|
23.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 846/2009
ta’ 1 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 44, u l-Artikolu 59(6), l-Artikolu 66(3), l-Artikolu 69(1), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(2), l-Artikolu 74(2) u l-Artikolu 76(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-esperjenza miksuba mill-bidu tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 'l hawn uriet il-ħtieġa li ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-interventi tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni jkunu ssimplifikati u ċċarati. |
|
(2) |
Fid-dawl ta’ emendi reċenti għar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u għar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja ta’ programmi operattivi u l-eliġibbiltà ta' investiment fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar rispettivament, huwa neċessarju li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (3) jiġu allinjati ma’ dawk ir-Regolamenti. |
|
(3) |
Diversi inkonsistenzi ġew identifikati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 matul l-applikazzjoni tiegħu. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa xieraq li dawn l-inkonsistenzi jiġu eliminati. |
|
(4) |
Peress li xi wħud mir-rekwiżiti ta' informazzjoni u ta' pubbliċità kienu diffiċli biex jiġu applikati għal ċerti tipi ta' ħidmiet fil-prattika u għaldaqstant kienu ta’ piż amministrattiv sproporzjonat għall-benefiċjarji, huwa xieraq li jkun hemm lok għal aktar flessibilità. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, rekwiżiti aktar flessibbli għandhom japplikaw ukoll għal ħidmiet u attivitajiet li diġà ġew magħżula għall-ko-finanzjament mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006. |
|
(5) |
Huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat li fil-każ tal-Objettiv ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, ċerti responsabilitajiet tal-awtorità ta' ġestjoni relatati mar-regularità tal-operazzjonijiet u tan-nefqa fir-rigward tar-regoli nazzjonali u dawk Komunitarji japplikaw ukoll għall-kontrolluri maħtura skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006. |
|
(6) |
Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li r-rapport u l-opinjoni annwali ta' kontroll kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-għeluq u r-rapport ta' kontroll finali għandhom ikopru l-programm sħiħ u kull nefqa tal-programm eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fl-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta' Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta' ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam (4), il-proċeduri ta' rappurtaġġ fuq segwitu ta' irregolaritajiet għandhom ikunu ssimplifikati. Barra minn dan, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv impost fuq l-Istati Membri huwa neċessarju li jiġi ddeterminat b'mod aktar preċiż liema informazzjoni teħtieġ il-Kummissjoni. Għal dak il-għan, informazzjoni dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati u dwar l-ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati għandhom ikunu inklużi fid-dikjarazzjoni annwali li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006. |
|
(8) |
Il-proċeduri għal rappurtaġġ dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhom b'mod preċiż jirriflettu l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri stipulati fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u b'mod partikolari l-obbligazzjoni biex jiġi żgurat twettiq effettiv tal-irkupri. Huwa xieraq ukoll li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' kif il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-obbligazzjonijiet sabiex isiru aktar effiċjenti u ta' nefqa effettiva. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni hija responsabbli li żżomm ir-reġistri tal-kontijiet kompluti inkluż, b'mod partikolari, referenzi għall-ammonti rrappurtati lill-Kummissjoni bħala irregolari skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata ċirkulazzjoni effiċjenti ta' informazzjoni li tikkonċerna irregolaritajiet u biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet ta' punti ta' kuntatt differenti huwa xieraq li b'kooperazzjoni mal-Istati Membri d-dispożizzjonijiet jinġabru f'Artikolu wieħed. |
|
(11) |
Huwa neċessarju li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja bl-għanjuna mill-Fondi billi l-interazzjoni bejn l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u l-awtoritajiet ta' ġestjoni tiġi ssimplifikata u ssir aktar flessibbli. Barra minn dan, sabiex jiġu mmitigati d-diffikultajiet involuti mid-distanza kbira tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huwa xieraq li jiżdied il-limitu għall-ispejjeż ta' ġestjoni għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja li joperaw f'dawk ir-reġjuni. |
|
(12) |
Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li dawk l-intrapriżi u l-proġetti mmirati lejn żoni urbani appoġġjati mill-istrumenti ta' inġinerija finazjarja m'humiex esklużi milli jirċievu għotja minn programm operattiv. |
|
(13) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-interventi fis-settur tal-akkomodazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006, għandha tiġi pprovduta aktar flessibilità fir-rigward tal-kriterja għall-għażla taż-żoni u l-eliġibbiltà ta' dawk l-interventi. |
|
(14) |
Huwa xieraq li jiġu ċċarati r-regoli tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż imħallsa mill-awtoritajiet pubbliċi li ma jifformawx parti mill-għajnuna teknika fejn l-awtorità pubblika nnifisha hija benefiċjarju tal-programmi operattivi skont l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. |
|
(15) |
Peress li l-Artikolu 7(4)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 jistipula regoli għall-kalkolu tal-ispejjeż indiretti, għandha tiġi evitata l-applikazzjoni tar-regoli paralleli stabbiliti mill-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006. Madankollu, sabiex jitħarsu aspettattivi leġittimi, huwa xieraq li tinżamm il-possibilità għall-Istati Membri li japplikaw dawk ir-regoli għall-ħidmiet skont il-programmi tal-objettiv għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea li kienu magħżula qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Huwa neċessarju li tiġi ssimplikata u allinjata l-informazzjoni fil-lista ta' dejta dwar il-ħidmiet għall-iskop ta’ spezzjonijiet dokumentali u spezzjonijiet fuq il-post ma' dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 kif ukoll mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006. |
