|
14.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 614/2009
tas-7 ta’ Lulju 2009
dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26, 87, 88, 89, 132, 133 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2783/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dan ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
L-ovalbumin, li mhix inkluża fl-Anness I għat-Trattat, mhix suġġetta għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet agrarji tat-Trattat, filwaqt li l-isfar tal-bajd huwa. |
|
(3) |
Minn dan tirriżulta sitwazzjoni li tista’ taffettwa ħażin l-effiċjenza tal-politika agrikola komuni fis-settur tal-bajd. |
|
(4) |
Biex tinkiseb soluzzjoni bbilanċjata, trid titwaqqaf sistema ta’ kummerċ komuni għall-ovalbumin li tkun tikkorrispondi ma’ dik imwaqqfa għall-bajd. Huwa meħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din is-sistema tiġi estiża għal-lactalbumin, minħabba l-fatt li dan tal-aħħar tista’, ħafna drabi, tiġi ssostitwita bl-ovalbumin. |
|
(5) |
B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4), ġiet stabbilita sistema waħda fis-suq għall-bajd fil-Komunità. |
|
(6) |
Is-sistema tal-kummerċ li tintuża’ għall-albumini għandha ssegwi s-sistema li hemm fis-seħħ għall-bajd, minħabba d-dipendenza tal-prodotti tal-ewwel fuq tal-aħħar. |
|
(7) |
Taħt in-negozjati ta’ kummerċ multilaterali tar-Round tal-Urugwaj, il-Komunità nnegozjat diversi ftehim. Bosta minn dawn il-ftehim għandhom x’jaqsmu mal-agrikoltura, b’mod partikolari mal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (5). |
|
(8) |
Il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jeħtieġ it-tneħħija ta’ taxxi varjabbli fuq l-importazzjoni u tal-miżuri oħra u ħlasijiet fuq l-importazzjoni. Ir-rati ta’ dazji doganali applikabbli għal prodotti agrikoli skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom jiġu stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(9) |
Il-prezzijiet tal-ovalbumin normalment isegwu l-prezzijiet tal-bajd, li jkunu differenti fil-Komunità u fis-suq dinji. Il-prezz tal-bajd m’huwiex l-uniku fattur minbarra l-ispejjeż għall-ipproċessar li jaffettwaw il-prezz tal-albumina fis-suq dinji. 1 Sabiex jinżamm livell minimu ta’ ħarsien kontra l-effetti negattivi fuq is-suq bħala konsegwenza tal-ħlas ta’ tariffi, il-Ftehim dwar l-Agrikoltura tippermetti l-applikazzjoni ta’ dazji doganali addizjonali taħt kondizzjonijiet definiti b’mod preċiż, iżda biss għal prodotti suġġetti għall-ħlas ta’ tariffi. |
|
(10) |
Il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jipprovdi għal serje ta’ kwoti tariffarji taħt arranġamenti għall-aċċess kurrenti u minimu. Il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kwoti huma stabbiliti fid-dettall fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Minħabba n-numru kbir ta’ kwoti u sabiex jiġi assigurat li jkunu implimentati b’mod effettiv kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni tagħhom bl-użu tal-proċedura tal-kumitat tal-amministrazzjoni. |
|
(11) |
Bis-saħħa tar-relazzjoni ekonomika mill-qrib li teżisti bejn id-diversi prodotti tal-bajd, jeħtieġ li jsir provvediment dwar il-possibbiltà li jiġu adottati, fil-każ tal-ovalbumin u l-lactalbumin, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni li jkunu jikkorrispondu safejn ikun possibbli mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti għall-prodotti msemmija fil-punt (s) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(12) |
Fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, l-esklużjoni minn rikors għall-arranġamenti għat-traffiku ta’ proċessar intern jaqa’ esklussivament fil-kompetenza tal-Kunsill. Fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li joriġinaw taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, jista’ jinħass neċessarju li wieħed jirreaġixxi malajr għal problemi tas-suq li joriġinaw mill-applikazzjoni tal-arranġamenti msemmija. F’dak ir-rigward il-kompetenza għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri urġenti li huma limitati fiż-żmien, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPTIOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti li ġejjin:
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
3502 |
Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew iktar, li jikkontjenu skont il-piż iktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq materja niexfa), albuminati u derivati oħrajn tal-albumina: |
|
– Albumina tal-bajd: |
|
|
ex 3502 11 |
– – Niexfa: |
|
3502 11 90 |
Oħrajn (minbarra mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem) |
|
ex 3502 19 |
– – Oħrajn: |
|
3502 19 90 |
Oħrajn (minbarra mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem) |
|
ex 3502 20 |
– Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew iktar: |
|
– – Minbarra (mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem) |
|
|
3502 20 91 |
– – – Niexfa (per eżempju f’folji, qxur, biċċiet irqaq, trab) |
|
3502 20 99 |
– – – Oħrajn |
KAPITOLU II
KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI
Artikolu 2
1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ importazzjoni.
2. Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4.
3. Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzji għandhom jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta’ garanzija ta’ sigurtà li l-prodotti huma impurtati matul terminu ta’ validità tal-liċenzja; għajr f’każijiet ta’ force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f’parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.
4. It-terminu tal-validita tal-liċenzi ta’ importazzjoni u regoli dettaljati oħra għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 3
1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta’ wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti bir-rata ta’ dazju stipulatafit-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta’ dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li ser jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-għan maħsub.
2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista’ jkun impost għandhom ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Il-volumi tal-bidu li għandhom jinqabżu għal imposta ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandhom ikunu stabbiliti partikolarment abbażi ta’ importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta’ qabel is-sena li fiha l-effetti avversi msemmija fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.
3. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni li għandhom jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandhom ikunu deċiżi abbażi tal-prezz ta’ importazzjoni cif tal-kunsinna in kwistjoni.
Il-prezz ta’ importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop abbażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.
4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:
|
(a) |
il-prodotti li magħhom għandu jkun applikat dazju ta’ importazzjoni addizzjonali taħt it-termini tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; |
|
(b) |
il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. |
Artikolu 4
1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi fil-qafas tar-Round tal-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali għandhom ikunu miftuħa u amministrati skont ir-regoli dettaljati adottati taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. Il-kwoti għandhom ikunu amministrati bl-applikazzjoni ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew b’għaqda tagħhom:
|
(a) |
il-metodu bbażat fuq ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju tal-ewwel li jidħlu, l-ewwel li jinqdew); |
|
(b) |
il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu ppreżentati l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-eżami simultanju); |
|
(c) |
il-metodu bbażat fuq it-teħid in konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu tal-wasliet tradizzjonali/ġodda). |
Metodi adegwati oħra jistgħu jkunu adottati.
Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.
3. Fejn ikun meħtieġ, il-metodu ta’ amministrazzjoni għandu jikkunsidra l-bżonnijiet tal-provvista tas-suq tal-Komunità kif ukoll il-bżonn li dan iżomm l-ekwilibriju tiegħu u dan jista’ jkun ibbażat fuq metodi li kienu diġà użati fil-passat għal kwoti simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jkun ġejjin mill-ftehimiet milħuqa matul ir-Round tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali.
4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal kwoti annwali, imqassma kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn jinfetħu u fejn xieraq għal:
|
(a) |
garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; |
|
(b) |
għarfien tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji msemmija fil-punt (a); u |
|
(c) |
kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzji ta’ importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validità tagħhom. |
Artikolu 5
Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew b’mod sinifikattiv u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b’hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat għandu, jekk ikun meħtieġ, jaddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1, jistgħu jiġu addottati standards tal-kummerċjalizzazzjoni li, suġġett għall-ħtieġa li jitqiesu l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti, għandhom ikunu jikkorrispondu għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni previsti fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-prodotti elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, l-istandards jistgħu jkunu relatati mal-għoti ta’ grad skont il-kwalità, l-ippakkjar, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-immarkar.
L-istandards, l-ambitu tagħhom u r-regoli għall-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni.
Artikolu 7
1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u dan ir-Regolament, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ votazzjoni stipulata fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’, f’każijiet speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f’parti l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa fir-rigward ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament li huma maħsuba għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f’dak l-Artikolu.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala’ b’urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista’ jkun iddisturbat minn arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, għandha tiddeċiedi fuq il-miżuri meħtieġa. Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikun mgħarrfa b’tali miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, din għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.
3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imħassra.
Artikolu 8
1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.
2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament jew f’dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:
|
(a) |
li jkollu jitħallas kwalunkwe ħlas li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali; |
|
(b) |
l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 9
Il-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1 li jkunu mmanifatturati jew miksuba minn prodotti li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 23(2) u 24 tat-Trattat m’għandhomx ikunu aċċettati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.
Artikolu 10
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu adottati regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BORG
(1) Opinjoni tat-13 ta’ Jannar 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.
(3) Ara l-Anness I.
ANNESS I
REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4001/87 |
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 |
Parti B tal-Anness XII biss |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 |
Punt 6 tal-Artikolu 1 biss |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KEE) Nru 2783/75 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(4) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2), formulazzjoni tal-bidu |
Artikolu 4(2), formulazzjoni tal-bidu |
|
Artikolu 4(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 4(2), punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 4(3) u (4) |
Artikolu 4(3) u (4) |
|
Artikoli 5 sa 7 |
Artikoli 5 sa 7 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 8(2), formulazzjoni tal-bidu |
Artikolu 8(2), formulazzjoni tal-bidu |
|
Artikolu 8(2), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 8(2), punti (a) u (b) |
|
Artikoli 9 u 10 |
Artikoli 9 u 10 |
|
Artikolu 11 |
— |
|
Artikolu 12 |
— |
|
— |
Artikolu 11 |
|
— |
Artikolu 12 |
|
Anness |
— |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |