7.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 719/2009

tas-6 ta' Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti krustaċji u annimali akkwatiċi ornamentali lejn il-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jiġu introdotti fil-Komunità biss minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fuq lista ppreparata u aġġornata skont il-proċedura msemmija fiha.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (2), jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-importazzjoni ta’ annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(3)

Skont l-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjonijiet ta’ ħut ornamentali li mhuwiex ta’ speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, li ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Dik id-dispożizzjoni tiżgura li d-dejta epidemjoloġika rilevanti relatata ma’ dawk l-annimali tkun disponibbli għall-membri kollha tal-OIE.

(4)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-biedja, żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment u faċilitajiet ornamentali miftuħa, u ta’ ħut ornamentali suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE u maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(5)

Is-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC) huwa organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi għajnuna teknika, taħriġ u servizzi ta’ riċerka lil 22 pajjiż u territorju tal-Gżejjer tal-Paċifiku f’oqsma bħas-saħħa, l-iżvilupp tal-bniedem, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd. Ċerti membri tal-SPC mhumiex membri tal-OIE.

(6)

L-OIE u l-SPC ikkonkludew Ftehim f’Settembru 1999. Skont dak il-Ftehim, l-SPC għandu jħeġġeġ lil dawk fost il-membri tiegħu li mhumiex membri tal-OIE biex jipparteċipaw f’netwerk tal-informazzjoni tal-OIE għas-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-annimali akkwatiċi.

(7)

L-Anness għal dak il-Ftehim, konkluż mill-SPC u l-OIE fl-10 ta’ April 2003, jistabbilixxi t-termini ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ Sistema Reġjonali ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa tal-Annimali għall-Pajjiżi u t-Territorji tal-Gżejjer tal-Paċifiku.

(8)

Permezz tal-ittri tal-31 ta’ Marzu 2009 u t-30 ta’ April 2009, l-SPC informa lill-Kummissjoni li l-membri tal-SPC li mhumiex membri tal-OIE jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti dwar il-mard fis-Sistema Internazzjonali ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa tal-Annimali tal-OIE b’konformità mal-kriterji tal-OIE, minn Mejju 2009.

(9)

Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi emendat l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ħut ornamentali li mhuwiex speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, ukoll minn pajjiżi terzi u territorji li mhumiex membri tal-OIE iżda li għandhom ftehim uffiċjali ma’ dik l-organizzazzjoni biex jipparteċipaw fin-netwerk tagħha ta’ informazzjoni għas-saħħa tal-annimali u s-saħħa tal-annimali akkwatiċi.

(10)

L-Istati Uniti kkonfermaw li Pwerto Riko, il-Gżejjer Verġni Amerikani, is-Samoa Amerikana, Guam u l-Gżejjer tan-Northern Mariannas jitqiesu territorji tal-Istati Uniti u l-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti hija responsabbli għan-notifika tal-mard tal-annimali lill-OIE.

(11)

L-Anness III għal dak ir-Regolament għandu wkoll jiġi emendat skont dan, biex jinkludi l-membri rilevanti tal-SPC.

(12)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura (3), l-Istati Membri kellhom jiżguraw li l-importazzjonijiet ta’ annimali u l-prodotti tal-akkwakultura minn pajjiżi terzi kienu suġġetti għal kundizzjonijiet mill-inqas ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti Komunitarji.

(13)

Waqt li d-Direttiva 91/67/KEE kienet fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ krustaċji għall-biedja, żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, u faċilitajiet ornamentali miftuħa kienu permessi fl-Istati Membri. Dik id-Direttiva ġiet revokata u sostitwita mid-Direttiva 2006/88/KE, li armonizzat ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal dawn l-importazzjonijiet.

(14)

L-Artikolu 20(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistabbilixxi perjodu tranżitorju li matulu kunsinni ta’ krustaċji għall-biedja, żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, u faċilitajiet ornamentali miftuħa jistgħu jkomplu jiġu importati skont is-sistema li kienet teżisti qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2006/88/KE. Dak il-perjodu tranżitorju jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009.

(15)

Għaldaqstant, l-Istati Uniti għandhom jiġu inklużi fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, sakemm jitlestew l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skont id-Direttiva 2006/88/KE biex tkun ivverifikata l-konformità mar-regoli Komunitarji dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi.

(16)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Ħut ornamentali li mhuwiex ta’ speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, għandhom jiġu impurtati fil-Komunità biss jekk ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji li:

(a)

huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE); jew

(b)

jinsabu elenkati fl-Anness III u għandhom ftehim formali mal-OIE biex jippreżentaw informazzjoni regolarment dwar l-istat ta’ saħħa tal-annimali tagħhom lill-membri ta’ dik l-organizzazzjoni.”

