|
19.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 860/2009
tat-18 ta' Settembru 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta' kwoti għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun Cariforum u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għas-sena 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 250 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun Cariforum (numru tas-serje 09.4220); kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189); u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190). |
|
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta’ Settembru huwa t-tielet subperjodu għal dawn il-kwoti, imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007. |
|
(3) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2009, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament imsemmi, jirrappreżentaw kwantità fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar li hija akbar minn dik disponibbli. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 – 09.4190, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti li jmiss, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 u 09.4190 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 għas-subperjodu li jmiss huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2009 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) nru 1529/2007
|
Oriġini/Prodott |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2009 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subprejodu ta' Ottubru 2009 (f'kg) |
||
|
Stati li huma parti mir-reġjun Cariforum (l-Artikolu 1(1)b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007) |
09.4220 |
– (1) |
|
||
|
|
|
|
||
|
OCTs (l-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007) |
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
09.4189 |
– (1) |
21 351 500 |
||
|
09.4190 |
– (2) |
10 000 000 |
(1) L-applikazzjonijiet huma għal kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.
(2) L-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.