22.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 868/2009

tal-21 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 u r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 (2), jeħtieġ li jinħarġu ċertifikati ta’ awtentiċità għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Arġentina qabel ma jkunu importati fil-Komunità. Il-lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina li għandhom is-setgħa li joħorġu dawn iċ-ċertifikati hija stipulata fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 (3) jistipula li jeħtieġ li jinħarġu ċertifikati ta’ awtentiċità għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella qabel ma jkunu importati fil-Komunità. Il-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi li jesportaw li għandhom is-setgħa li joħorġu dawn iċ-ċertifikati hija stipulata fl-Anness II għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Arġentina bidlet l-isem tal-awtorità li toħroġ ċ-ċertifikati tal-awtentiċità skont ir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Sabiex jiġi evitat li l-isem tal-awtorità msemmija fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità maħruġa reċentement ma jikkorrispondix mal-isem tal-awtorità elenkata fir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 dan ir-Regolament għandu japplika mit-22 ta’ Lulju 2009, id-data li fiha l-Arġentina nnotifikat l-isem il-ġdid lill-Kummissjoni.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 qed jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-22 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Memru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.

(3)   ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.


ANNESS I

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina li għandhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità

Oficina Nacional de Control Comercial Agropecuario (ONCCA):

għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).”


ANNESS II

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008, l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

Oficina Nacional de Control Comercial Agropecuario (ONCCA):

għal-laħam li joriġina fl-Arġentina u li huwa skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a).”