|
(17) |
Huwa xieraq li tiġi pprovduta aktar flessibilità għal teħid każwali statistiku ta' kampjuni f'każ ta' ħidmiet li jkopru popolazzjoni ta' daqs żgħir. |
|
(18) |
Skont l-Artikolu 78(4) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa possibbli li tiġi inkluża n-nefqa għal proġett maġġuri fid-dikjarazzjoni ta' nefqa qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq proġett maġġur. Għalhekk huwa xieraq li titħassar ir-riferenza lid-dikjarazzjoni tan-nefqa li tikkonċerna proġetti maġġuri fiċ-ċertifikat tan-nefqa li jkun mal-pagamenti proviżorji skont l-Artikolu 78 ta' dak ir-Regolament. |
|
(19) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, huwa xieraq li jitħassar ir-rekwiżit għal rappurtaġġ dwar it-tqassim annwali tan-nefqa totali li tkun iċċertifikata eliġibbli mid-dikjarazzjoni ta' nefqa għal pagament proviżorju u pagament tal-bilanċ, li għandu biss relevanza limitata. |
|
(20) |
Huwa neċessarju li l-informazzjoni meħtieġa tiġi armonizzata fid-dikjarazzjoni ta' nefqa għal għeluq parzjali mal-informazzjoni meħtieġa fid-dikjarazzjoni ta' nefqa għal pagament proviżorju u pagament tal-bilanċ. |
|
(21) |
Sabiex il-mekkaniżmi ta' rappurtaġġ jitjiebu, huwa neċessarju li r-rekwiżiti għar-rapporti annwali u finali jkunu ċċarati. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-użu tal-indikaturi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-użu tal-Fondi, u li tiġi speċifikata l-informazzjoni meħtieġa għal proġetti maġġuri u għal miżuri ta' informazzjoni u ta' pubbliċità. |
|
(22) |
L-esperjenza wriet ukoll li hu neċessarji li jiġi ċċarat il-kontenut u titnaqqas il-firxa ta' informazzjoni mitluba fil-kuntest ta' applikazzjonijiet għal proġetti maġġuri. |
|
(23) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1828/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(24) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1828/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 8 tal-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 14, qed jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Fir-rekords miżmuma b'konformità mal-Artikolu 61(f) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, kull ammont relatat ma' irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi identifikata min-numru ta' riferenza attribwit lil dik l-irregolarità jew bi kwalunkwe metodu xieraq ieħor.” |
|
(5) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 30 huwa mibdul b’dan li ġej: “L-Artikolu 30 Rappurtaġġ ta' aġġornament 1. B'żieda mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara l-għeluq ta' kull tliet xhur, b'referenza għal kwalunkwe rapport magħmul qabel skont dak l-Artikolu, bid-dettalji li jikkonċernaw il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kwalunkwe proċeduri biex jiġu imposti penali amministrattivi jew kriminali relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati kif ukoll mal-eżitu ta' tali proċeduri. Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ġew imposti penali, l-Istati Membri għandhom ukoll jindikaw dan li ġej:
2. Għat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet.” |
|
(9) |
L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 35 qed jitħassar. |
|
(11) |
L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
L-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
L-Artikolu 47 huwa mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 47 Interventi fil-qasam tal-akkommodazzjoni 1. Sabiex jiddeterminaw iż-żoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006, l-Istati Membri għandhom iqisu minn tal-inqas il-kriterji li ġejjin:
2. L-interventi li ġejjin biss gћandhom ikunu eliġibbli skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006:
|
|
(16) |
Fl-Artikolu 50, il-paragrafu 3 hu ssostitwit b’dan li ġej: “3. L-ispejjeż li jissemmew fil-punt (b) tal-paragrafu 1 gћandhom ikunu eliġibbli jekk ma jkunux ġejjin mir-risponsabilitajiet statutorji tal-awtorità pubblika jew mill-ġestjoni tagħha ta' kuljum, mill-monitoraġġ u ħidmiet ta' kontroll u għandhom x'jaqsmu jew man-nefqa li tħallset attwalment u direttament għall-ħidma kofinanzjata jew inkella ma' kontribuzzjonijiet in natura, kif imsemmi fl-Artikolu 51.” |
|
(17) |
Fl-Artikolu 52, qed jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom japplikaw biss għal ħidmiet approvati qabel 13 ta’ Ottubru 2009 u fejn l-għażla disponibbli għall-Istati Membri fl-Artikolu 7(4)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 ma tkunx ġiet eżerċitata.” |
|
(18) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
|
(19) |
L-Anness III huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament. |
|
(20) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness III ma' dan ir-Regolament. |
|
(21) |
L-Annessi X u XI huma mibdula bit-test stipulat fl-Anness IV ma' dan ir-Regolament. |
|
(22) |
L-Anness XIV huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness V ma' dan ir-Regolament. |
|
(23) |
L-Anness XVIII huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness VI ma’ dan ir-Regolament. |
|
(24) |
L-Annessi XX, XXI u XXII huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness VII ma' dan ir-Regolament. |
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Punti (1) u (2) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mis-16 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2009.
Gћall-Kummissjoni
Paweł SAMECKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
ANNESS I
Fl-Anness I, taħt l-intestatura “Internet”, is-sentenza hija mibdula b’dan li ġej:
“PANTONE REFLEX BLUE jikkorrispondi għall-kulur tal-paletta tal-web RGB: 0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u PANTONE YELLOW jikkorrispondi għall-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).”
