|
23.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 637/2009
tat-22 ta' Lulju 2009
li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000 tal-4 ta’ Mejju 2000 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE waqqfu regoli ġenerali dwar l-adattabilità ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet, permezz ta’ referenza għall-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 fuq id-drittijiet ta’ varjetà ta’ pjanti tal-Komunità (5). |
|
(3) |
Għall-iskopijiet tat-tħaddim tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli dettaljati għat-tħaddim tal-kriteji stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, b’mod partikolari fir-rigward tal-impedimenti għad-deskrizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà kif speċifikat fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu. Fl-ewwel fażi, regoli dettaljati bħal dawn għandhom ikunu limitati għall-impedimenti li ġejjin:
|
|
(4) |
Il-miżuri li hemm ipprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, Ortikultura u Forestrija, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament iwaqqaf, għall-iskopijiet tat-tħaddim tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6), tad-Direttiva 2002/53/KE u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 (6) tad-Direttiva 2002/55/KE, regoli dettaljati għat-tħaddim ta’ ċerti kriterji stabiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għall-eliġibilità ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet.
Artikolu 2
1. Fil-kas ta’ trade mark bħala dritt minn qabel ta’ terzi persuni, l-użu ta’ denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità għandu jiġi meqjus li hu pprojbit bin-notifika tal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ trade mark, li tkun ġiet reġistrata fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’livell ta’ Komunità qabel l-approvazzjoni tad-denominazzjoni tal-varjetà, u li huwa identiku jew simili bħad-denominazzjoni ta’ varjetà u reġistrata fir-relazzjoni ta’ oġġetti li huma identiċi jew bħall-varjetà ta’ pjanta kkonċernata.
2. Fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika jew desinjazzjoni tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u ikel bħala dritt minn qabel ta’ partijiet terzi, denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità jkun meqjus li jkun projbit fejn id-denominazzjoni tal-varjetà tmur kontra l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (6) għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni ġeografika jew id-desinjazzjoni tal-oriġini protetta f’Stat Membru jew fil-Komunità taħt l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(4) jew dak li qabel kien l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (7) għal oġġetti li huma identiċi jew simili għall-varjetà tal-pjanta kkonċernata.
3. Xkiel għall-adegwatezza ta’ denominazzjoni minħabba dritt minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jitneħħa fejn kunsens bil-miktub tad-detentur tad-dritt minn qabel għall-użu tad-denominazzjoni in konnessjoni mal-varjetà ġie ottenut, jekk tali kunsens ma jwassalx li jagti impressjoni żbaljata lill-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott.
4. Fil-każ ta’ dritt minn qabel tal-applikant fir-rigward ta’ kollha kemm hi jew parti mid-denominazzjoni proposta, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 3
1. Denominazzjoni ta’ varjetà għandha tittieħed li tikkawża diffikultajiet lil min jużaha fir-rigward ta’ għarfien jew riproduzzjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn huwa fil-forma ta’ “fancy name”:
|
|
(b) |
fejn tkun fil-forma ta’ “kodiċi”:
|
2. Meta wieħed jissottometti proposta għal denominazzjoni ta’ varjetà, l-applikant għandu jiddikjara fejn id-denominazzjoni proposta hija maħsuba li tkun fil-forma ta’ “isem fancy” jew ta’ “kodiċi”.
3. Jekk l-applikant ma jagħmilx dikjarazzjoni fuq il-forma tad-denominazzjoni proposta, id-denominazzjoni għandha tittieħed li tkun “isem fancy”.
