|
11.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2009
tal-10 ta' Lulju 2009
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1276/2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 170(c) u 194(a), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 (2) u l-Anness II għal dak ir-Regolament jikkorrispondu rispettivament, skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX għal dak ir-Regolament, l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi kriterji għall-analiżi ta’ riskji rigward il-prodotti tal-agrikoltura li jirċievu rifużjonijiet (3). B’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 jikkorrispondi għall-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94. Madankollu, fejn l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 jirreferi għal kriterji stipulati fit-tieni paragrafu komplet tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, l-Artikolu 11(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 jirreferi biss għall-kriterji stipulati fil-punt 1 tal-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Billi n-notifika dwar l-analiżi tar-riskju għandha tkopri kull element ta' riskju rilevanti, kif kien diġà stipulat fir-Regolament (KE) Nru 3122/94, il-limitu għall-punt 1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 fl-Artikolu 11(5)(a) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENTI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008, il-punt (a) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
“(a) |
il-miżuri meħuda, inklużi l-istruzzjonijiet lid-dipartimenti nazzjonali, biex japplikaw is-sistema ta' għażla fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Anness II;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.