25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 672/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Lulju huwa it-tielet perjodu sekondarju għall-kwota stabbilita f'Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2009, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – [09.4130] – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2009, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, huma inqas minn [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi u li għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2009, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Lulju 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2009

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

13 879 202

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

1 315 205

L-Awstralja

09.4129

 (1)

385 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

0


b)   Kwota ta’ ross imqaxxar li jaqa’ taħt il-kodici tan-NM 1006 20 , prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' Ottubru 2009

(f'kg)

Il-pajjizi kollha

09.4148

 (2)

66 289


c)   Kwota ta’ ross miksur li jaqa’ taht il-kodici tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

It-Tajlandja

09.4149

 (1)

L-Awstralja

09.4150

 (3)

Il-Gujana

09.4152

 (3)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

 (1)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

1,561628  %


d)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2009

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (2)

0

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

 (2)

0

L-Indja

09.4117

 (2)

40 445

Il-Pakistan

09.4118

 (2)

0

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

 (2)

0

Il-pajjizi kollha

09.4166

1,04385  %

0


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: ghaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma accettabbli.

(2)  aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju

(3)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta' liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.