ANNESS II
“ANNESS III
LISTA TAD-DATA DWAR L-OPERAZZJONIJIET LI GĦANDHA TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI META SSIR TALBA GĦALIHA GĦALL-ISKOP TA’ KONTROLLI DOKUMENTARI U FIL-POST TAĦT L-ARTIKOLU 14
A. Id-data dwar l-operazzjonijiet (skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni, kif ġiet emendata)
|
Qasam 1. |
Il-kodiċi CCI tal-programm operattiv |
|
Qasam 2. |
In-numru tal-prijorità |
|
Qasam 3. |
L-isem tal-fond |
|
Qasam 4. |
Il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn tinstab/qed titwettaq l-operazzjoni (il-Livell NUTS jew ieħor, jekk adattat) |
|
Qasam 5. |
L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni |
|
Qasam 6. |
L-awtorità ta’ ġestjoni |
|
Qasam 7. |
Il-korp intermedju li jiddikjara n-nefqa lill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, jekk japplika |
|
Qasam 8. |
In-numru tal-kodiċi uniku tal-operazzjoni |
|
Qasam 9. |
Deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni |
|
Qasam 10. |
Id-data tal-bidu tal-operazzjoni |
|
Qasam 11. |
Id-data tat-tmiem tal-operazzjoni |
|
Qasam 12. |
Il-korp li joħroġ id-deċiżjoni tal-approvazzjoni |
|
Qasam 13. |
Id-data tal-approvazzjoni |
|
Qasam 14. |
Ir-referenza tal-benefiċjarju |
|
Qasam 15. |
Il-munita (jekk mhux euro) |
|
Qasam 16. |
|
|
Qasam 17. |
L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli li trid titħallas mill-benefiċjarji |
|
Qasam 18. |
Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti |
|
Qasam 19. |
|
B. In-nefqa ddikjarata fuq l-operazzjoni
|
Qasam 20. |
In-numru ta’ referenza intern tal-aћћar applikazzjoni gћar-rimborż mill-operazzjoni |
|
Qasam 21. |
Id-data meta l-aћћar applikazzjoni gћar-rimborż mill-operazzjoni ddaћћlet fis-sistema ta’ monitoraġġ |
|
Qasam 22. |
L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji u li ġiet iddikjarata fl-aћћar applikazzjoni gћar-rimborż mill-operazzjoni li ddaћћlet fis-sistema ta’ monitoraġġ |
|
Qasam 23. |
L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji li għaliha saru applikazzjonijiet għar-rimborż |
|
Qasam 24. |
Il-post fejn jinsabu d-dokumenti ta’ appoġġ dettaljati gћat-talba jekk mhux fl-uffiċċji tal-benefiċjarju |
|
Qasam 25. |
In-nefqa relatata mal-FEŻR gћall-programmi operattivi kofinanzjati mill-FSE (1) |
|
Qasam 26. |
In-nefqa relatata mal-FSE gћall-programmi operattivi kofinanzjati mill-FEŻR (2) |
|
Qasam 27. |
In-nefqa mħallsa f’żoni qrib iż-żoni eliġibbli (il-kooperazzjoni transkonfinali) (3) |
|
Qasam 28. |
In-nefqa mħallsa mill-imsieћba li jinstabu barra miż-żona (il-kooperazzjoni transnazzjonali) (4) |
|
Qasam 29. |
In-nefqa mħallsa barra l-Komunità (il-kooperazzjoni transkonfinali, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni interreġjonali) (5) |
|
Qasam 30. |
In-nefqa mħallsa gћax-xiri tal-art (6) |
|
Qasam 31. |
In-nefqa mħallsa gћall-akkommodazzjoni (7) |
|
Qasam 32. |
In-nefqa mħallsa għal-spejjeż indiretti/ġenerali ddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa, spejjeż ta’ rati fissi kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ tabelli standard ta’ spejjeż unitarji u somom f’daqqa (8) |
|
Qasam 33. |
Id-dħul imnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni u inkluż fid-dikjarazzjoni tan-nefqa u l-applikazzjoni għall-ħlas |
|
Qasam 34. |
Korrezzjonijiet finanzjarji mnaqqsa min-nefqa tal-operazzjoni u inkluż fid-dikjarazzjoni tan-nefqa u l-applikazzjoni għall-ħlas |
|
Qasam 35. |
L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli li ġiet iddikjarata mill-operazzjoni u li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika li ġiet inkluża fid-dikjarazzjoni tan-nefqa li ntbagħtet lill-Kummissjoni mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni (f’EUR) |
|
Qasam 36. |
L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli li ġiet iddikjarata mill-operazzjoni u li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika li ġiet inkluża fid-dikjarazzjoni tan-nefqa li ntbagħtet lill-Kummissjoni mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni (valuta nazzjonali) |
|
Qasam 37. |
Id-data tal-aћћar dikjarazzjoni tan-nefqa tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni li tinkludi n-nefqa mill-operazzjoni |
|
Qasam 38. |
Id-data tal-verifiki li saru skont l-Artikolu 13(2)(b) |
|
Qasam 39. |
Id-data tal-verifiki skont l-Artikolu 16(1) |
|
Qasam 40. |
Il-korp li gћamel il-verifika |
|
Qasam 41. |
|
(1) Il-qasam 25: għandu jkun ipprovdut gћall-programmi operattivi li ġew kofinanzjati mill-FSE fejn isir użu mill-gћażla li tissemma fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew mill-gћażla li tissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(2) Il-qasam 26 għandu jkun ipprovdut gћall-programmi operattivi li ġew kofinanzjati mill-FEŻR fejn isir użu mill-gћażla li tissemma fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew mill-gћażla li tissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(3) L-Artikolu 21(1), tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(4) L-Artikolu 21(2), tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(5) L-Artikolu 21(3), tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(6) L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(7) L-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.
