31.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 694/2009

tat-30 ta’ Lulju 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 sat-30 ta' Lulju 2008 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini koperta bil-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat safejn għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni koperti bil-kwota tariffarja li ġġib in-numru tas-serje 09.4020 u li tressqu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 skond ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 9,164852 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ il-31 ta’ Lulju 2009

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.