10.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 823/2009
tad-9 ta’ Settembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2), ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi ta’ ħsara. F’ċerti każi ngħata r-rikonoxximent għal żmien limitat biex jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat li jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa li turi li l-organiżmu ta’ ħsara kkonċernat ma kienx jeżisti fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata jew biex ikompli l-isforzi tiegħu biex jeqred l-organiżmu rilevanti. |
(2) |
It-territorju kollu tal-Greċja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta’ Dendroctonus micans Kugelan, Gilpinia hercyniae (Hartig), Gonipterus scutellatus Gyll., Ips amitinus Eichhof, Ips cembrae Heer and Ips duplicatus Sahlberg skont l-ewwel inċiż tas-sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(3) |
Skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2009/29/KE, il-Greċja trid twettaq stħarriġiet uffiċjali regolari u sistematiċi dwar il-preżenza ta’ dawn l-organiżmi ta' ħsara u għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bil-miktub ma' kull sejba tal-organiżmi kkonċernati. L-għan ta’ dan l-obbligu huwa li jagħti l-opportunità lill-Kummissjoni biex tirtira r-rikonoxximent ta’ żona protetta fil-każ li l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent ma jibqgħux sodisfatti. |
(4) |
Tul perjodu ta' ħames snin, il-Greċja ma nnotifikatx lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-istħarriġ dwar il-preżenza ta' dawn l-organiżmi ta' ħsara. Żjara magħmula minn esperti tal-Kummissjoni bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u s-6 ta’ Frar 2009 kkonfermat li l-Greċja kienet naqset milli twettaq l-istħarriġiet regolari u sistematiċi dwar il-preżenza ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara. Madankollu, f’Marzu 2009 l-Greċja tat provi lill-Kummissjoni li kienu ttieħdu l-passi legali, finanzjarji u organiżżattivi meħtieġa għat-twettieq tal-istħarriġ regolari dwar dawn l-organiżmi ta’ ħsara għall-istaġun ta’ rapportaġġ mill-2009 ’l quddiem. |
(5) |
B’konsegwenza, sakemm il-Greċja tkun wettqet l-istħarriġ stipulat fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE u bagħtet rapport tar-riżultati lill-Kummissjoni skont il-ħames sottoparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni, mhemmx possibbiltà li jkun stabbilit li ma għad hemm l-ebda preżenza ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara fil-Greċja. Biex il-Greċja tingħata ż-żmien meħtieġ għat-twettieq tal-istħarriġ u għan-notifikazzjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni, il-Greċja għandha tibqa' rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara sal-31 ta’ Marzu 2010. |
(6) |
Fil-Greċja, Kreta u Lesvos ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Il-Greċja ressqet l-informazzjoni li turi li Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. issa hija stabbilita fil-Greċja. Għalhekk, Kreta u Lesvos m’għandhomx jibqgħu jkunu rrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara. |
(7) |
Ċerti reġjuni jew partijiet ta’ reġjuni differenti fl-Awstrija ġew rikonoxxuti provviżorjament bħala żoni protetti għall-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2009. L-Awstrija ressqet l-informazzjoni li turi li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa stabbiliet ruħha f’xi partijiet tat-territorju tagħha. Għalhekk, dan il-perjodu ta’ żmien mhuwiex se jiġi estiż. |
(8) |
Ir-Repubblika Ċeka u ċerti reġjuni fi Franza u fl-Italja ġew rikonoxxuti provviżorjament bħala żoni protetti fir-rigward tal-grapevine flavescence dorée MLO sal-31 ta’ Marzu 2009. Fid-dawl tal-informazzjoni li ntbagħtet minn dawn l-Istati Membri, dawn iż-żoni protetti għandhom b’eċċezzjoni jkunu rikonoxxuti għal sentejn oħra sabiex l-Istati Membri jkollhom iż-żmien meħtieġ biex jippreżentaw l-informazzjoni li turi li ma hemmx grapevine flavescence dorée MLO jew, fejn hemm bżonn, biex itemmu l-isforzi tagħhom biex jeqirdu lil dan l-organiżmu. |
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 690/2008 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punti 4, 5, 7, 8, 9 u 10 tal-intestatura (a), wara l-kelma “Greċja”, għandhom jiżdiedu dawn il-kliem li ġejjin: “(sal-31 ta' Marzu 2010)”. |
(2) |
Fil-punt 2 tal-intestatura (b), jitħassar it-tielet inċiż. |
(3) |
Fil-punt 01 tal-intestatura (c) jitħassar il-kliem “il-Greċja (Kreta u Lesvos)”. |
(4) |
Il-punt 4 tal-intestatura (d) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.