(2)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(3)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.


ANNESS

“ANNESS III

LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI, TERRITORJI, ŻONI JEW KUMPARTIMENTI  (1)

(imsemmija fl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 11)

Pajjiż/territorju

Speċi tal-Akkwakultura

Żona/Kumpartiment

Kodiċi ISO

Isem

Ħut

Molluski

Krustaċji

Kodiċi

Deskrizzjoni

AU

L-Awstralja

X (1)

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X (2)

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

 

 

CA 0 (4)

It-territorju kollu

CA 1 (5)

British Columbia

CA 2 (5)

Alberta

CA 3 (5)

Saskatchewan

CA 4 (5)

Manitoba

CA 5 (5)

New Brunswick

CA 6 (5)

Nova Scotia

CA 7 (5)

Prince Edward Island

CA 8 (5)

Newfoundland u Labrador

CA 9 (5)

Yukon

CA 10 (5)

It-Territorji tal-Majjistral

CA 11 (5)

Nunavut

CL

Iċ-Ċili

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CN

Iċ-Ċina

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CO

Il-Kolombja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CG

Il-Kongo

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

CK

Il-Gżejjer Cook

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

HR

Il-Kroazja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

HK

Ħong Kong

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

IN

L-Indja

X (3)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ID

L-Indoneżja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

IL

L-Iżrael

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JM

Il-Ġamajka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JP

Il-Ġappun

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

KI

Kiribati

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

LK

Is-Sri Lanka

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MH

Il-Gżejjer Marshall

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

MK (6)

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

MY

Il-Malasja

X (2)

 

 

 

Il-Malażja Peninżulari tal-Punent

NR

Nauru

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

NU

Niue

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

NZ

New Zealand

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

PF

Il-Polineżja Franċiża

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

PG

Il-Papwa Ginea l-Ġdida

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

PW

Il-Palau

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

RU

Ir-Russja

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

SB

Il-Gżejjer Solomon

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

SG

Singapor

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

ZA

L-Afrika t’Isfel

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TW

It-Tajwan

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TH

It-Tajlandja

X (2)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TR

It-Turkija

X (1)

 

 

 

Il-pajjiż kollu

TK

It-Tokelaw

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

TO

It-Tonga

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

TV

Tuvalu

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

US

L-Istati Uniti (8)

X

 

X

US 0 (4)

Il-pajjiż kollu

X

 

 

US 1 (5)

Il-pajjiż kollu, ħlief l-istati li ġejjin: New York, Ohio, Illinois, Michigan, Indiana, Wisconsin, Minnesota u Pennsylvania

 

X

 

US 2

Humboldt Bay (California)

US 3

Netarts Bay (Oregon)

US 4

Wilapa Bay, Totten Inlet, Oakland Bay, Quilcence Bay u Dabob Bay (Washington)

US 5

NELHA (Hawaii)

VN

Il-Vjetnam

X (3)

 

 

 

 

WF

Wallis u Futuna

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu

WS

Samoa

X (7)

X (7)

X (7)

 

Il-pajjiż kollu


(1)  Skont l-Artikolu 11 ħut ornamentali li mhuwiex ta’ speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa, jistgħu wkoll jiġu importati fil-Komunità minn pajjiżi terzi jew territorji li huma membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(1)  Tapplika għall-ispeċi ta’ ħut kollha.

(2)  Tapplika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għas-Sindromu ulċerativ epiżotiku skont il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa u Cyprinidae.

(3)  Tapplika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għas-Sindromu ulċerativ epiżotiku skont il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(4)  Tapplika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli jew speċi li jgħaddu l-marda settiċemija emorraġika virali skont il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)  Tapplika biss għal speċi ta’ ħut suxxettibbli għal jew speċi li jgħaddu l-marda settiċemija emorraġika virali skont il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE.

(6)  Kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li għandha tiġi maqbula wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejja bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(7)  Tapplika biss għal importazzjonijiet ta’ ħut ornamentali li mhumiex ta’ speċi suxxettibbli għal xi marda elenkata fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE, u molluski ornamentali u krustaċji ornamentali, maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(8)  Għall-għan ta’ dan ir-Regolament l-Istati Uniti jinkludu Pwerto Riko, il-Gżejjer Verġni Amerikani, is-Samoa Amerikana, Guam u l-Gżejjer tan-Northern Mariannas.”