(8) L-Artikolu (7) tar-Regolament 1080/2006 u l-Artikolu (11) tar-Regolament 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12).”
ANNESS III
Fl-Anness IV, il-punt 5 li ġej huwa miżjud:
|
“5. |
Fejn in-numru tal-ħidmiet għal sena ta' riferenza partikolari mhuwiex biżżejjed biex jippermetti l-użu ta' metodu statistiku għall-għażla b'mod każwali tal-kampjun, jista' jintuża metodu li mhuwiex statistiku. Il-metodu applikat għandu jiżgura għażla b'mod każwali tal-kampjun. Id-daqs tal-kampjun irid jiġi ddeterminat billi jitqies il-livell ta' assigurazzjoni pprovdut mis-sistema, u għandu jkun biżżejjed biex jippermetti l-awtorità ta' verifika biex tagħmel konklużjonijiet validi (pereżempju riskju baxx ta' teħid ta' kampjuni) fuq it-tħaddim effettiv tas-sistema.” |
ANNESS IV
"ANNESS X
IĊ-ĊERTIFIKAT U D-DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA U L-APPLIKAZZJONI GĦAL ĦLAS INTERIM
ANNESS XI
ID-DIKJARAZZJONI ANNWALI DWAR L-AMMONTI RTIRATI U RKUPRATI, IRKUPRI PENDENTI U AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI (ARTIKOLU 20(2))
1. L-IRTIRAR U L-IRKUPRAR IMNAQQSA MID-DIKJARAZZJONIJIET TAN-NEFQA MATUL IS-SENA 20…
|
|
A) irtirar (1) |
B) irkupri (2) |
||||||
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
|
L-assi prijoritarju |
L-ammont totali ta’ spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji li ġew irtirati (3) |
Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata (4) |
L-ammont totali ta’ spejjeż irtirati b’rabta mal-irregolaritajiet irrrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (5) |
L-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata b’rabta mal-irregolaritajiet irrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (6) |
Il-kontribuzzjoni pubblika rkuprata (7) |
L-ammont totali ta’ spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji (8) |
L-ammont ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprata b’rabta mal-irregolaritajiet irrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (9) |
L-ammont totali ta’ spejjeż b’rabta mal-irregolaritajiet irrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (10) |
|
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
2. L-IRKUPRI PENDENTI KIF INHUMA FIL-31.12.20..
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
|
L-assi prijoritarju |
Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru |
Il-kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata (11) |
L-ammont totali ta’ spejjeż eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji (12) |
L-ammont totali ta’ spejjeż b’rabta mal-irregolaritajiet irrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (13) |
L-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika li jrid jiġi rkuprat b’rabta mal-irregolaritajiet irrapportati skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 (14) |
|
1 |
2007 |
|
|
|
|
|
|
2008 |
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
2 |
2007 |
|
|
|
|
|
|
2008 |
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
3 |
2007 |
|
|
|
|
|
|
2008 |
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
3. L-AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI KIF INHUMA FIL-31.12.20..
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
k |
|
L-isem tal-ħidma |
L-assi prijoritarju |
In-numru ta' identifikazzjoni tal-irregolarità jekk applikabbli (15) |
Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru |
Il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (16) |
L-ispejjeż totali mħallsa mill-benefiċjarji ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati (17) |
Id-data tal-aħħar ħlas ta’ kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju |
Data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati |
Ir-raġuni għaliex ma jistgħux jiġu rkuprati |
Il-miżuri ta’ rkupru meħuda inkluża d-data tal-ordni ta’ rkupru |
Indika jekk is-sehem tal-Komunità għandux jitħallas mill-baġit tal-Unjoni Ewropea (Iva/Le) (18) |
|
X |
|
|
20.. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Y |
|
|
20.. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Z |
|
|
20.. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Parti A) tat-tabella (irtirar) hi mimlija b’rabta man-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u li ġiet irtirata mill-programm wara li ġiet osservata l-irregolarità. F’dan il-każ it-tabelli 2 u 3 ta’ dan l-anness m’hemmx bżonn jimtlew.
(2) Parti B) tat-tabella (irkuprar) hi mimlija b’rabta man-nefqa li għalissa tħalliet fil-programm sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċedimenti ta' rkupru u li tnaqqset wara l-irkupru.
(3) Dan l-ammont huwa l-ammont totali tan-nefqa li diġà ġie ddikjarat lill-Kummissjoni u li ġiet affettwat minn irregolaritajiet u li ġie rtirat.
(4) Din il-kolonna għandha timtela fejn il-kontribuzzjoni tal-Fondi hi kkalkolata b’referenza għan-nefqa eliġibbli pubblika.
(5) Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna b) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(6) Din il-kolonna għandha timtela fejn il-kontribuzzjoni tal-Fondi hi kkalkolata b’referenza għan-nefqa eliġibbli pubblika.
(7) Dan huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprat b’mod effettiv mill-benefiċjarju.
