1.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 793/2009

tal-31 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 85 u 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 258/2009 (3), jipprovdi miżura biex l-Istati Membri jirrapportaw annwalment dwar kemm ġiet użata l-kwota, id-distribuzzjoni tal-kwota mhux użata lill-produtturi, u fejn rilevanti, dwar il-ġbir tal-imposta dovuta mill-produtturi bl-iskop li jappoġġjaw is-superviżjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kwota u partikolarment fil-kuntest tar-rapporti li se jiġu provduti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-tmiem tal-2010 u l-2012.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (4), li r-regoli tiegħu ġew sostitwiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bidlu r-rwol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-imposta għaż-żejjed u b’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni mhijiex kompletament konxja tal-kwistjonijiet li jirriżultaw fil-ġbir tal-imposta. Peress li tagħrif bħal dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żviluppata evalwazzjoni kumplessiva tas-sistema u tal-implimentazzjoni tagħha, huwa xieraq li l-Istati Membri jipprovdu tagħrif rilevanti għal kull perjodu mill-2003/2004.

(3)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti b’mod uniformi, jeħtieġ li tiġi stabbilita formola li tagħti l-ispeċifikazzjoni dettaljata għad-dejta.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 4 huwa sostitwit bil-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

“4.   Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-użu tal-kwota u l-ġbir tal-imposta fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu tal-istess sena kalendarja. Qabel l-1 ta’ Diċembru, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw aġġornament tar-rapport lill-Kummissjoni biex ikun jinkludi kull tagħrif ġdid disponibbli u rilevanti.

5.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jinkludi t-tagħrif dwar ir-riallokazzjoni ta’ kwota mhux użata inkluż l-għadd ta’ produtturi li saru allokazzjonijiet għalihom u l-bażi għall-allokazzjonijiet. Fir-rapport, l-Istati Membri għandhom jinkludu tal-inqas it-tagħrif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness IIa. Fil-każ tar-rapport li għandu jiġi kkomunikat qabel l-1 ta’ Ottubru 2009, dan għandu jipprovdi t-tagħrif rilevanti fir-rigward tal-perjodi ta’ 12-il xahar kemm tal-2008/2009 kif ukoll tal-2007/2008.

6.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jistipula l-ammont ta’ imposta għaż-żejjed imħallsa sa dik id-data lill-awtorità kompetenti, l-għadd ta’ produtturi li qed jagħtu kontribut għall-ħlas ta’ imposta għaż-żejjed imħallsa sa dik id-data, l-ammont u l-għadd ta’ każijiet fejn l-imposta għad trid titħallas, u l-ammont u l-għadd ta’ każijiet fejn l-imposta għaż-żejjed ġiet meqjusa impossibli li tinġabar minħabba każ ta’ falliment jew in-nuqqas konfermat fil-kapaċità tal-produtturi li jħallsu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti fil-format stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IIa. Ir-rapport li għandu jiġi kkomunikat qabel l-1 ta’ Ottubru 2009 għandu jinkludi d-dettalji fir-rigward tal-ġbir tal-imposta għal kull perjodu ta’ 12-il xahar mill-2003/2004 ‘l quddiem, jew dettalji fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 12-il xahar fil-każ tal-Istati Membri li implimentaw r-Regolament għall-ewwel darba wara l-2003/2004. Kull rapport sussegwenti għandu jaġġorna l-pożizzjoni fir-rigward tal-ġbir ta’ kwalunkwe imposta għaż-żejjed li qabel kienet ġiet irrappurtata bħala mhux imħallsa”.

(2)

Wara l-Anness II għandu jiddaħħal l-Anness IIa, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(3)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 19.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.


