ta’ quddiem ta’ bhejjem tal-ifrat mhux mifrudin jew mifrudin, iffriżati

Kwarti ta’ quddiem, sħaħ jew maqsumin f’massimu ta’ ħames biċċiet, kull kwart jinsab fi blokk wieħed: kwarti “kumpensanti” f’żewġ blokki, li wieħed minnhom fih il-kwart ta’ quddiem, sħaħ jew maqsumin f’massimu ta’ ħames biċċiet, u l-oħra, il-kwart ta’ wara, ħlief il-flett, f’biċċa waħda

“Crop”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra

Oħrajn

Falda ħoxna u falda rqiqa, iffriżata

63 703  t

(għadam bħala piż)

20 (*)

20 + 994,5 EUR/1 000  kg/net (**)

20 (*)

20 + 1 554,3  EUR/1 000  kg/net (**)

20 (*)

20 + 1 554,3  EUR/1 000  kg/net (**)

20 (*)

20 + 2 138,4  EUR/1 000  kg/net (**)

20 (*)

20 + 2 138,4  EUR/1 000  kg/net (**)

Il-laħam importat għandu jkun użat għall-ipproċessar

Il-kwantità tista’ skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji tkun ikkonvertita fi kwantità ekwivalenti ta’ laħam ta’ kwalità għolja

28

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

Qatgħat ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati:

 

Mingħajr Għadam

 

Sdieri u qatgħat tagħhom

 

Oħrajn

18 000  t

0

Allokata lill-pajjiżi fornituri kif ġej:

Il-Brażil 9 600  t

It-Tajlandja 5 100  t

Oħrajn 3 300  t

31

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

Qatgħat tad-dundjan, iffriżati

 

Mingħajr Għadam

 

Nofsijiet jew kwarti

 

Oħrajn

7 485  t

0

Allokata lill-pajjiżi fornituri kif ġej:

Il-Brażil 4 300  t

Oħrajn 3 185  t

103

1701 11 10

Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar

310 124  t

9,8 EUR/100 kg/net (***)

Allokata lill-Brażil

101

1701 11 10

Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar

336 876  t

9,8 EUR/100 kg/net (*)

Ara wkoll in-Nota 2 addizzjonali mal-Kapitolu 17”


(*)  Meta l-laħam intiż għall-manifattura tal-ikel ippreservat li ma jkunx fih komponenti karatteristiċi apparti milli miċ-ċanga u l-ġelatina;

(**)  Meta l-laħam intiż għall-manifattura ta’ prodotti ħlief għall-ikel ippreservat imsemmi hawn fuq

(***)  Din ir-rata tapplika għal zokkor mhux raffinat bi produzzjoni ta’ 92 %

(*)  Din ir-rata tapplika għal zokkor mhux raffinat bi produzzjoni ta’ 92 %