(8) Dan l-ammont huwa l-ammont ta’ spejjeż imħallsa mill-benefiċjarju u li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna f).
(9) Dan l-ammont jirrigwarda l-parti tal-ammont fil-kolonna f) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(10) Dan l-ammont jirrigwarda l-parti tal-ammont fil-kolonna g) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(11) Din hija l-kontribuzzjoni pubblika suġġetta għal proċedimenti ta’ rkupru fil-livell tal-benefiċjarju.
(12) Dan hu l-ammont tal-ispejjeż imħallsa mill-benefiċjarju u li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna c).
(13) Dan l-ammont jirrigwarda l-parti tal-ammont fil-kolonna d) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(14) Dan l-ammont jirrigwarda l-parti tal-ammont fil-kolonna c) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(15) Dan huwa n-numru ta’ referenza attribwit lill-irregolarità jew identifikazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
(16) Dan hu l-ammont ta' kontribuzzjoni pubblika mħallas mill-benefiċjarju, liema ammont ġie ddikjarat li ma setax jiġi rkuprat jew li mhuwiex mistenni jiġi rkuprat.
(17) Dan l-ammont huwa l-ammont ta’ spejjeż imħallsa mill-benefiċjarju u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna (e).
(18) Is-sehem tal-Komunità hu kkalkolat billi tiġi applikata r-rata ta’ kofinanzjament fil-livell tal-assi prijoritarju jew b’referenza għall-kolonna (e) jew (f) skont l-Artikolu 53(1)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006."
ANNESS V
ANNESS VI
“ANNESS XVIII
IR-RAPPURTAĠĠ ANNWALI U FINALI
1. IDENTIFIKAZZJONI
|
IL-PROGRAMM OPERATTIV |
L-għan ikkonċernat |
|
Il-qasam eliġibbli konċernat |
|
|
Il-perjodu ta’ programmazzjoni |
|
|
In-numru tal-programm (Nru CCI) |
|
|
It-titolu tal-programm |
|
|
IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI |
Is-sena tar-rappurtaġġ |
|
Id-data tal-approvazzjoni tar-rapport annwali mill-kumitat ta’ monitoraġġ |
2. DESKRIZZJONI ĠENERALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM OPERATTIV
2.1. Il-kisba u l-analiżi tal-progress
2.1.1. L-informazzjoni dwar il-progress fiżiku tal-Programm Operattiv:
Għal kull indikatur kwantifikat u b’mod partikolari l-indikaturi ċentrali:
|
Indikaturi |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
Total |
|
|
L-indikatur 1: |
Il-kisba (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-mira (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ammont ta’ referenza (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-indikatur n: |
Il-kisba |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-mira |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ammont ta’ referenza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-indikaturi kollha għandhom jiġu analizzati statistikament skont is-sess, fejn ikun possibbli. Jekk iċ-ċifri (id-data) ma jkunux għadhom disponibbli, l-informazzjoni dwar meta se jkunu disponibbli u meta l-awtorità ta’ ġestjoni se tipprovdihom lill-Kummissjoni għandu jiġi ddikjarat.
2.1.2. L-informazzjoni finanzjarja (id-data finanzjarja kollha għandha tiġi espressa f’euro)
|
|
In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji inkluża fit-talbiet għall-ħlas mibgħuta lill-awtorità ta’ ġestjoni |
Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti |
In-nefqa mħallsa mill-korp responsabbli milli jagħmel il-ħlasijiet lill-benefiċjarji |
Il-ħlasijiet totali riċevuti mill-Kummissjoni |
|
L-assi ta’ prijorità 1 Speċifika l-Fond li minnu n-nefqa tat-tip ESF li minnu n-nefqa tat-tip ERDF |
— |
— |
— |
— |
|
L-assi ta’ prijorità 2 Speċifika l-Fond li minnu n-nefqa tat-tip ESF li minnu n-nefqa tat-tip ERDF |
— |
— |
— |
— |
|
L-assi ta' prijorità … Speċifika l-Fond li minnu n-nefqa tat-tip ESF li minnu n-nefqa tat-tip ERDF |
— |
— |
— |
— |
|
Is-somma finali |
|
|
|
|
|
It-total fir-reġjuni tranżitorji fis-somma finali |
|
|
|
|
|
It-total fir-reġjuni mhux tranżitorji fis-somma finali |
|
|
|
|
|
In-nefqa tat-tip ESF fis-somma finali fejn il-programm operattiv huwa ko-finanzjat mill-ERDF (4) |
|
|
|
|
|
In-nefqa tat-tip ERDF fis-somma finali fejn il-programm operattiv huwa ko-finanzjat mill-ESF (4) |
|
|
|
|
|
— |
Għal programmi operattivi li jirċievu kontribuzzjoni mill-ERDF skont l-allokazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda: l-analiżi sistematika tan-nefqa bejn l-ispejjeż operattivi u l-investimenti fl-infrastrutturi. |
2.1.3. L-informazzjoni dwar l-analiżi sistematika tal-użu tal-Fondi
|
— |
Informazzjoni skont il-Parti C tal-Anness II. |
2.1.4. L-għajnuna skont il-gruppi mmirati
|
— |
Għall-programmi operattivi ko-finanzjati mill-ESF: l-informazzjoni skont il-gruppi mmirati skont l-Anness XXIII. |
|
— |
Għall-programm operattiv ko-finanzjat mill-ERDF: kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe grupp, settur jew qasam (fejn ikun rilevanti) immirat speċifikament. |
2.1.5. L-għajnuna mħallsa lura jew użata mill-ġdid
|
— |
Informazzjoni dwar l-użu li jsir mill-għajnuna mħallsa lura jew użata mill-ġdid wara l-kanċellament tal-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 57 u 98(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. |
2.1.6. L-analiżi kwalitattiva
|
— |
L-analiżi tal-kisbiet skont kif imkejla minn indikaturi fiżiċi u finanzjarji, inkluża analiżi kwalitattiva tal-progress miksub fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-bidu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontribuzzjoni tal-programm operattiv għall-proċess ta’ Liżbona inkluża l-kontribuzzjoni tiegħu għall-kisba tal-miri tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. |
|
— |
Il-wirja tal-effetti tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv fuq il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa kif inhu xieraq u deskrizzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija. |
|
— |
Għal programmi operattivi ko-finanzjati mill-ESF: informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006. |
2.2. L-informazzjoni dwar il-konformità mal-liġi Komunitarja
Kwalunkwe problema sinifikanti li għandha x’taqsam mal-konformità mal-liġi Komunitarja li tkun inqalgħet fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv u l-miżuri meħuda biex din tiġi ttrattata.