ANNESS

“ANNESS IIa

Rapport imsemmi fl-Artikolu 27(4)

PARTI 1

Tagħrif fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu 20… li jinkludi kemm il-bejgħ bil-kunsinna kif ukoll il-bejgħ dirett

(1)

L-għadd ta’ produtturi li jaqbżu l-kwota disponibbli tagħhom qabel ir-riallokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

L-ammont ta’ għotjiet eċċessivi u ta’ bejgħ dirett minn produtturi inklużi fil-punt (1) (kg) qabel ir-riallokazzjoni tal-kwota skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-għadd ta’ produtturi li jkunu użaw inqas mill-kwota disponibbli tagħhom.

(4)

L-ammont tal-kwota mhux użata mill-produtturi inklużi fil-punt (3) (kg).

(5)

L-għadd totali ta’ produtturi meħtieġa biex jikkontribwixxu għal ħlas ta’ imposta għaż-żejjed wara r-riallokazzjoni tal-kwota mhux użata skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

PARTI 2

A.   INKLUDI BEJGĦ BIL-KUNSINNA + BEJGĦ DIRETT

Perjodu

Għadd totali ta’ produtturi meħtieġa biex jikkontribwixxu għall-imposta

Għadd ta’ produtturi li fir-rigward tagħhom l-imposta dovuta tħallset lill-awtorità kompetenti

Għadd ta’ produtturi li fir-rigward tagħhom l-imposta dovuta ma tħallsitx lill-awtorità kompetenti

Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) fejn l-imposta dovuta qed titfittex bi proċess amministrattiv

Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) fejn l-imposta dovuta qed titfittex bi proċess legali

Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) li fir-rigward tagħhom l-imposta li għandha titħallas hija soġġetta għal kontestazzjoni permezz ta’ proċess legali

Għadd ta’ produtturi inklużi f’(d) li fir-rigward tagħhom l-imposta tqieset impossibli li tinġabar

Oħrajn

(żid kumment)

(a)

(b)

(ċ)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

2003/2004

 

 

 

 

 

 

 

 

2004/2005

 

 

 

 

 

 

 

 

2005/2006

 

 

 

 

 

 

 

 

2006/2007

 

 

 

 

 

 

 

 

2007/2008

 

 

 

 

 

 

 

 

2008/2009

 

 

 

 

 

 

 

 

2009/2010

 

 

 

 

 

 

 

 

2010/2011

 

 

 

 

 

 

 

 

2011/2012

 

 

 

 

 

 

 

 

2012/2013

 

 

 

 

 

 

 

 

2013/2014

 

 

 

 

 

 

 

 

2014/2015

 

 

 

 

 

 

 

 

NB: Il-kolonni minn (e) sa (i) huma subtotali tal-kolonna (d).


B.   INKLUDI BEJGĦ BIL-KUNSINNA + BEJGĦ DIRETT

Perjodu

Ammont totali tal-imposta dovuta għall-perjodu

Ammont tal-imposta mħallsa lill-awtorità kompetenti

Ammont tal-imposta dovuta li għadha ma tħallsitx lill-awtorità kompetenti

Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li qed titfittex bi proċess amministrattiv

Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li qed titfittex bi proċess legali

Ammont ta’ imposta dovuta inkluża f’(d) li hija soġġetta li tiġi soġġetta għal kontestazzjoni permezz ta’ proċess legali

Ammont ta’ imposta inkluża f’(d) li hi meqjusa impossibli li tinġabar

Oħrajn

(żid kumment)

(a)

(b)

(ċ)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

2003/2004

 

 

 

 

 

 

 

 

2004/2005

 

 

 

 

 

 

 

 

2005/2006

 

 

 

 

 

 

 

 

2006/2007

 

 

 

 

 

 

 

 

2007/2008

 

 

 

 

 

 

 

 

2008/2009

 

 

 

 

 

 

 

 

2009/2010

 

 

 

 

 

 

 

 

2010/2011

 

 

 

 

 

 

 

 

2011/2012

 

 

 

 

 

 

 

 

2012/2013

 

 

 

 

 

 

 

 

2013/2014

 

 

 

 

 

 

 

 

2014/2015

 

 

 

 

 

 

 

 

NB: Il-kolonni minn (e) sa (i) huma subtotali tal-kolonna (d).”