3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 802/2009

tat-2 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi li m'għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wriet li għad hemm kwantitajiet ta' zokkor disponibbli għall-kwota pprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 bin-numru tas-serje 09.4337 (Lulju-Settembru 2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tindika li l-limiti kkonċernati m'għadhomx jintlaħqu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti tal-kwota previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u bin-numru tas-serje 09.4337 (Lulju-Settembru 2009) m'għadhomx jintlaħqu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament gћandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.