2.3. Problemi sinifikanti li jinqalgħu u l-miżuri meħuda biex dawn jingħelbu
|
— |
Kwalunkwe problema sinifikanti li tinqala’ fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, inkluż sommarju tal-problemi serji li ġew identifikati taħt il-proċedura tal-Artikolu 62(1)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fejn ikun xieraq, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-kumitat ta’ monitoraġġ biex il-problemi jiġu solvuti. |
|
— |
Għall-programmi ffinanzjati mill-ESF: kwalunkwe problema sinfikanti li tinqala’ fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006. |
2.4. Il-bidliet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv (jekk rilevanti)
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe element li, mingħajr ma joħroġ direttament mill-għajnuna tal-programm operattiv, ikollu impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-programm (bħall-bidliet leġiżlattivi jew l-iżviluppi soċjo-ekonomiċi mhux mistennija).
2.5. Modifika sostanzjali skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (jekk rilevanti)
Każijiet fejn tkun ġiet skoperta modifika sostanzjali skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
2.6. Il-komplementarjetà ma’ strumenti oħrajn
Sommarju tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti li saru li jiżguraw id-demarkazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-għajnuna mill-ERDF, mill-ESF, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-EAFRD, l-EFF, u l-interventi tal-EIB u ta’ strumenti finanzjarji eżistenti oħrajn (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).
2.7. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni
Il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni meħuda mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-kumitat ta’ monitoraġġ, inklużi d-diffikultajiet li jinqalgħu u l-passi meħuda biex jiġu solvuti.
2.8. Ir-riżerva ta' prestazzjoni nazzjonali (fejn japplika u biss għar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni imressaq għall-2010)
L-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
3. L-IMPLIMENTAZZJONI SKONT IL-PRIJORITÀ
3.1. Il-prijorità 1
3.1.1. Il-kisba tal-miri u l-analiżi tal-progress
L-informazzjoni dwar il-progress fiżiku tal-prijorità
Għal kull indikatur kwantifikat fl-assi ta’ prijorità u b’mod partikolari l-indikaturi ċentrali:
|
Indikaturi |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
Total |
|
|
L-Indikatur 1: |
Kisba (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mira (6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ammont ta’ referenza (7) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-indikatur n: |
Kisba |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mira |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-ammont ta’ referenza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-indikaturi kollha għandhom jiġu analizzati statistikament skont is-sess, fejn ikun possibbli. Jekk id-data ma tkunx għadha disponibbli, l-informazzjoni dwar meta se tkun disponibbli u meta l-awtorità ta’ ġestjoni se tipprovdiha lill-Kummissjoni għandu jkun iddikjarat.
|
— |
Għall-programmi operattivi ko-finanzjati mill-ESF: l-informazzjoni skont il-gruppi mmirati skont l-Anness XXIII. |
L-analiżi kwalitattiva
|
— |
L-analiżi tal-kisbiet permezz tal-użu tal-informazzjoni finanzjarja (punt 2.1.2) u l-indikaturi fiżiċi (punt 3.1.1) u informazzjoni rilevanti oħra. |
|
— |
Il-wirja tal-effetti tal-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa (kif ikun xieraq). |
|
— |
L-analiżi tal-użu tal-Fondi skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Għall-programmi tal-ESF, l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006. |
|
— |
Lista ta’ operazzjonijiet mhux mitmuma u l-iskeda għat-tkomplija tagħhom (rapport finali biss). |
3.1.2. Problemi sinifikanti li jinqalgħu u l-miżuri meħuda sabiex jingħelbu
L-informazzjoni dwar kwalunkwe problema sinifikanti li tinqala’ fl-implimentazzjoni tal-prijorità, inkluż sommarju tal-problemi serji li ġew identifikati skont il-proċedura tal-Artikolu 62(1)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fejn ikun xieraq, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-kumitat ta’ monitoraġġ biex il-problemi jiġu solvuti.
3.2. Il-prijorità 2
Idem.
3.3. Il-prijorità 3
Idem.