Artikolu 4
Meta wieħed jevalwa l-identità ta’, jew it-tfixkil ma’, denominazzjoni ta’ varjetà ta’ varjetà oħra, dan li ġej għandu japplika:
|
(a) |
“jista” jiġi mħawwad ma’ tkun ikkunsidrata li taqa’ inter alia denominazzjoni ta’ varjetà, li tikkontjeni differenza ta’ ittra waħda biss, jew ta’ aċċenti fuq ittri, in konnessjoni ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ speċi li huma simili ħafna, li ġiet aċċettata uffiċjalment għal bejgħ fil-Komunità, iż-Żona Ekonomika Ewropea jew bħala parti kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV), jew huwa s-suġġett ta’ dritt ta’ varjetà tal-pjanti f’tali territorji. Iżda, differenza ta’ ittra waħda f’taqsira stabbilita bħala entità separata tad-denominazzjoniijet tal-varjetajiet ma jkunux meqjusa li jikkawżaw konfużjoni. Wkoll, fejn l-ittra differenti hija prominenti f’mod li jagħmel id-denominazzjoni distinta f’mod ċara minn denominazzjoniijet tal-varjetajiet li diġà huma reġistrati, ma jkunx meqjus li jikkawża konfużjoni. Differenzi ta’ żewġ ittri jew iktar ma jkunux meqjusa li jikkawża konfużjoni ħlief fejn iż-żewġ ittri kemm biddlu l-postijiet tagħhom. Differenza ta’ numru wieħed bejn żewġ numri oħra (fejn numru huwa permess f’fancy name) m’għandux jitiqies li jikkawża konfużjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 l-ewwel subparagrafu, ma japplikax għal denominazzjoni ta’ varjetà fil-forma ta’ kodiċi, jekk id-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ referenza hija wkoll fil-forma ta’ kodiċi. Fil-każ ta’ kodiċi differenza ta’ simbolu wieħed bisss, ittra jew numru, tkun meqjusa li tippermetti li żewġ kodiċi ikunu distinti minn xulxin f’mod suffiċjenti. Spazji vojta għandhom jiġu injorati meta jiġu mqabbla denominazzjonijiet fil-forma ta’ kodiċi; |
|
(b) |
“speċijiet relatati mill-qrib” għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Anness I; |
|
(c) |
“varjetà ma tibqax teżisti aktar” għandha tittieħed li tfisser varjetà li ma tinstabx aktar għall-bejgħ; |
|
(d) |
“reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti” għandu jittieħed bħala referenza għall-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċi ta’ ħxejjex, jew għal kull reġistru kompilat u miżmum mill-Uffiċju tal-Varjetà ta’ Pjanti tal-Komunità, jew minn korp uffiċjali tal-Istati Membri tal-Komunità jew l-Area Ekonomika Ewropea, jew ta’ parti kontrattwali tal-UPOV; |
|
(e) |
“varjetà li d-denominazzjoni tagħha m’akkwistat ebda sinjifikat speċjali” għandha ttieħed li tfisser meta d-denominazzjoni ta’ varjetà li xi darba kienet iddaħħlet f’reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti u b’hekk akkwistat sinjifikat speċjali, għandha tittieħed li tilfet dak is-sinjifikat speċjali meta jgħaddi perjodu ta’10 snin wara li titħassar minn dak ir-reġistru. |
Artikolu 5
Deskrizzjonijiet li soltu jintużaw għall-bejgħ ta’ oġġetti jew li għandhom jinżammu ħielsa taħt leġislazzjoni oħra għandhom jfissru b’mod partikolari:
|
(a) |
denominazzjonijiet ta’ muniti, jew termini assoċjati ma’ piżijiet u qisien; |
|
(b) |
espressjonijiet li, bis-saħħa ta’ leġislazzjoni, ma jintużawx għall-skopijiet għajr dawk maħsuba b’dik il-leġislazzjoni. |
Artikolu 6
Denominazzjoni ta’ varjetà għanha tittieħed li tqarraq jew tikkawża tfixkil jekk:
|
(a) |
twassal l-impressjoni qarrieqa l-varjetà għandha karatteristiċi jew valur partikolari; |
|
(b) |
twassal l-impressjoni qarrieqa li l-varjetà hija relatata ma’, jew ġejja minn, varjetà speċifika oħra; |
|
(c) |
tirreferi għal karatteristika speċifika jew valur b’mod li twassal l-impressjoni qarrieqa li dik il-varjetà biss tippossedih, fil-waqt li fil-fatt varjetajiet oħra tal-istess speċi jista’ jkollhom l-istess karatteristika jew valur; |
