|
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 789/2009
tat-28 ta’ Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-ħarsien kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu u r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-bluetongue
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c), l-Artikolu 11 u 12 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2), jistabbilixxi regoli dwar movimenti ta’ dawn l-annimali, f’dak li għandu x’jaqsam mal-bluetongue, fi u minn żoni restritti. Jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta’ ħruġ applikabbli għall-movimenti ta’ dawn l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom kif stipulat fid-Direttiva 2000/75/KE. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu l-ħarsien ta’ dawn l-annimali kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu. |
|
(2) |
Bl-iskop li tiġi permessa aktar flessibilità fit-tfassil tal-programmi ta’ monitoraġġ u ta’ sorveljanza tal-bluetongue li hemm stabbiliti fl-Istati Membri, u b’mod speċifiku fir-rigward tad-demarkazzjoni ta’ “żoni b’inqas riskju”, jistgħu jitfasslu strateġiji alternattivi għas-sorveljanza permezz tal-annimali tal-għassa iżda li jipprovdu l-istess livell ta’ garanziji li juri l-assenza tal-virus li jiċċirkola. L-istħarriġ seroloġiku/viroloġiku jista’ jinkludi wkoll l-ittestjar ta’ kampjuni li nġabru għal skopijiet oħrajn, bħal kampjuni mill-biċċeriji jew mill-ħalib bl-ingrossa. |
|
(3) |
L-esperjenza wriet li r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 mmirati biex jevitaw l-esponiment tal-annimali għal organiżmi li jġorru l-mikrobu jistgħu jkunu diffiċli biex wieħed japplikahom. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, fi stabbilimenti bħal ċentri ta’ inseminazzjoni artifiċjali jew stazzjonijiet ta’ kwarantina, jista’ jkun possibbli li jiġi evitat l-esponiment tal-annimali għall-organiżmi li jġorru l-mikrobu. Il-ħarsien kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu m’għandhomx jiddependi biss fuq l-użu ta’ insettiċidi u/jew elementi kimiċi iżda għandu jeħtieġ ukoll li l-annimali jinżamm ġo stabbiliment li jirreżisti dawn l-organiżmi fejn miżuri addizzjonali, b’mod partikolari kombinazzjoni ta’ ostakoli fiżiċi xierqa u trattamenti kimiċi (insettiċidi u/jew elementi li jkeċċu/jbiegħdu l-organiżmi), jittieħdu biex jevitaw kuntatt bejn l-annimali u l-organiżmi li jġorru l-mikrobu. L-assenza ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu tista’ tiġi vverifikata minn nases tal-organiżmi li jġorru l-mikrobu li joperaw f’dawn l-istabbilimenti. |
|
(4) |
L-opinjoni xjentifika tal-Penil tal-EFSA għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Annimali dwar ir-“Riskju tat-Trażmissjoni tal-Bluetongue fi Tranżitu tal-Annimali”, adottata fil-11 ta’ Settembru 2008 (3) tindika li r-riskji li jirriżultaw mill-movimenti tal-annimali waqt perjodu staġjonali ta’ riskju baxx ta’ trażmissjoni, anki mingħajr testijiet addizzjonali, jibqa’ sostanzjalment aktar baxx minn perjodi oħrajn, anki meta kkombinati ma’ ttestjar seroloġiku jew PCR. Barra minn dan, meta t-tul tal-perjodu ta’ tranżitu li fih l-annimali jiġu esposti għal attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu ma jaqbiżx il-jum, l-effiċjenza ta’ insettiċidi u jew elementi kimiċi bħala miżuri ta’ riskju ta’ mitigazzjoni hi meqjusa biżżejjed biex tħares l-annimali minn attakki bħal dawn. |
|
(5) |
It-tranżitu permezz ta’ “żoni b’inqas riskju”, fejn isir it-tilqim u fejn m’hemm l-ebda ċirkolazzjoni tas-serotip jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue, ma joħolq l-ebda riskju ta’ infezzjoni għall-annimali. |
|
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti derogi mir-rekwiżit ewlieni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 li annimali u vetturi għandhom jiġu ttrattati b’insettiċidi jew elementi kimiċi għall-movimenti kollha ta’ tranżitu. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 7(2a), il-frażi tal-bidu tinbidel b’dan li ġej: “2a. L-Istati Membri jistgħu, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ evalwazzjoni tar-riskji li trid tikkunsidra biżżejjed dejta epidemijoloġika miġbura wara l-implimentazzjoni tal-monitoraġġ skont il-punt 1.1.2.1 jew il-punt 1.1.2.2 tal-Anness I, jiddemarkaw parti minn żona protetta bħala ‘żona ristretta mlaqqma u mingħajr ċirkolazzjoni ta’ xi serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue’ (‘żona b’riskju aktar baxx’), suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1(c), 2 u 3 jinbidlu b’dan ġej:
2. Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika jekk isir it-tranżitu:
3. Fejn l-annimali jikkonformaw ma’ mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 5, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness III, it-trattament tal-annimali previst fil-paragrafu 1(a) u (b) u l-ħarsien tal-annimali previst fil-paragrafu 1(c) m’għandhomx japplikaw. 4. Għall-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew imsemmija fid-Deċiżjoni 93/444/KEE: ‘Trattament ta’ insettiċida/element kimiku li jkeċċi/jbiegħed l-organiżmi bi … (niżżel l-isem u l-prodott) fi … (niżżel id-data) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (*1) ’ |
|
(3) |
Fl-Artikolu 9a, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Għall-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew imsemmija fid-Deċiżjoni 93/444/KEE: ‘L-Annimali li huma konformi mal-Artikolu 9a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007’.” |
|
(4) |
L-Annessi I u III huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.
(3) Il-Ġurnal EFSA (2008) 795, 1-56.
ANNESS
L-Annessi I u III qed jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|