4. IL-PROGRAMMI TAL-ESF: IL-KOERENZA U L-KONĊENTRAZZJONI
Għall-programmi tal-ESF:
|
— |
deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet appoġġjati mill-ESF huma konsistenti ma’ u jikkontribwixxu għall-azzjonijiet imwettqa skont l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ riforma nazzjonali u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-inklużjoni soċjali, |
|
— |
deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet tal-ESF jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-impjiegi u tal-għanijiet li huma relatati mal-impjiegi tal-Komunità fil-qasam tal-inklużjoni soċjali, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006). |
5. PROGRAMMI TAL-ERDF/CF: IL-PROĠETTI MAĠĠURI (JEKK APPLIKABBLI)
Għal proġetti maġġuri għaddejjin bħalissa:
|
— |
Progress fl-implimentazzjoni tal-istadji differenti tal-proġetti maġġuri kif definit fil-programm stipulat fil-punt D.1 tal-Annessi XXI u XXII. |
|
— |
Progress fil-finanzjament ta' proġetti maġġuri msejsa fuq l-informazzjoni mogħtija fil-punt H.2.2. tal-Annessi XXI u XXII (l-informazzjoni trid tiġi pprovduta b’mod kumulattiv). |
Għal proġetti maġġuri li tlestew:
|
— |
Lista ta' proġetti maġġuri li tlestew, inkluża d-data ta’ tlestija, l-ispejjeż finali totali tal-investiment bl-użu ta’ mudell (template) li jinsab fil-punt H.2.2 tal-Annessi XXI u XXII u l-indikaturi ewlenin tal-produzzjoni u r-riżultati, inklużi, fejn rilevanti, l-indikaturi ċentrali, stipulati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proġett maġġuri. |
|
— |
Problemi sinifikanti li wieħed iltaqa’ magħhom u l-miżuri meħuda biex jingħelbu. |
|
— |
Kwalunkwe bidla fil-lista indikattiva tal-proġetti maġġuri fil-programm operattiv. |
6. L-GĦAJNUNA TEKNIKA
|
— |
Spjegazzjoni tal-użu li sar mill-għajnuna teknika. |
|
— |
Il-perċentwali tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali allokat għall-programm operattiv li ntefaq taħt l-għajnuna teknika. |
7. L-INFORMAZZJONI U L-PUBBLIĊITÀ
|
— |
Informazzjoni skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-kisbiet, l-eżempji ta' prattika tajba u l-avvenimenti sinifikanti.” |
(1) Il-kisba għandha tiġi espressa b’mod kumulattiv – il-valur għall-indikatur għandu jkun il-valur totali miksub sal-aħħar tas-sena tar-rappurtaġġ: Il-kisbiet tas-snin preċedenti jistgħu jiġu aġġornati meta jitressqu r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tas-snin ta’ aktar tard, jekk tkun disponibbli informazzjoni aktar preċiża.
(2) Il-mira tista’ tingħata jew annwalment inkella għall-perjodu sħiħ ta’ pprogrammazzjoni.
(3) L-ammont ta’ referenza huwa mdaħħal biss għall-ewwel sena meta l-informazzjoni tkun disponibbli, sakemm ma jkunx qed jintuża l-kunċett ta’ ammont ta’ referenza dinamiku.
(4) Din il-parti għandha timtela fejn il-programm operattiv ikun ko-finanzjat mill-ERDF jew mill-ESF fejn isir użu mill-għażla skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
(5) Il-kisba għandha tiġi espressa b’mod kumulattiv – il-valur għall-indikatur għandu jkun il-valur totali miksub sal-aħħar tas-sena tar-rappurtaġġ: Il-kisbiet tas-snin preċedenti jistgħu jiġu aġġornati meta jitressqu r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tas-snin ta’ aktar tard, jekk tkun disponibbli informazzjoni aktar preċiża.
(6) Il-mira tista’ tingħata jew annwalment inkella għall-perjodu sħiħ ta’ pprogrammazzjoni.
(7) L-ammont ta’ referenza mdaħħal biss għall-ewwel sena meta l-informazzjoni tkun disponibbli, sakemm ma jkunx qed jintuża l-kunċett ta’ ammont ta’ referenza dinamiku.
ANNESS VII
“ANNESS XX
ID-DATA STRUTTURATA TA' PROĠETT MAĠĠURI LI GĦANDHA TIĠI KKODIFIKATA
|
Id-dettalji prinċipali tal-proġett maġġuri |
Il-formola tal-applikazzjoni gћall-infrastruttura |
Il-formola tal-applikazzjoni gћall-investiment produttiv |
It-tip ta’ data |
|
|
L-isem tal-proġett |
B.1.1 |
B.1.1 |
Test |
|
|
L-isem tal-kumpanija |
mhux applikabbli |
B.1.2 |
Test |
|
|
SME |
mhux applikabbli |
B.1.3 |
I/L |
|
|
Id-dimensjoni tat-tema prijoritarja |
B.2.1 |
B.2.1 |
Kodiċi(jiet) |
|
|
Id-dimensjoni tal-forma tal-finanzi |
B.2.2 |
B.2.2 |
Kodiċi |
|
|
Id-dimensjoni territorjali |
B.2.3 |
B.2.3 |
Kodiċi |
|
|
Id-dimensjoni tal-attività ekonomika |
B.2.4 |
B.2.4 |
Kodiċi(jiet) |
|
|
Il-kodiċi NACE |
B.2.4.1 |
B.2.4.1 |
Kodiċi(jiet) |
|
|
In-natura tal-investiment |
mhux applikabbli |
B.2.4.2 |
Kodiċi |
|
|
Id-dimensjoni tal-post |
B.2.5 |
B.2.5 |
Kodiċi(jiet) |
|
|
Il-Fond |
B.3.4 |
B.3.3 |
ERDF/CF |
|
|
L-Assi Prijoritarju |
B.3.4 |
B.3.4 |
Test |
|
|
Il-PPP |
B.4.2.d |
mhux applikabbli |
I/L |
|
|
Il-fażi tal-kostruzzjoni – Id-data tal-bidu |
D.1.8A |
D.1.5A |
Data |
|
|
Il-fażi tal-kostruzzjoni – Id-data ta’ meta ġiet ikkompletata |
D.1.8B |
D.1.5B |
Data |
|
|
Perijodu ta’ referenza |
E.1.2.1 |
E.1.2.1 |
Snin |
|
|
Ir-rata ta’ skont finanzjarju |
E.1.2.2 |
E.1.2.2 |
% |
|
|
L-ispiża totali tal-investiment |
E.1.2.3 |
E.1.2.3 |
EUR |
|
|
L-ispiża totali tal-investiment (il-valur preżenti) |
E.1.2.4 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
Il-valur residwu |
E.1.2.5 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
Il-valur residwu (il-valur preżenti) |
E.1.2.6 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
Id-dћul (il-valur preżenti) |
E.1.2.7 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
L-ispiża operattiva (il-valur preżenti) |
E.1.2.8 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
Id-dћul nett (il-valur preżenti) |
E.1.2.9 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
In-nefqa eliġibbli (il-valur preżenti) |
E.1.2.10 |
mhux applikabbli |
EUR |
|
|
Iż-żjieda stmata fil-fatturat annwali |
mhux applikabbli |
E.1.2.4 |
EUR |
|
|
Bidla % fil-fatturat gћal kull persuna impjegata |
mhux applikabbli |
E.1.2.5 |
% |
|
|
Ir-rata finanzjarja tal-profitti (mingћajr l-gћotja Komunitarja) |
E.1.3.1A |
E.1.3.1A |
% |
|
|
Ir-rata finanzjarja tal-profitti (bl-gћotja Komunitarja) |
E.1.3.1B |
E.1.3.1B |
% |
|
|
Il-valur finanzjarju nett preżenti (mingћajr l-gћotja Komunitarja) |
E.1.3.2A |
E.1.3.2A |
EUR |
|
|
Il-valur finanzjarju nett preżenti (bl-gћotja Komunitarja) |
E.1.3.2B |
E.1.3.2B |
EUR |
|
|
L-ispejjeż eliġibbli |
H.1.12C |
H.1.10C |
EUR |
|
|
L-ammont tad-deċiżjoni |
H.2.1.3 |
H.2.1.1 |
EUR |
|
|
L-gћotja Komunitarja |
H.2.1.5 |
H.2.1.3 |
EUR |
|
|
Nefqa diġà ċertifikata |
Somma f'EUR |
H.2.3 |
H.2.3 |
EUR |
|
L-ispejjeż u l-benefiċċji ekonomiċi |
E.2.2 |
E.2.2 |
Test/EUR |
|
|
Ir-rata ta’ skont soċjali |
E.2.3.1 |
E.2.3.1 |
% |
|
|
Ir-rata ekonomika tal-profitti |
E.2.3.2 |
E.2.3.2 |
% |
|
|
Il-valur ekonomiku nett preżenti |
E.2.3.3 |
E.2.3.3 |
EUR |
|
|
Il-proporzjon tal-Benefiċċji/tal-Ispejjeż |
E.2.3.4 |
E.2.3.4 |
Numru |
|
|
In-numru tal-impjiegi li nћolqu direttament matul il-fażi tal-implimentazzjoni |
E.2.4.1A |
E.2.4 a) 1A |
Numru |
|
|
It-tul medju tal-impjiegi li nћolqu direttament matul il-fażi tal-implimentazzjoni |
E.2.4.1B |
E.2.4 a) 1B |
Xhur/permanenti |
|
|
In-numru tal-impjiegi li nћolqu direttament matul il-fażi operattiva |
E.2.4.2A |
E.2.4 a) 2A |
Numru |
|
|
It-tul medju tal-impjiegi li nћolqu direttament matul il-fażi operattiva |
E.2.4.2B |
E.2.4 a) 2B |
Xhur/permanenti |
|
|
In-numru tal-impjiegi li nћolqu indirettament matul il-fażi operattiva |
mhux applikabbli |
E.2.4 a) 4A |
Numru |
|
|
L-impatt inter-reġjonali tal-impjiegi |
mhux applikabbli |
E.2.4 c) |
Neg/Newt/Poż |
|
|
Il-klassi ta’ żvilupp tal-EIA |
F.3.2.1 |
F.3.2.1 |
I/II/Mhux kopert |
|
|
L-EIA li saret jekk klassi II |
F.3.2.3 |
F.3.2.3 |
I/L |
|
|
% tal-ispiża biex jiġu kkumpensati l-impatti ambjentali negattivi |
F.6 |
F.6 |
% |
|
|
Sorsi Komunitarji oћra (il-BEI/FEI) |
I.1.3 |
I.1.3 |
I/L |
|
|
L-involviment tal-JASPERS |
I.4.1 |
I.4.1 |
I/L |
|
|
Indikaturi ewlenin (jekk jogħġbok agħżel l-indikatur ewlieni rilevanti minn lista li tinżel, disponibbli fis-sistema elettronika): |
B.4.2B |
mhux applikabbli |
Numru |
|