|
(d) |
minħabba fis-similarita tagħha ma’ isem ta’ kummerċ magħruf sewwa minbarra trade mark reġistrata jew denominazzjoni ta’ varjetà, tissuġġerixxi li l-varjetà hija varjetà oħra, jew tagħti impressjoni qarrieqa dwar l-identità tal-applikant, il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-varjetà, jew ta’ min inissel; |
|
(e) |
tkun tikkonsisti fi, jew ikun fiha
|
|
(f) |
dan jinkludi isem ġeografiku li probabbilment ifixkel lill-pubbliku għal dak li jirrigwarda l-karatteristiċi jew il-valur tal-varjetà. |
Artikolu 7
Denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew aċċettati fil-forma ta’ kodiċi għandhom ikunu indikati b’mod ċar bħala tali fil-katalogu uffiċjali rilevanti jew katalogi tal-Istati Membri għal varjetajiet ta’ pjanti uffiċjalment aċċettati, jew fil-katalogu komuni rilevanti, permezz ta’ nota f’tarf il-paġna bl-ispjegazzjonijiet li ġejjin: “denominazzjoni ta’ varjetà approvata fil-forma ta’ ‘kodiċi’ ”.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 930/2000 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 9
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew proposti mill-applikant lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom, qabel 25 Mejju 2000.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.
(2) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(4) Ara l-Anness II.
ANNESS I
SPEĊIJIET RELATATI MILL-QRIB
Għal għan ta’ definizzjoni, ′speċijiet relatati mill-qrib’, kif imsemmija fl-Artikolu 4(b), għandha tfisser dan li ġej:
|
(a) |
jekk hemm aktar minn kategorija waħda f’ġenus (speċi), għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 1; |
|
(b) |
jekk kategoriji jikkonsistu f’aktar minn ġenus wieħed, għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 2; |
|
(c) |
bħala regola ġenerali, għal ġeneri u speċi mhux koperti mil-lista ta’ kategoriji fil-punti 1 u 2, ġenus jitqies bħala kategorija; |
1. Kategoriji fi ħdan ġenus
|
Kategoriji |
Ismijiet Xjentifiċi |
|
Kategorija 1.1 |
Brassica oleracea |
|
Kategorija 1.2 |
Brassica għajr għal Brassica oleracea |
|
Kategorija 2.1 |
Beta vulgaris – pitravi taz-zokkor, pitravi tal-għalf |
|
Kategorija 2.2 |
Beta vulgaris – pitravi inklużi l-pitravi Cheltenham, spinach beet jew chard |
|
Kategorija 2.3 |
Beta għajr għal kategoriji 2.1 jew 2.2 |
|
Kategorija 3.1 |
Cucumis sativus |
|
Kategorija 3.2 |
Cucumis melo |
|
Kategorija 3.3 |
Cucumis għajr għal kategoriji 3.1 jew 3.2 |
|
Kategorija 4.1 |
Solanum tuberosum |
|
Kategorija 4.2 |
Solanum għajr għal kategorija 4.1 |
2. Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed
|
Kategoriji |
Ismijiet Xjentifiċi |
|
Kategorija 201 |
Secale, Triticale, Triticum |
|
Kategorija 203 (*1) |
Agrostis, Dactylis, Festuca, Festulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa |
|
Kategorija 204 (*1) |
Lotus, Medicago, Ornithopus, Onobrychis, Trifolium |
|
Kategorija 205 |
Cichorium, Lactuca |
(*1) Il-kategoriji 203 u 204 mhumiex stabbiliti biss fuq il-bażi ta’ speċijiet relatati mill-qrib.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien mal-emendamenti suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2004 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2007 |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 930/2000 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5(a) |
Artikolu 5(a) |
|
Artikolu 5(c) |
Artikolu 5(b) |
|
Artikolu 6 (a) sa (d) |
Artikolu 6 (a) sa (d) |
|
Artikolu 6 (e), (i) u (ii) |
Artikolu 6 (e), (i) u (ii) |
|
Artikolu 6 (e), (iv) |
Artikolu 6 (e) (iii) |
|
Artikolu 6 (f) |
Artikolu 6 (f) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
— |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II Anness III |